Sunday, 26 May 2002

Naghmlu l-Agenda Taghna

Il-Kullhadd



In-nazzjonalisti jharsu lejn il-kwistjoni ta` l-UE bhala l-uniku salvomo li jista` jsalvahom minn disfatta fl-elezzjoni generali li jmiss. Ghalhekk ma jridu jitkellmu fuq xejn izjed hlief fuq l-Unjoni Ewropeja.

`Irridu nbieghu sitta bhal Mid-Med Bank biex naghmlu tajjeb ghal dejn bhal dan.`



X`jimporta li cifri tal-finanzi tal-gvern juru li fl-ahhar erbgha snin id-dejn u dhul specjali mil-privatizzazzjoni zdid bi kwazi hamis mitt miljun.` Bil kemm naf niktibha cifra daqshekk kbira. Lm500,000,000 jigu daqs kemm inbiegh il-Mid-Med Bank ghal sitt darbiet. Irridu nbieghu sitta bhal Mid-Med Bank biex naghmlu tajjeb ghal dejn bhal dan.

Fi kliem semplici id-dejn nazzjonali qed jizdied b`miljun lira kull tlett ijiem. U waqt li nziedu dejn b`din ir-rata nkwetanti inbieghu l-assi li jaghmlu tajjeb ghad-dejn u bil-flus li ndahhlu inhallsu haqq bicca mil-imghax ghal sena.

S`issa il-poplu ghadu jafda is-sistema finanzjarja.` Ghadu jinvesti fil-banek u jixtri stokks tal-gvern.` Allahares le ghax kieku jkollna dizaztru. Izda l-mistoqsija hija ser jibqa` l-poplu jafda is-sistema finanzjarja taghna meta jara d-dejn dejjem tiela u l-assi jinbieghu`

Min tassew ghandu l-interess tal-gid ta` wliedna dawn l-affarijiet irid jiffaccjahom u mhux ikompli ghaddej qisu xejn mhu xejn.` X`jimporta ghal gvern li ma fadalx flus biex ikollna sistema t`edukazzjoni u ta` sahha pubblika tajba ghal min ma jaffordjax servizzi privati`

`Xoghlna huwa li nuru l-qerq ta` min jghid li jrid referendum fuq bazi nazzjonali dwar l-Unjoni Ewropeja u mbaghad qed jippjana biex jaghmel dan ir-referendum bhal salvomo biex jifdih mit-telfa elettorali li qed tistennih`



X`jimporta li kullhadd jammetti li qatt ma kellna pajjiz mitluq daqs illum fej` qed nghixu f`ambjent degradandi u li jaghmel hsara lil sahhitna` Spiccajna biex ghat-tieni sajf fuq `l iehor bicca sewwa mil-kosta ma nistghux nuzawha ghall-ghawm ghax imniggsa mil-muntanja ta` skart li bnejna ikbar mil-piramidi.

X`jimporta li r-rota tan-negozju waqfet iddur Tmur fejn tmur, titkellem ma min titkellem, in-nies tan-negozju li jfornu is-suq lokal kollha jghidulek li qatt ma jiftakru zmien inwiegher daqs illum.` U ma jistax ikun mod iehor.` It-taxxi li jixrob il-gvern qed inaqqsu il-likwidita` mill-idejn.` Kieku l-gvern dawn it-taxxi jroddhom lura f`servizzi socjali jew ghajuniet ohra kieku il-flus iduru ghax f`idejn min ghandu l-anqas malajr jergghu jispiccaw ghand tal-hanut. Izda il-gvern it-taxxi qed juzahom biex ihallas l-imghax li jmur ghand min diga` ghandu u jibza jonfoq ghax il-futur incert. Ir-rota tal-flus waqfet iddur.

Anke hwienet tal-pastizzi illum spiccaw ikollhom ibieghu bid-dejn lil klijenti.` Naf x`jien nghid ghax rajt evidenza personalment.

U quddiem dawn il-problemi kollha il-gvern irid jitkellem biss fuq l-Unjoni Ewropeja. Ghax jekk nitkellmu fuq dawn il-problemi in-nazzjonalisti qas jingabru fl-elezzjoni li jmiss. Imma jekk nitkellmu fuq l-UE forsi dawn il-problemi ninsewhom u naraw it-tlellix ta` miljuni li jigu f`ghajnuna u snobizmu ta` min jahseb li ma nistghux inkunu Ewropej jekk ma nkunux membri shah fl-UE.

Xoghlna huwa li dan nirrezistuh.` Xoghlna huwa li nitkellmu fuq issues li jinteressaw il-hajja ta` kulkjum tac-cittadin.` Xoghlna huwa li nitkellmu fuq affarijiet li juru kemm in-nazzjonalisti ma ghandhomx hila jmexxu u li jridu l-UE biex tiehu hi il-mizuri li ttraskura li jiehu dal-gvern fi hmistax il-sena xalar u nfiq bla razan.

Xoghlna huwa li nuru l-qerq ta` min jghid li jrid referendum fuq bazi nazzjonali dwar l-Unjoni Ewropeja u mbaghad qed jippjana biex jaghmel dan ir-referendum bhal salvomo biex jifdih mit-telfa elettorali li qed tistennih. Kieku verament iridu referendum nazzjonali fejn kullhadd jivvota skond il-kuxjenza u mhux skond il-partit kieku l-ewwel jaghmlu elezzjoni u mbaghad jaghmlu referendum bla shana partiggjana ta` elezzjoni.

Izda r-referendum iriduh bhala arma u ghodda politka u mhux bhala decizjoni nazzjonali.

Xoghlna huwa li l-agenda taghna naghmluha ahna u mhux noqghodu nizfnu ghall-agenda li togghob u tghin lil Gvern biex jahrab milli jaghti kont sew ta` ghemilu.

No comments:

Post a Comment