Il-Kullhadd
Indhil Politiku u d-DAEWOO
Ma nafx x`fettillu il-Ministru Josef Bonnici dan l-ahhar rega` semma fil-Parlament, bhala ezempju ta` kemm inghataw favuri taht amministrazzjoni laburista, il-fatt li fil-Mid-Med Bank kienu gew decizi promotions f`laqgha tal-Bord li saret nhar il- 5 ta` Settembru 1998, il-jum ta` l-elezzjoni.
Din tipika ta` dan il-Ministru bla sinsla li jikkrikta meta dak li jkun ma jkollux lok fejn jirrispondi.
Privatament kont urejt id-dokumenti kollha lil Ministru fil ftit xhur li ghamilt bhala chairman tal-Mid-Med Bank wara l-elezzjoni li l-promotions kienu saru bl-aktar mod serju u minghajr indhil ta` hadd. Kien iltaqa l-Bord biex japprova dawn il-promozzjonijiet propju wara li ghalaq il-Bank nhar sibt l-elezzjoni biex zgur ma jigi nfluwenzat hadd kif jivvota jew ma jivvotax. Kieku l-promozzjonijiet hargu qabel l-elezzjoni (kif fil-fatt seta` sar ghax il-process kien inbeda xhur qabel u dahlu fih mijiet ta` nies biex ma tkunx decizjoni ta` ftit fuq il-hafna bla ma jkunu jafu l-kapacitajiet tal-persuni nvoluti) ara kemm kien ikun hemm pressjoni politika f`dawk il-jiem sensittivi ta` qabel l-elezzjoni.
Dan jien ma ridtux u fil-fatt wara l-elezzjoni hadd passi kontra tnejn mill-impjegati talli marru ghand il-Prim Ministru ( wiehed ta` qabel u l-iehor ta` issa) biex dan jaghmel pressjoni fuqi ha nibdel decizjoni li kienet ittiehdet bl-aktar mod tekniku u serju. Lanqas ma kien possibbli li dawn il-promozzjonijiet jistennew ghax kien hemm vakanzi li riedu jintlew u l-Bank ma ghandux jieqaf minhabba l-elezzjoni.
Kien hemm certu promozzjonijiet li kienu jifilhu jistennew u allura dawn gew decizi izda mhux mhabbra halli l-bord ta` wara ikollu l-opportunita jerga jahsibha. Irrizulta li l-bord ta` warajna ikkonferma dawn il-promozzjonijet kollha u allura dan huwa xiehda ta` kemm ix-xoghol kien sar bil-galbu.
Il-Misintru Bonnici semma li l-grievance board li sar wara li spiccajt jien minn chairman u qabel ma nbiegh il-bank lil HSBC kellu johrog promozzjonijiet ohra ha jsewwi ghal xi ngustizzji taghna. Qatt smajtu b`bord ta` appell li ma jibghatx ghal min ha d-decizjoni li saret appell minnha halli jara d-decizjoni kif u ghala ttiehdet` Hekk ghamel dan il-Bord ta` Appell. Qal li l-punti li konna tajna fl-interview board ma kienux gusti bla ma biss talabni nidher ha nispjega. Gew ordnati li jsiru interviews mill-gdid halli jinqdew il-hbieb tal-hbieb. Hemm kien il-bazuzlizmu u mhux kif konna iddecedejna ahna li konna waqqafna promotions ta` laburisti li kienu gabu punti aktar milli kien hemm bzonn izda li ma kienx hemm vacancy ghalihom fil-materja tal-ispecjalizzazzjoni taghhom.
Dawn fatti ma jmerihom hadd u minn fuq il-Ministru Bonnici imur jitkaza fejn ma jista` jmerih hadd.` Ahjar il-Ministru Bonnici indaga ftit il-bicca tad- Daewoo fil-Bank of Valletta.` Fuq kollox il-Ministru Bonnici ghandu rekord li jindahal hafna lic-Chairmen li jkun hatar u c-Chairman tal-Bank of Valletta jahtru hu. Allura galadarba John Dalli, il-Ministru tal-Finanzi, jammetti jew le ghandu manu in pasta f`dil-bicca u ma jistax ikun arbitru gust, mhux ahjar il-Ministru Bonnici jara sewwa dil-bicca tad-Daewoo x`inhi qabel ma l-kobba tkompli tithabbel. U mela joqghod jivvinta fuqi.
Jien dettalji dwar id-Daewoo ma ghandix u ghalhekk ma nistax naghmel gudizzju sew.` Izda il-fatti li hargu huma nkwetanti bizzejjed biex ihallu lok ghal probabilita` mhux zghira li l-facilita` ta` aktar minn Lm8 miljuni lill grupp tad-Daewoo inghataw mhux fuq il-mertu ta min kien qed jissellef izda fuq pressjoni politika.
Bl-esperjenza mhux zghira tieghi ma nahsibx li huwa xejn affattu normali li grupp ta` kumpaniji li huma totalment mmexxija, ghallinqas dak li jidher, minn bniedem wiehed bla track record ta` xejn jew addirittura track record negattiv, Bank serju bhal Bank of Valletta jghaddielu krediti ta Lm 8 miljuni u jhallih jigbor il-flus tal-kambjali minghand il-klijenti bla ma jiehu passi biex dawn jaslu ghandu kif zgur kellu f`mohhu minn hallas il-kambjala. Dawn affarijiet li ma jigrux f`kazi normali.
Jien fil-professjoni tieghi ikolli hafna x`naqsam ma klijenti li jigu bzonn il-banek u kelli u ghad ghandi okkazjonijiet nara kif jittiehdu d-decizjonijet fil-kors normali taghhom. F`dawn il-granet stess klijent antik tal-Bank of Valletta talab facilitajiet ta miljun u nofs li l-Bank of Valletta irrifjuta filwaqt li l-HSBC accetta.
Ma nghidx li l-Bank of Valletta zbaljaw ghalkemm nemmen li kien ikun ghaqli kieku qdew klijent li issa ser jitlaqhom wara 40 sena. Izda nghid ara kemm il-Bank of Valletta ma jisilfux kif gieb u lahaq anke fejn il-klijent haqqu minn jghinu. U nzid allura niskanta kif il-Kavallier Joe M Scicluna tad-Daewoo irnexxielu jikkonvinci lil nies daqstant serji u professjonali li jmexxu l-Bank biex jghaddulu fuq tmin miljun lira jekk ma kienx hemm indhil politiku biex id-decizjoni tal-Bank ma baqghetx libera li jiggudika lil klijent fuq il-merti tieghu.
Donnu issa kulhadd jaqbel li hemm bzonn issir investigazzjoni hlief il-gvern li jaf ghandu x`jitlef jekk din l-investigazzjoni ssir sew,` u l-Bank Centrali li donnu ma jinkwetah xejn l-indhil politiku fil-banek.
Jekk il-Gvern ser iwebbes rasu u ma jghamilx investigazzjoni jista ta` lanqas jghid il-Ministri tieghu jaghmlu dikjarazzjoni li hadd minnhom qatt ma siefer mal-Kavallier Scicluna tad-Daewoo u mar mieghu il-Korea. Tghid lanqas dan il-pass zghir ma ghandu hajra jiehu l-Gvern`
Sunday, 20 February 2000
Indhil Politiku u d-Daewoo
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment