Thursday 15 May 2003

Tfigg ir-Rejalta

L-Orizzont 

Matul il-kampanja elettorali kelli zewg okkazjonijiet fejn f’dibattiti televizi mal-Ministru John Dalli ghedtlu li l-finanzi tal-Gvern harbulu minn idejh u li l-ahhar figuri li kienu gew publikati sa dak iz-zmien, jigifieri il-11 il-xahar sa Novembru 2002 kienu juru li kien se jmur zmerc mil-figura tad-deficit li kien habbar fil-budget ghas-sena 2002 jigifieri Lm78 miljun.

Bla tlaqliq kont ghedtlu li l-fatt li l-elezzjoni se ssir qabel ma johrogu il-figuri tal-finanzi tal-gvern ghas-sena shiha 2002 kien ifisser li kollox jindika li rejalta’ qarsa tfigg wara l-elezzjoni.

Ma mortx zmerc. Minkejja li l-Ministru Dalli ripetutament assigurana li kollox kien kif ippjanat u li matul ix-xahar ta’ Dicembru id-dhul tal-gvern ikun qawwi hafna biex il-figuri ghas-sena shiha ikunu dawk li kien habbar fil-budget, issa jidher li dan mhux hekk.

“Mil-figuri li gew pubblikati il-gimgha l-ohra jidher li d-deficit ufficjali tas-sena ‘l ohra kien ta Lm88 miljun, jigifieri Lm10 miljun akjtar milli kien stima il-Ministru fil-budget f’Novembru li ghadda u Lm3 miljuni izjed mis-sena ta’ qabel u wkoll mis-sena 2000.”
Mil-figuri li gew pubblikati il-gimgha l-ohra jidher li d-deficit ufficjali tas-sena ‘l ohra kien ta Lm88 miljun, jigifieri Lm10 miljun akjtar milli kien stima il-Ministru fil-budget f’Novembru li ghadda u Lm3 miljuni izjed mis-sena ta’ qabel u wkoll mis-sena 2000. Mela il-problema tad-deficit mhix talli mhux qed tickien. Qed tikber!

Anke kieku din kienet l-istorja kollha diga’ serja bizzejjed. Izda din mhux l-istorja kollha. Ir-rizultat ufficjali huwa mpitter minn hafna tbazwir u loghob bil-figuri.

Nibdew minn dak li s’issa jafu kullhadd. Tant jafu kulhadd li anke l-ufficcju ta’ l-Istatistika kull dabrba jerga jfakkurulna donnu biex jiskolpa ruhu minn tbazwira bhal din. Qed nghid ghal Lm21 miljuni li gew mislufa lill-MIA mill-Bank of Valletta u ghaddiethom il-gvern bhala dhul ordinarju bhala parti mil-process ta’ privatizzazzjoni.

Dawn izda ma huma dhul ordinarju xejn. Dan huwa dhul stroardinarju li ma jergax jirrepeti ruhu. Tbazwira ta’ darba. Mela dificit rejali irid jizdied b’Lm21 miljun. Minn Lm 88 miljun irid jitla’ ghal Lm109 miljuni.

Trid tiehu wkoll kunsiderazzjoni ohra. Is-sena ‘l ohra il-gvern dahhal Lm10.5 miljuni mill-iskema ta’ registrar ta’ investimenti barranin. Din ukoll haga ta’ darba. Izda l-gvern dahhalha mad-dhul ordinarju. Mela d-deficit tassew rikorrenti irid jizdied b’dan l-ammont u jkompli jitla ghal Lm120 miljun.

Izda hemm mistoqsijiet godda x’naghmlu. Jirrizulta li matul ix-xahar ta’ Dicembru 2002 id-dhul mit-taxxa tad-dhul (income tax ) zdied minn Lm26.5 miljuni f’Dicembru 2001 ghal Lm40 miljuni. Din qabza ta’ Lm13 il-miljuni zieda ta’ 50% fuq l-istess xahar tas-sena ‘l ohra.

Qabziet bhal dawn m’humiex normali. Jitolbu spjegazzjoni. Zgur li ma kien xejn x’jiggustifika qabza bhal din. L-ekonomija mghaxxa kienet u mghaxxa baqghet. X’wassal ghal din il-qabza stroardinarja fit-dhul mill-income tax? Jista xi hadd ilum jekk fin-nuqqas ta spjega adekwata ghal zieda bhal din, osservaturi ekonomici bhali jibdew jissuspettaw xi tbazwira finanzjarja ohra bhal Lm21 miljun ta’ l-MIA?

Dan specjalment nissuspettah meta matul is-sena inbidlu ir-regoli tal-Provisonal Tax biex id-Dipartiment Tat-Taxxa ikun jista jiddeciedi hu meta it-taxxa provizjorja ghandha tithallas.

“Ir-rejalta tidher mill-mod kif qed jizdied id-dejn nazzjonali u kif il-flus mil-privatizzazzjonu josfru bhal ma toghsfor caghqa meta twabbadha fil-bahar.”
Ha naghti ezempju. Per ezempju entita’ bhal Bank of Valletta li ghanda is-sena finanzjarja taghlaq f’Settembru ta’ kull sena ma tantx jaghmlilha wisq differnza jekk it-taxxa ta’ matul is-sena thallisiex f’Dicembru 2002 flok f’April 2003 u f’Awissu 2003. Il-tlett data jaqghu fis-sena finanzjarja sa Settembru 2003.

Izda lil Gvern jghamillu differenza kbira ghax jekk dhul li normalment jidhol f’April jew Awissu ta din is-sena idahhlu f’Dicembru tas-sena ‘l ohra b’daqshekk ikun qed inaqqas id-deficit tas-sena ‘l ohra b’mod artificjali.

Ma nistax niddikjara li gara hekk. Izda fl-assenza ta’ spjegazzjoni meta hemm lok car ghal wahda, meta tkun taf li nbidlu r-regoli tal-provisional tax, u meta ga ghandna esperjenza ta’ kemm il-Ministru jhobb jilghabbil-figuri biex igib il-bocca fejn il-likk, allura bilfors nahseb li hemm tbazwir mhux hazin fil-figuri tal-finanzi pubblici tas-sena 2002 li ghadhom kif hargu.

Id-deficit rejali tas-sena ‘l ohra huwa mill-anqas Lm120 miljun u probabbli izjed tqis iz-zieda stramba mid-dhul fl-income tax fix-xahar ta’ Dicembru 2002. Dan ifisser li ghadna fejn konna jew addirittura morna lura minn meta faqqghet il-bomba tad-deficit fl-ahhar ta’ l-1996. Lm300 miljuni fis-sena zieda fit-taxxi ma servrew proprju ghal xejn ghax il-gvern nefaqhom flok naqqas id-deficit.

L-ebda loghob bil-figuri ma jibdel ir-rejalta’. Ir-rejalta’ hi dik li hi u mhux dik li jghidu il-figuri. Ir-rejalta tidher mill-mod kif qed jizdied id-dejn nazzjonali u kif il-flus mil-privatizzazzjonu josfru bhal ma toghsfor caghqa meta twabbadha fil-bahar.

Mhux ta b’xejn issa hawn certu tvenvina li l-Ministru tal-Finanzi qed jillobja ha jiehu Ministeru iehor fejn ma jkunx responsabbli mil-budget. Ghax hames snin huma twal bizzejjed biex ir-rejalta’ tohrog u r-rejalta ma tantx hija appettituza. Allura tajjeb li l-problemi jirithom haddiehor, mhux hekk, issa li l-elezzjoni ghaddiet.

No comments:

Post a Comment