Sunday, 23 January 2000

Sherlock Holmes

Il-Kullhadd

Sherlock Holmes

Hafna minnkom qraw l-istejjer tad-detektiv ingliz, il-leggendarju Sherlock Holmes. Dan id-ditektiv kellu principju wiehed li dejjem kien izommu f`mohhu kull meta jkun qed jahdem biex isolvi xi delitt mizterjuz. Holmes kien dejjem jahdem bit-tezi li l-awtur tal-qtil aktarx kien dak li l-aktar gawda mill-mewt tal-vittma. U aktar ma dan is-suspettat ikollu alibi qawwija biex jippotegi lilu nniffsu allura aktar hemm kaz li wiehed jaghrbel sewwa l-fatti bir-reqqa biex tara x`kien il-bzonn li dan li tant gawda mill-qtil tal-vittma jibni ghalih alibi daqstant qawwija biex jeghleb kull suspett.

Wara l-guri tas-surgent J.J. Grech li kien akkuzat bi vjolenza waqt il-festa nazzjonalista fir Rabat nhar il-5 ta` April 1987 jidher li ghandna bzonn Sherlock Holmes biex nibdew insolvu l-misteri tal-vjolenza politika li tkattret hekk kif Dr Eddie Fenech Adami lahaq Kap tal-PN. F`wahda mill-ewwel dikjarazzjonijiet tieghu kien qal li l-PN ghandu bzonn ukoll lil dawk ta` idejhom felhana biex jekk ikun hemm bzonn jipproteguhom.

L-ezitu tal-guri ta` Grech issa huwa maghruf. Issa ghandna l-kelma tal-qorti li emmnet li l-pulizija, ippersonifikata mis-surgent Grech, ma marrux `l hemm mill-limiti ta` forza li hemm bzonn biex tinzamm il-bon ordni. Izda aktar minn hekk harget evidenza qawwija li l-vjolenza kienet ippjanata minn naha tan-Nazzjonalisti bi tkomplija ma dak li kien beda fil-ghodu f`Haz-Zebbug.

Hareg car il-pjan li jinholoq konfront mal-pulizija u li jigu sparati tiri biex iwegghu in-nies u jehlu il-pulizija.

U bhal Sherlock Holmes ghandna nistaqsu minn gawda minn dawn l-incidenti. Gawda l-Partit Nazzjonalista li propju xahar qabel l-elezzjoni ta meju 1987 ried jittimbra akkost ta` kollox f`mohh il-poplu li l-Gvern ta` Karmenu Mifsud Bonnici kien gvern anti-demokratiku li juza l-vjolenza tal-pulizja fuq l-avversarji poltici tieghu. Kien hemm min ried jaghmilha tal-vittma halli jmexxi l-pjan politiku tieghu, iweggha min iweggha.

Quddiem fatti bhal dawn huwa naturali li jqumu mistoqsijiet li jehtiegu risposta. Mistoqsijiet dwar il-mewt ta` Mario Pavia li bi provi kien wasal biex jghid lil Kap ta` l-Oppozizzjoni li hu mhux veru kien gharaf il-pulizija li suppost kien sparalu fir-Rabat. Dwar il-mewt ta Wilfred Cardona li nstab mejjet f`Ta Qali. Il-mewt ta` Nardu debono fid-Depot. Min kellu interess li Nardu jaghlaq halqu darba ghal dejjem` Ma jidhirx li dan kien fl-interess ta` Pullicino li wehel bl-ispejjez ta` kulhadd meta Pullicino kien l-aktar wiehed li kellu nteress li Nardu jikxef il-mandant ta` l-att vili li kien ghamel.

U fuq kollox iqumu mistoqsijiet qawwija fuq il-qtil ta` Raymond Caruana. Min gawda mil-qtil ta` Raymond Caruana` Kieku l-Laburisti riedu jbezzghu lin-Nazzjonalisti kieku kienu ser jahbtu ghal kazin nazzjonalista tal-Gudja propju il-gimgha 5 ta` Dicembru 1986 propju meta Malta kien hawn il-gurnalisti sportivi taljani kollha li gew biex jaraw il-partita Malta ` Italja li kellha ssir l-ghada. Jew xenarju bhal dan kien idejali biex jikkonvinci lil shab in-Nazzjonalisti barra minn Malta li f`Malta kien hawn veru oppressjoni politika`

Ghandha bzonn Sherlock Holmes Malti biex issa li z-zejt beda tiela` f`wicc l-ilma jibda jfarfar it-trab minn fuq il-verita` li ilha mohbija s-snin.` Jibda jifhem il-konnessjoni ta` ghotjiet ta` mahfriet presidenzjali lil kriminali u traffikanti tad-droga li kienu laqghu l-appell ta` Fenech Adami biex jipproteguh permezz tal-forza fizika.

Ovvjament wiehed ma jridx jezonara in-naha laburista mill-eccessi, bhal meta nharqet it-Times u giet attakkata d-dar privata ta` Fenech Adami. Dawn huma atti kundannabbli minn kull lat. Izda tal-kwart ma ghandux jithallas ratal u hadd ma ghandu jiehu l-opportunita` biex jitfa` l-gebla u jahbi idu halli jzid il-kolpa ta` haddiehor.

Dan l-ahhar kien hawn min beda jinkwieta li Dr lawrence Pullicinoo din is-sena jkun skonta is-sentenza ta` habs u jirritorna bniedem liberu. Lanqas meta nheles it-terrorista tal-Egypt Air li gibed l-ghadab ta` l-Amerika u li xellef ir-relazzjoni ta` Malta ma l-Amerika ma sar l-istess staghgib. Forsi hawn min jibza li jasal Sherlock Holmes`

No comments:

Post a Comment