Sunday, 21 April 2002

Ara min irid Jitkellem

Il-Kullhadd


Jekk kien hemm bzonn prova ta` kemm in-nazzjonalisti jinsabu darhom mal-hajt hadniha mhux biss mir-rizultat ta` l-elezzjonijiet lokali izda mil-fatt li hassew il-bzonn li jergghu jaqalghu l-iskeletru tal-vjolenza li batew minnha meta kienu fl-oppozizzjoni.

`Ta` l-irgulija lil Alfred Sant pattewielu bi tradiment`



Tkazaw li Alfred Sant ma ghamilx apologija tal-vjolenza taz-zmien sebghin u tmenin.

Hemm bzonn li l-affarijiet narawhom fil-perspettiva taghhom. Il-vjolenza hija kundannabbli dejjem.` `Alfred Sant dan wettqu bil-provi u bil-fatti u mhux b`apoligiji facli.

U talli kien ragel gie abbuzat. Ghax in-nazzjonalisti serrhu mohhom mil-vjolenza uzaw il-poter li ghandhom fix-xibka wiesgha ta` poter biex rewwhu u ghawwru sa ma waqqghu gvern laburista elett demokratikament. Ta` l-irgulija lil Alfred Sant pattewielu bi tradiment.

Ma nahsibx li ghandu jkun hemm xi problema biex tigi kundannata l-vjolenza ta` kull zmien. Izda ejja ma nkunux semplicistici. Il-vjolenza taht gvernijiet laburisti tas-snin sebghin u tmenin ma gietx minn naha wahda. Il-bombi li splodew wara bieb ta` hafna li hadmu mal-gvern laburista b`mod onest ma nahsibx li poggewhom il-laburisti.



` Poplu religjuz bhalna x`tista taghmillu aktar kattiv milli tilghabha tal-Missier Etern u tikkunddanah ghall-infern`

`Il-bomba li qatlet lil Karin Grech ma bghatuhiex il-laburisti.` U kollox ma kollox dawn kienu avvinmenti sparodici li kundanabbli kemm huma kundanabbli jibqghu xoghol il-ftit fuq il-ftit.

Izda id-dnub il-mejjet tas-snin sittin mhux hekk. Dan kien sforz organizzat mic-celluli tal-poter biex izommu barra mil-gvern lil partit laburista li ried tassew jiddefendi l-interessi tal-maltin.

Poplu religjuz bhalna x`tista taghmillu aktar kattiv milli tilghabha tal-Missier Etern u tikkunddanah ghall-infern, tidfnu fil-mizbla, izzewwgu fis-sagristija u ccahhdu mis-sagramenti Din kienet vjolenza organizzata u istituzzjonalizzata, ha nuza kelma ghal qalb in-nazzjonalisti, li rredikolat id-demokrazija li suppost ksibna bl-indipendenza li zgurat li zghir jibqa` maghaffeg, injurat u jekk jista jkun jitqabbad l-ewwel vapur lejn l-Awstralja bil-banda b`kollox.

Dan mhux xoghol il-ftit fuq il-ftit. Dan xoghol corma elitisti maghzula li uzaw ripressjoni fuq il-kotra.

Min huma maghrufa. Hemm min kellu l-kuragg, bhal Knisja, li jammetti htijietu u jitlob mahfra.



` Mhux ta` b`xejn lin-nazzjonalisti tant dejjaqhom Xtaqt Habbejtek li bbojkotaw diskussjonijiet fuq Super One u nehhew il-bojkott biss wara li spicca dan it-teleserial `

`Izda in-nazzjonalisti li gawdew l-aktar, dawn qatt ma talbu apologija lill-laburisti maltin li tant batew oppressjoni u vjolenza. Minn fuq iridu apologija ta` nuqqasijiet` izghar li ghamlu `l ftit fuq il-ftit.

`Ghax ma nibdewx bil-kbir l-ewwel Mhux ta` b`xejn lin-nazzjonalisti tant dejjaqhom Xtaqt Habbejtek li bbojkotaw diskussjonijiet fuq Super One u nehhew il-bojkott biss wara li spicca dan it-teleserial. Jiddejqu minn ifakkarhom fuq il-hnizrijiet tas-snin sittin.

Dal-pajjiz irid jimxi `l quddiem.` Ma jistax jibqa` jghix fil-bierah kemm jekk tas-sittin jew tat-tmenin. Quddiemu ghandu problemi mhux zghar frott l-inkompetenza ta` hmistax il-sena ta` tmexxija nazzjonalista fejn tassew imxew bil-kuncett fallaci li l-flus mhux problema.

Wasal zmien il-kontijiet.` Il-poplu Malti beda gej f`sensih. Il-poplu malti qed jitlob soluzzjoni veri u prattici bl-anqas tbatija possibbli. Dan jista` jghatihulu biss gvern laburista wara l-elezzjoni li jmiss. In-nazzjonalisti qed joffru biss l-UE li toffri is-soluzzjoni taghha li ma tiehux konsiderazzjoni tar-rejalta` li nghixu fiha ahna l-Maltin u biex il-htija tat-tbatija taqa` fuq l-UE u mhux fuq in-nazzjonalisti li holqu l-problema.

Jekk nahdmu sew u nioqghu maghqudin u nirbhu l-immaginazzjoni tal-poplu Malti mhux biss nirbhu l-elezzjoni li gejja b`margni akbar minn` tas-96, izda noffru tnexxija cara, effettiva u ispirata biex lil pajjizna nohorguh mis-saram li dahhaluna fih, u biex jerga jghix fil-paci mieghu innifsu u mal-girien.

U dan isir malajr u bla ma jbatu dawk li ilhom ibatu hafna u li ma jifilhux ibatu izjed. Dawn jehtiegu rifugju li jista jghatihulhom biss gvern laburista li jitla; wara l-elezzjoni li jmiss.

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment