Sunday, 13 February 2000

Mil-hazin ghall-aghar

Il-Kullhadd

Mil Hazin Ghal Aghar

Jekk hawn xi haga li donnu li jaqbel fuqha kullhadd huwa kemm l-ekonomija ma tistax tiehu r-ruh, kif in-negozju huwa ggammjat u kif ma hu qed isir xejn biex iservi ta` stimulu biex nohorgu minn din il-fosdqa li ninsabu fiha.

Ghal min jaf josserva l-andament ekonomiku tal-pajjiz f`dawn l-ahhar snin u min b`mod objettiv jifhem il-problemi vera li ghandu il-pajjiz bhalissa, il-konkluzjoni hija cara li bil-mod kif mexjin mill-hazin se mmorru ghal aghar.

Dan il-gvern issa ilu aktar min sena u nofs fil-poter. Izda tosservah fih is-sintomi kollha ta` gvern li ilu fil-poter 13 il-sena ghajr ghal interval qasir ta` 22 xahar. Sintomi ta` gvern ghajjien, bla hegga u bla idejat.

F`sena u nofs ma hareg bl-ebda ideja krejattiva gdida. Mexxa biss il-progetti li kien hejja gvern laburista.` Il-bqija gdid xejn. Ir-rizultat qed jidher.

Il-qaghad tieghla. L-gholi tal-hajja tieghla. It-taxxi tilghin. Kollox tielgha anke n-nervi tal-maltin li ma ghadhomx jaqilghuha tajjeb kif kienu u qed jibqghu lura mil-konsum. Niezel biss il-livell tal-ghixien tal-haddiem Malti.

Qatt mill-indipendenza `l hawn ma garrab il-haddiem l-esperjenza li garrab f`dan l-ewwel xahar tal-millenju. Hafna haddiema hadu tnaqqis fil-paga. Meta tnaqqas iz-zieda fit-taxxi u fil-bolla li jifdal huwa anqas minn dak li kien jifdal qabel. U dan minkejja li jried jaghmel tajjeb ghal zieda fil-petrol jew diesel, hobz, dawl u ilma, trasport u tant affarijiet ohra.

Hija frott il-generozita` qawwija tal-poplu Malti li minkejja dan l-istat ta` incertezza nhar il-Hadd li ghadda fuq Super One TV ingabru `l fuq minn Lm50,000 ghal lebbruzi ta` l-Ethiopia.

Ghala, wiehed jistaqsi, `qed jigri dan. Ir-risposta semplici. Bejn 1988 u l-1995 konna kontinwament qed nieklu min gewwa u individwalment konna qed nghixu hajja ahjar a skapitu tal-gid kolletiv nazzjonali. Ghal bidu dan kellu aspett pozittiv billi iggenera benesseri` sa l-1987 il-pajjiz kellu livell baxx ta` djun.` Allura kien jiflah ghad-dejn li beda jsir.

Izda tiehu bla trodd sa swar thott. U s-swar tassew inhattu tant li fl-1996 id-deficit tal-gvern sploda b'mod li qabez sew il-Lm100 miljun meta kien previst deficit ta` Lm32 miljun.

Kien ta` fortuna ghan-nazzjonalisti li tilfu l-elezzjoni ta` l-1996. Il-problemi sabhom ma wiccu gvern laburista gdid li ma kien jahti xejn tal-gwaj` li wiret. In-nazzjonalisti flok kienu oppozizzjoni lejali kienu bhal prostituta li titkaza b`min jilbes skullat, jaghjjru lill-gvern laburista talli kien qed jissellef biex jiffinanzja l-hofra li haffru huma stess.

U wara li gvern laburista ghamlilhom hafna xoghol (dirty work) id-destin` ried li n-Nazzjonalisti jidhlu jmexxu huma halli jerfghu il-piz tar-rovina finanzjarja li gabu b`idejhom.

Ma tehux gost tara l-poplu Malti jinhaqar. Izda fis-sitwazzjoni li wasslu l-pajjiz dawk li kienu jghidu `money no problem` qajla min imexxi fadallu fejn jimmanuvra, specjalment jekk ikun nieqes minn kull krejattivita` bhal dan il-gvern.

Huwa tajjeb ghalhekk li l-Partit Laburista li bhalissa qed jiskonta l-eccessi li kienu saru bejn 1982 u l-1986, juza dan il-perjodu biex ihejji ruhu sew ghaz-zmien li gej meta jerga jissejjah ikun fil-gvern u ma joqghodx jinghi ghal fatt li nsteraqlu mandat validu. Issa dak warajna.` Inharsu `l quddiem.

Ghax huwa ghal kollox plawsibbli li anke jekk ma naghmlux affarijiet kbar il-poplu issa tghallem ghas-spejjez tieghu stess kemm dahqu bih in-Nazzjonalisti u l-poplu jistenna l-hin propizju biex jaghti taghlima lil min dahaq bih.

Taghlima lil min qed jahseb li jista juza l-kontroll li ghandu fuq il-mezzi ta` komunikazzjoni biex l-abjad jghidlu iswed. Biex jghid li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma rahsu meta ma rahsu xejn. Biex jghid li t-turizmu sejjer tajjeb meta fil-fatt ir-rankatura li kien ta gvern laburista issa zvintat u hemm problemi kbar. Biex jghid li fil-pajjiz hawn hafna fiducja meta fil-fatt hadd ma jried jinvesti fl-ebda progett produttiv u n-negozju ggammja ghal kollox.

Il-poplu ma jinsix. Illum tghallem kemm kellu ragun Gvern Laburista imexxi bil-galbu u ma jisparpaljax.` Kemm kellu ragun Gvern Laburista ifittex rikonciljazzjoni nazzjonali bil-fatti u mhux bil-paroli.

Il-poplu ghandu opportunita` biex jibghat messagg qawwi ta` sfiducja fil-gvern fl-elezzjonijiet lokali tal-11 ta` Marzu.` Min issa `l quddiem l-Partit Laburista irid jipprospetta ruhu bhala gvern alternattiv ghal gvern nazzjonalista li qed fuq platform insostenibbli li taf iddub that saqajhom hin bla waqt. Jekk le mil-hazin immoruu ghall-aghar.

No comments:

Post a Comment