Sunday 22 April 2001

Sieheb Zeppi w sieheb Peppi

Il-Kullhadd Sieheb Zeppi w Sieheb Peppi

Lil sieheb Zeppi tafuh zgur. Zeppi huwa dak li Malta kollha tafu bhala bniedem ta` kwalitajiet tajba u anqas tajba , Joseph Fenech komunament maghruf bhala Zeppi l-hafi.` Siehbu huwa dak li fi kliem Zeppi stess jista jitfixkel fi kliemu ghalkemm ta` l-iskola.` Jigifieri hadd anqas mill-Prim Ministru Dr Fenech Adami.

Li l-Prim Ministru U Zeppi l-Hafi jafu `l xulxin sew huwa fatt li ma jista` jichdu hadd. Jafu mhux jigifieri sahha bongu.` Jafu jigifieri fiz-zmien qabel Dr Fenech Adami lahaq Prim Ministru kien jerfghu fuq spallejh waqt xi meeting jew dimonstrazzjoni.` Kien ma ohrajn jghassislu d-dar u fizikament jipprotegih minn xi saram.

Huwa fatt ukoll maghruf li dan Zeppi ghandu habta jikser dufrejh mal-gustizzja u dan mhux darba jew tnejn. Fost akkuzi ohra kellu sahansitra partecipazzjoni f`attentat ta` omicidju, traffikar ta` droga u serq aggravat bil-vjolenza.

Izda haga ta` l-iskantament minkejja dan qatt ma dahal il-habs. Anke b`akkuzi serji bhal dawn u hafna aktar akkuzi ta` serjeta` sekondarja, Zeppi jidher li ghandu l-istilel favur tieghu ghax dejjem skansawielu.` Meta ma kienx hemm aktar li jista` jehilsu, l-istilel tajba li tahthom twieled Zeppi bghatulu mahfriet presidenzjali li kienu appovati minn siehbu l-Prim Minsitru Dr Fenech Adami. Mahfriet presidenzjali li skansawlu kemxa habs gmielha biex huwa jkun jista` jikxef, jixhed u jinqabdu l-hatja.

S`issa irrizulta li dawn il-mahfriet presidenzjali inghatew mill-istat Malti ghal xejn. F`zewg kazi ta` guri fejn xehed Zeppi l-akkuzati gew mehlusa. Iil-gurati ma emmnux dak li qal Zeppi. F`kaz iehor fejn xehed Zeppi l-akkuzat instab hati izda l-prosekuzzjoni qeda` on record li kella kaz qawwi bizzejjed u m`ha kelliex bzonn ix-xhieda ta` Zeppi. U dan sar ghax ix-xhieda ta` Zeppi tant kienet kontradittorja fid-dettalji taghha li l-avukat difensur kien jirnexxielu jgibha bla kredibbilita. Ghalhekk il-prosekuzzjoni ridet tjibni l-kaz` bla htiegha ta` l-ghajnuna tax-xhieda ta` Zeppi.` U hekk kien! Ghal darba l-Istat Malti ta` mahfra presidenzjali lil Zeppi bla ma ha valur minnha.

U sieheb Peppi f`hiex jidhol Peppi huwa Joe Azzopardi ta` Xarabank.` Ma tafux min huwa siehbu` Sieheb Peppi huwa Lou Bondi`. Ma kontux tafu li sieheb Peppi huwa Bondi Jekk ma kontux tafu issa tafu. Peppi u Lou shab ukoll fin-negozju.` Ghandhom negozju flimkien li jipproduci programmi bhal Xarabank, u Virtwali fuq TVM u gieli jaghmlu xoghol iehor ta` produzzjoni kemm televiziva kif ukoll ghar-reklamar jew public relations.` Fosthom jghinu jipproducu Viva Malta fuq TVM tal-MIC u gieli hadu kuntratti ohra tal-gvern jew organizzazzjonijiet ohra kkontrollati mill-gvern.

Mela sieheb Peppi is-socjalist aktar minn Alfred sant,` hu Lou Bondi` nazzjonalist u konservattiv dikjarat. Lou Bondi` ghandu antipatija cara u dikjarata kontra Alfred Sant.` Fl-elezzjoni tal-1996 kien pengih qisu xitan.` Mindu telaq mill-amministrazzjoni centrali tal-Partit Nazzjonalista pprova jimmodera ftit izda dan l-ahhar rega mar il-bahar.

L-ewwel beda fuq il-kwistjoni ta` kuginuh il-Ministru Austin Gatt. Hareg bl-ideja brillanti illi jekk issir inkjesta fuq Carbonaro u jirrizulta li Austin Gatt huwa bla htija allura ghandu jirrezenja Alfred Sant. Dan l-gherf minn fejn qed jasal f`pajjizna` Sibna xi nixxiegha gdida fi Brussel`

Mela skond sieheb Peppi, Alfred Sant li bhala Kap ta l-Opposizzjoni ghandu dover li jghasses l-operat tal-gvern u jxammem ghal kull abbuz ta` poter,` kull meta jitlob ghal investigazzjoni u ma jirrizulta xejn ikollu jirrezenja.` Jista` Lou Bondi jilluminana f`liema pajjiz demokratiku jsiru dawn it-tip ta` kundizzjonijiet biex issir invetigazzjoni fuq l-operat tal-gvern`

U biex ikompli jfewwah il-borma Lou Bondi rega` qalilna li Alfred Sant ma ghandux dritt jiddubita li Fenech Adami ta` mahfriet lil Zeppi l-Hafi bla raguni valida. Alfred Sant ghandu jmeri il-fatti li qed jigru quddiem ghajnejh u jfahhar lil Dr Fenech Adami talli ta` tlett mahfriet presidenzjali lil Zeppi l-Hafi.` X`jimporta li dawn ma swew ghal xejn X`jimporta li kriminal llawrjat ghadu jigri barra jinnegozja xi bicca kuntrabandu` Quddiem dan kollu il-Kap ta` l-Oppozizzjoni lanqas ghandu jghaddielu minn mohhu li dawn il-mahfriet inghataw lil, Zeppi ghax hu min hu. Il-Kap ta` l-Oppozizzjoni ghandu jaghmel bhal sieheb Peppi u jkollu fiducja ghamja f`sieheb Zeppi. Inkella jkun qed ixewwex.

U l-laburisti` nhar ta` gimgha jfittxu Xarbank biex jaraw lil Peppi jippoza ta` socjalist halli jkun jista jaqsam il-frott tal-ftahir lil sieheb Zeppi ma sieheb Peppi. Halli sieheb Peppi jkun jista` jkompli jiddefendi lil sieheb Zeppi bl-ghajnuna tal-laburisti li nhar ta` gimgha jaraw Xarabank waqt li Peppi jkompli jahlef li meta stieden lil Prim Minsitru f`Xarabank mdawwar f`kazin nazzjonalista ma kienx jaf li qed isir is-survey. Peppi kif hawn il-La salle, go and tell it to the marines!

No comments:

Post a Comment