Sunday 18 November 2001

Rajna f'idejna - ninbidlu kif jaqblilna

Il-Kullhadd B`rajna f`idejna - ninbidlu kif jaqblilna

Bhala wiehed li kont instigajt b`mod car biex il-Partit Laburista jlahham u jlibbes il-politika tieghu ta` Svizzera fil-Mediterran huwa ta` sodisfazzjon kbir li nara li dan sar b`mod effettiv.

Illum qed jikber sew l-gharfien li l-politika ta shubija fl-Unjoni Ewropeja mhix addattata ghal bzonnijiet ta` pajjiz zghir bhalna.` Mhux ghax l-UE hija xi haga hazina .` Mhux ghax ahna ghandna xi antipatija ma l_UE. Xejn minn dan.` Izda ghax l-UE hija organizzazzjoni li r-regoli taghha huma aktar disinjati biex jissalvagjardjaw il-mod ta` hajja ta` pajjizi kbar u mhux addattat ghal gzira ckejkna u sovrana f`nofs il-Mediterran.

Lanqas il-hafna emmissarji li minn zmien ghal zmien jigu fostna biex jippromwovu s-shubija fl-UE qatt ma jaslu biex jghidu li Malta jaqblilha tkun membru fl-UE.` Li jghidu huwa li l-UE tkun kuntenta jekk Malta tissieheb bhala membru basta toqghod ghar-regoli jekk mhux mal-ewwel wara zmien tranzitorju li jista jigi f`certi kazi negozjat.

Jghidulna wkoll izda li jekk il-poplu Malti b`ghazla demokratika jiddeciedi li jippreferi it-triq ta` relazzjoni specjali kif imhaddna mil-Partit Laburista allura ma jkunx hemm ostakli biex l-UE tinnegozja maghna arrangamenti bhal dawn skond ir-rieda demokratika tal-poplu Malti.

Hekk kif jikber l-gharfien ta` kemm ma jghoddx ghalija il-mudell ta` membership fl-UE jikber l-ghatx ghal taghrif dwar il-poltika ta` Svizzera fil-Mediterran biex isir gudizzju li din tevita l-izvantaggi tas-shubija bla ma titlef il-vantaggi.

U mill-esperjenza tieghi in-nies dan bdew jifhmuh.` Mhux biss bdew jifhmu il-politika ta` Svizzera fil-Mediterran izda qed ippogu din il-poltika fi kliemhom stess. U biex jispjegaw il-politika ta` Svizzera fil-Mediterran fi kliem` kemm jista` jkun semplici u li jinftiehem minn kullhadd il-poplu qed iffissirha bhala` RAJNA F`IDEJNA u NINBIDLU KIF JAQBLILNA.

U nahseb li dawn iz-zewg frazijiet huma l-essenza tal-poltika laburista ta` Svizzera fil-Mediterran. Rajna f`idejna ghax permezz ta` din il-poltika nibqghu poplu sovran. Il-helsien u n-newtralita` niddefendihom permezz ta` tharis ts-sovranita`. Ma nigux kostretti naghmlu dak li jiddeciedi ghalina haddiehor. Il-famuza shared sovereignty ta` shubija fejn il-qatra taghna tithallat u tintilef fil-garra tal-pajjizi `l kbar ma tapplikax ghal politika ta` Svizzera fil-Meditterran. Il-vantagg tal-qaghda strategika ta` pajjizna nibzghu ghalih u nuzawh fin-negozjati bil-politika ta` Svizzera fil_Mediterran u mhux inceduha mill-bidu nett bhal fil-politika ta` shubija fl-UE.

Ninbidlu kif jaqblilna huwa aspett iehor importanti tal-politika ta` Svizzera fil-Mediterran. Dawk li jridu jqarrqu jghidu li jekk ma nidhlux membri fl_UE nibqghu wahedna u ma nkunux nistghu naggornaw u ninbidlu.` Ipingu l-politika taghna bhala wahda difensiva li tiddefendi l-antik u l-istatus quo. Dan mhux minnu .

Il-politika ta` Svizzera fil-Meditteran thaddan il-bidla.` Izda ninbidlu kif jaqblilna, fejn jaqblilna u fit-temp li jaghmel sens ghalina. Dan mhux possibli taht shubija.` Ghax hemm trid taccetta kollox u kemm jista jkun malajr kemm jekk jaqbillek kif ukoll jekk ma jaqbillekx.

Ninbidlu kif jaqblilna tfisser li lil pajjizna nifthuh biex jikkumercja liberament mal `pajjizi kollha tad-dinja u mhux nifthu biss ma l-UE u ntellghu barrieri mal-kumplament tad-dinja.

Ninbidlu kif jaqblilna tfisser li nifhmu li ahna poplu zghir u jehtieg nuru solidarjeta` ma xulxin biex il-prezz tal-bidla jingarr b`mod li jaghmel gustizzju socjali u mhux thalli is-suq isuq u min hu zghir jitghaffeg u min hu kbir jissahhah.` Ifisser li l-haddiema jinghataw it-tahrig mehtieg kollu biex ikunu ppreparati ghal bidla jaccettawa, juzawha u jkattru l-gid minnha.

Bil-vantaggi ta` rajna f`idejna u li ninbidlu kif jaqblilna ghandna nkomplu nikkonvincu lil dawk li filwaqt li tilfu l-fiducja fi-partit nazzjonalista fil-gvern iharsu lejn l_UE bhala l-agent barrani bzonnjuz biex igib il-bidla tant mehtiega f`pajjizna. Lil dawn jehtieg nipperswaduhom li l-bidla l-ahjar anmministrawha ahna stess bil-kuragg u bil-kuxjenza socjali ghax inkella hafna ser jinkinsu u jwegghu bla htiega.` B`rajna f`idejna ninbidlu kif jaqblilna ahjar.

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment