Sunday 20 May 2001

L-elezzjoni meta

Il-Kullhadd L-elezzjoni meta`

Gmielha tvenven l-ipotezi li dan il-gvern ma ghandux hajja twila u li elezzjoni generali mhix fil-boghod.` X`inhu jwassal ghal dawn id-diceriji propju meta ghadna f`nofs legislatura ta` gvern b`maggoranza ta` hames siggijiet`

Jien difficli` niehu dawn id-diceriji bis-serjeta`.` Lin-nazzjonalisti nafuhom bizzejjed.` Kieku ghandhom ghal qalbhom l-interess tan-nazzjon jew verament jemmnu fid-demokrazija kieku jsejjhu elezzjoni llum qabel ghada. Izda n-nazzjonalisti la ghandhom l-interess tan-nazzjon u lanqas jemmnu fid-demokrazija.

Ghandhom mandat vvizzjat mibni fuq weghdiet li ma jistghux jitwettqu u li b`mod xejn demokratiku uzawh biex qacctu mandat elettorali tal-partit laburista li kien ghadu fil-bidu tat-twettiq tieghu. Daqstant jemmnu fid-demokrazija n-nazzjonalisti! Biex jirbhu l-elezzjoni jghidu li se jnaqqsu t-taxxi meta jafu li dan mhux se jkun possibbli bil-problemi finanzjarji li holqu huma stess, u mbghad bhalli kieku xejn jinsew kull ma weghdu u jziedu l-piz tat-taxxi b`mod selvagg.

Biex jidhru helwin ma l-elettorat ghamlu erbatax il-sena `money no problem` sa ma mlew lil pajjiz bid-dejn sa xfar ghajnejh b`mod li qed nihranu l-futur ta` wliedna u nipperikolaw il-helsien.` Fejn hu l-interess tan-nazzjon`

Mela ghan-nazzjonalisti is-siggu tal-poter huwa helu wisq u aktar ma jaraw l-opinjoni pubblika ddur kontrihom aktar se jiggranfaw mal-poter akkost ta` kollox.

Mela biex in-nazzjonalisti jmorru ghal elezzjoni qabel zmienha iridu jigu sfurzati mic-cirkostanzi.` Iridu ma jkollhomx ghazla ohra.` Iridu jinkisrulhom dufrejhom waqt li jkunu qed jiggranfaw b`kull mezz mas-siggu tal-poter. Mela li rridu nistaqsu huwa kemm` huwa possibbli li n-nazzjonalisti kontra qalbhom u ghax ma jistghux jaghmlu mod iehor ikollhom ifittxu mandat elettorali gdid.

Dan gara fis-sajf tas-96 meta ffaccati minn hofra kbira li zviluppat fil-finanzi tal-gvern li ma kienetx tippermetti li tinheba izjed kieku tressaq budget ghal 1997, in-nazzjonalisti marru ghal-elezzjoni bit-tama` li meta il-problema finanzjarja tohrog fil-berah ikollhom ga mandat gdid taht abthom miksub bil-qereq u bil-weghdi fierha.

Qeghdin f`sitwazzjoni simili. Jghid x`jghid il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi is-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiz harbitilhom minn idejhom. Alla biss jaf xi tbazwir qed isir biex l-affarijiet jinhbew. Izda l-poplu ihossha.` Titkellem ma min titkellem, laburist, nazzjonalist` jew ma jimpurtahx, kullhadd qalbu maqtugha.` Kullhadd jghid li donnu c-cirku waqaf idur, li qatt ma konna f`pozizzjoni kerha bhal din.

Il-gvern biex jigbor it-taxxi ha jiffinanzja n-nefqa li ma jafx jikkontrolla sallab lil kullhadd. Hadd ma ghadu jonfoq, hadd ma ghadu jinvesti.` Fin-negozju biex tigbor flusek trid titqanzah.` Il-banek aktar hsiebhom biex jibghatu flus id-depozitanti barra milli biex jghinu l-ekonomija tirkupra. Flok jizdiedu l-impjiegi fil-privat jizdiedu dawk mal-gvern b`holqien ta` mpjiegi artificjali li jkompli jzid l-ispiza pubblika.` `Investiment minn barra ma tarahx b`nemes.

Il-finanzi tal-gvern li suppost mil-gbir tat-taxxi goffi qed jibdew jigu f`posthom ghadhom problema. Id-dhul li l-Ministru bassar li jdahhal ghal din is-sena difficli jintlahaq meta l-ekonomija mbazwra u biex jintlahaq irid ikompli jbazwar l-ekonomija aktra milli hi.

Is-settur tat-teknologija li s`issa kien qed isostni l-esportazzjoni u l-investiment gdid fil-manifattura issa dahal f`ciklu ekonomiku li qed ihares `l isfel fejn jonqsu l-esportazzjoni u ma jisirux investimenti godda. Fuq dan u l-effett li se jkollu fuq l-ekonomija taghna ma jrid jitkellem hadd lanqas il-bank centrali li ghadu jistma li din is-sena l-esportazzjoni se tkompli tikber b`ritmu normali.

Il-habi u l-loghob bl-istatistika ma jippermettix analizi serja u dettaljata.` Izda ndikazzjonijiet li problemi qed jikkarkaw qedin hemm. Ministru jaghmilha cara li jrid post il-kap tieghu. Kif tmissilhom it-triq ta` l-ewropa u tghidulhom biex ma jkomplux jidhqu bin-nies bil-weghdi tal-fondi li se jigu,` joqomsu ghax donnu qed jippermjaw kampanja fuq kemm se jgibu fondi meta nsiru membri fl-UE. Min ma jaqbilx maghhom sar iblah, mazzun u jahdem kontra l-interess nazzjonali.

Sadanittant quddiem kazi cari li jehtiegu nvestigazzjoni serja u ndipendenti kullhadd jibqa` fommu sieket u ndifferenti. Hadd m`hu nteressat jinvestiga ghala l-Mid-Med Bank inbiegh b`nofs prezz bla offerti` Hadd ma jinteressah li l-haddiema tal-Mid-Med baqghu bla flus ghal-fondazzjoni bhal ma hadu tal-Bank of Valletta u tal-Maltacom` Hadd ma jrid jara kif u ghala gew mislufa tant miljuni lid-Daewoo kontra kull prattika bankarja` Hadd ma jrid ikun jaf kemm neffaqna izjed il-gvern fis-sena 2000 meta ma kopriex il-prezz taz-zejt bil-hedging` Hadd ma jinteressah ghala l-car park ta` l-ajruport tiggedded bla sejha ghall-offerti` Hadd ma jinteressah kif barunijiet tad-droga jarharbu jew jinghataw il-mahfriet Hadd ma jinteressah jinsisti li l-gvern jghid kemm se nhallsu biex insiru membri fl-ewropa Dak li ma nhallsu huwa hafna aktar zgur u car minn dak li ha nircievu.

Dawn u affarijiet ohra juru li n-nazzjonalisti ghadhom iggranfati mal-poter izda li dufrejhom bdew jinqasmu. Meta jitqacctulhom dufrejhom issir l-elezzjoni.

No comments:

Post a Comment