Sunday 25 June 2000

L-isqallin

Il-Kullhadd L-Isqallin

In-Nazzjonalisti u l-forcini taghhom donnhom qatghu qalbhom li jistghu jikkonvincu fuq it-triq tas-shubija ta` Malta fl-UE. Minflok issa fethu l-kanuni biex jippruvaw jiskreditaw il-mudell ta` Svizzera fil-Mediterran.

Din it-triq ga giet maghzula mill-Isvizzeri u ghalhekk is-slogan tal-Partit Laburista ta` Svizzera fil-Mediterran. Mhux biex nikkupjaw dak kollu li ghamlu l-Isvizzeri. Izda biex nippruvaw li mudell jezizti diga`.` La l-Isvizzeri kienu kapaci jinnegozjaw ftehim bilaterali ma l-UE meta l-UE b`hekk tilfet il-flus li l-Isvizzera kienet tikkontribwixxi lejn il-budget ta` l-UE kieku ssiehbet, kemm huwa aktar` fattibbli li Malta taghmel l-istess meta suppost l-UE b`hekk tiffranka il- fondi li suppost kienet ser tiehu Malta`

Pagni shah ta` reklamar u tqanzih biex jikkonvincu li permezz ta` dan il-mudell Svizzeru Malta tiehu l-izvantaggi izda mhux il-vantaggi ta` shubija fl-UE.

U fost l-izvantagg li l-aktar jigi emfassizzat huwa li permezz ta` ftehim bhal dan ikollna naccettaw id-dritt li persuni mill-pajjizi membri ta` l-UE jigu jahdmu bi dritt f` Malta.

Ta` min dan il-punt jixtarru sew. Il-pajjizi tal-lvant li jridu jidhlu fl-UE qed jinsistu ghal dan id-dritt li jidher li l-UE qed tkaxkar saqajha dwaru. Dan ghaliex dawn il-pajjizi li ghandhom fruntiera mal-Germanja u ma l-Awstrija ma ghandhomx biza li l-Germanizi u l-Awstrijaci jimorru jahdmu fir-repubblika Ceka jew fl-Ungerija u l- Polonja. Huma l-Germanizi u l-Awstrijaci li ghandhom biza li haddiema mill-pajjizi membri godda jinvaduhom u joholqu problemi socjali u ekonomici.

Ahna f`Malta il-problema bil-maqlub. Il-biza mhux tant li l-haddiema taghna ser jinvadu l-Italja. Il-biza huwa li haddiema minn Sqallija jithajjru jigu jahdmu fostna ghax Sqallija hemm qaghad kbir l-aktar fost iz-zghazagh. Ghalihom Malta hi attrajenti iktar milli jmorru Ruma jew fin_Nord ta` l-Italja fejn dejjem jigu ttrattati bhala cittadini nferjuri.

Mela l-argument li meta dahlet il-Finlandja ma kellhix invazjoni mill-maddiema tal-pajjizi membri l-ohra qajla jghodd ghall-istat ta` fatt taghna. Ahna zewg passi boghod minn post fl-UE fejn ir-rata ta` qghad fost iz-zghazagh hija 25%.` Ahna zghar u anke jekk jigi ftit eluf jizbilancjawna. Tibza l-Germanja u tibza l-Awstrija ghageb ghax tibza` wkoll Malta`

Ghalhekk huwa assolutament mehtieg li niftehmu x`niftehmu ma l-UE id-dritt ta` dhul ta` haddiema mill-pajjizi gieren jibqa kkontrollat minnha ghal perjodu twil ta` zmien zgur mhux inqas minn hames snin.

Sal-lum dan m`huwiex possibbli taht l-arragament ta` shubija. Izda biex inkun ghedt kollox halli hadd ma jahseb li rrid immaqdar bla bzonn, jidher li qed tifforma l-ideja li anke meta` jidhlu membri godda id-dritt ta` cirkolazzjoni libera jigi ristrett ghal perjodu transitorju.` M`hemm xejn zgur.` Hemm biss indikazzjonijiet. ` Dan kif ghedt qabel qed isir biex jipprotegi lill pajjizi ezistenti ta` l-UE izda la l-principju jigi accettat allura jkun aktar possibbli li tinnegozja biex il-principju taddattah ghal bzonnijiet ta` pajjizek.

Izda zgur li dan` huwa possibbli, `ferm aktar possibbli,` taht il-mudell Svizzeru. Dan m`huwiex zvantagg. Dan huwa ftuh gradat ta` l-ekonomija taghna biex issir kompetittiva` f`dinja globali.`

Daqqa jghidu li l-alternattiva ghas-shubija huwa l-izolament u daqqa jgidu li permezz tal-mudell Svizzeru ser igiegheluna naccettaw cirkolazzjoni libera tal-persuni!

Jakkuzawna` li qed inbezzghu in-nies bil-babaw meta fil-fatt issa bdew jaghmlu hekk huma!

Il-verita` hija semplici. Ahna taht l-ebda mudell ma rridu li pajjizna jkun izolat.` Pajjizna huwa zghir wisq biex noqghodu ndawru lira biss bejnietna. Ghalhekk ma hemm xejn, xejn hazin li pajjizna jiftah is-suq tieghu ghal cirkolazzjoni libera ta` persuni ma l-UE. Izda dan ma rridux naghmluh mil-lum ghal ghada. Ma rridux naghmluh biex noghgbu lil xi hadd iehor.` Naghmluh ahna ghat-temp taghna ghax ikun jaqblilna.

Nohlom li f`pajjizna tant l-ekonomija tkun sejra tajjeb li jkollna bzonn haddiema barranin biex inlahhqu. Din il-holma tista` ssir rejalta` jekk nahdmu b`rasna, nifhmu x`inhuma il-vantaggi u l-izvantaggi taghna u nuzaw il-qaghda strategika ta` pajjizna biex insarrfuha f`negozjati vantaggjuzi ma l-UE biex dak li nikkoncedu nikkonceduh ghax, kif u meta jkun jaqblilna.

Meta tintlahaq din ir-rejalta` allura ma jkunx hemm izjed biza li` l-Isqallin jigu jikluna. Anzi jkun merhba bihom.` Il-gwaj hu jekk bi shubija bla ma nsolvu il-problemi ekonomici ikollna nifthu s-suq tax-xoghol ghal barranin meta l-ekonomija tkun ghada zoppa u meta investiment dirett m`hu jersaq lejna xejn.

Min ma jaghmilx din id-distinzjoni irid iqarraq.

No comments:

Post a Comment