Sunday 14 January 2001

Inaccettabli

Il-Kullhadd Inacettabbli

Hija sfortuna li l-ossessjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-gvern li jdahhal lil Malta fl-UE maljar kemm jista jkun akkost ta` kollox mhux qed thalli li jsir dibattitu serju fil-pajjiz dwar aspett tant importanti ghac-cittadini Maltin.

Bil-magna tal-gvern f`idejh, bil-gazzetti u l-media jibbakjaw lil gvern b`mod ikundizzjonat rigward il-politika ta` shubija fl-UE, u permezz ta` fondi pibblici mghoddija lill-MIC ( Malta EU Information Centre)` ghandna sinfonija shiha ta` tpacpic fil-vojt dwar li Malta ma ghandiex ghazla hlief li tidhol maljar kemm jista` jkun fl-UE bla ma toqghod tifttex jekk hemmx toroq ohra aktar addattati ghac-cirkostanzi ta` pajjizna.

Bhalissa f`Super One qed inhejju set ta` dokumentarji biex nispjegaw `l ghala l-Isvizzera, n-Norvegja u l-Islanda,` pajjizi zviluppati daqs jew aktar mill-membri ezistenti ta` l-UE, ghazlu li jkun ahjar ghalihom li ma jidhlux membri izda jzommhu relazzjoni mil-qrib.

Tlabt l-ghajnuna tal-MIC biex bhal ma jghamlu fuq TVM jghatuna l-fondi halli nwasslu quddiem il-poplu Malti in-naha l-ohra tal-munita. Dan biex il-poplu jkun infurmat mhux biss dwar l-ghazla ta` shubija` izda wkoll dwar l-alternattivi ohra li jezistu ghal shubija. Qbilt ma l-MIC li f`dawn id-dokumentarji nghatu biss il-fatti dwar il-pajjizi li hadu l-ghazla l-ohra u li d-dokumentarji jkunu objettivi b`mod li jkun hemm kontroll editorjali flimkien bejn il-MIC u s-Super One ghax l-ghan taghna huwa biex ninfurmaw u mhux biex ninfluwenzaw.

Minkejja dan kollu il-MIC irrifjutaw l-ghajnuna. Tafu ghaliex. Ghaliex il-MIC qieghed hemm biex jaghti l-informazzjoni biss dwar is-shubija fl-UE.` Il-MIC mhux qed hemm biex jinforma lil poplu Malti dwar l-ghazliet kollha. Le, il-gvern irid li l-MIC jinforma biss dwar is-shubija.

Tajbda din. Mela il-poplu Malti ser jigi mitlub f`referendum biex jiddeciedi iridx lil pajjizna isir membru fl-UE izda flok nuruh iz-zewg nahat tal-munita nuruh u nibbumbardjawh f`informazzjoni fuq naha wahda biss. U biex tkompli tghaxxaqha ma tinghatax informazzjoni fuq in-naha kollha tal-munita tas-shubija.` Izda biss dwar l-aspetti pozittivi tas-shubija. Dwar l-aspetti negattivi dwar dawn nitkellmu mill-anqas.

Ghalhekk sikwit tal-MIC jinfurmawna kemm l-istudenti taghna jkunu jistghu isegwu programmi ta` studji barra minn Malta.` Dan huwa minnu. Izda huwa minnu wkoll li dan ikun japplika b`mod limitat ghal ftit mijiet ta` studenti u li dan jista` jigi negozjat ukoll f`relazzajoni specjali bhal ma ghandhom l-Isvizzeri u Norvegizi. Ma tantx jghidulna lanqas li shubija taghti dritt lil studenti barranin jigu jistudjaw fostna` bl-istess kundizzjoniet ta` l-istudenti Maltin,` hlief l-istipendju.

Dan ifisser li studenti barranin ikollhom dritt jigu jistudjaw b`xejn fl-universita` taghna flok ihallsu ghall-istudji taghhom f`pajjizhom. Dan probabbli jfisser li is-sistema ta` universita` b`xejn, ahseb w`ara l-istipendji, ma jibqghux aktar sostenibbli ghal pajjizna u maz-zmien l-universita` ssir bi hlas biex nilqghu ghall-influss ta` studenti barranin. Ma nkunux nistghu naghmluha bi hlas ghal barranin biss. Li jkun jghodd ghalihom ikun jghodd ukoll ghal studenti Maltin.

Issa dan mhux argument li wahdu ghandu jorbot u jholl favur jew kontra shubija fl-UE. Izda tajjeb li l-informazzjoni titwassal sewwa u shiha ghand ic-cittadini biex dawn ikunu jistghu jiddeciedu b`mod infurmat.

Izda bil-fondi tal-gvern lanqas biss ma qed nghatu stampa shiha dwar is-shubija.` Ahseb w` ara kemm qed nghatu informazzjoni dwar l-ghazliet l-ohra.` U issa b`mod formali huwa maghruf li l-Gvern ma jridx jivvota flus biex il-poplu jkollu taghrif ekwivalenti fuq l-ghazliet l-ohra.

Il-Gvern iridna biss nemmnu li hemm triq wahda. Li s-salib tqil kemm hu tqil irridu ngorruh.

Kif jista` l-poplu jiddeciedu f`referendum jekk ma jkollux taghrif shih mhux biss dwar is-shubija izda wkoll dwar l-alternattivi ghas-shubija` Jew hemm min jibza li jekk jaghti taghrif shih il-poplu malajr wasal ghal konkluzjoni ovvja li rabtiet specjali bhal dawn huma l-aktar addattati ghal pajjizna`

Din hija pozzizzjoni inaccettabbli li timmina l-izvolgiment tad-demokrazija f`pajjizna. Il-Partit Laburista irid ilesti risposta politika.

No comments:

Post a Comment