Sunday, 13 May 2001

L-Imperatur

Il-Kullhadd L-imperatur

Il-poter tant tela ghal ras il-Prim Ministru Fenech Adami `li dan issa qed jara lilu innifsu bhala Imperatur tal-gzejjer Maltin. Nhar l-ewwel ta` Mejju 2001 Fenech Adami gab ruhu bhallikieku kien l-Imperatur ta` Malta fi zmien il-feudalizmu tan-nobbli meta s-sudditi lanqas kellhom biss id-dritt li jgergru.

Il-Prim Ministru b`lehen ahrax u minaccjuz qal li issa ddejjaq jisma n-nies igergru u ma japprezzawx l-isforzi li qed jaghmel il-gvern biex imexxi l-pajjiz. Stop moaning and count your blessing rega rrepeta jumejn wara f`intervista f`The Times. Aqtugha b`dat-tgergir u rringzaw `l Alla li takom lili, qalilna l-Imperatur Fenech Adami. Dan huwa messagg mdawwar b`awra imperjali.

Huwa car li Fenech Adami huwa maqtugh mir-rejalta` li qed jghixha kuljum il-poplu Malti u bhall-Imperatur qed ihares fil-mera u jara xbiha ta` tieghu nnifsu bhala mibghut b`mandat divin li ghandi dritt li jmexxi l-pajjiz bl-editti u li s-sudditi ghandhom ikunu grati lejn is-sema talli pprovdha mexxej daqstant stmat anke fic-crieki ta` `l fuq mis-shab.

Fil-verita` izda xi dritt ghandu Fenech Adami li jistenna li l-poplu jibqa najxu ferhan bit-taxxi li l-Imperatur tieghu kwazi kull gimgha jghaddiehlu biex ikun jista jibqa` jmantni ruhu`

Dan il-poplu daqs 30 xahar ilu kien qed jisma lill-Imperatur iweghdu li ghandu s-soluzzjonijiet kollha ghal problemi tal-pajjiz u li fost dawn is-soluzzjonijiet ma kienx hemm xi xieda fit-taxxi. Mhux talli hekk talli l-Imperatur kien ikkritika lil ta` qablu talli ghamel 33 taxxa u solennement wieghed li l-Imperatur kellu pjan biex inaqqas il-piz tat-taxxi.

L-Imperatur kien cahad li tassew kienet tezisti xi problema ta` deficit fil-finanzi pubblici u kien wieghed li kif huwa jpoggi fuq is-siggu ta` l-Imperatur juri kif dawn il-problemi ma jezistux u kien jirranga biex il-pajjizi girien jibghatulna daqs Lm100 miljun lira kull sena halli jsostnu il-finanzi tal-pajjiz u ma jkunx hemm bzonn jizdiedu t-taxxi li allura jkunu fil-fatt jistghu jonqsu.

Issa li dan l-Imperatur donnu nesa dak kollu li kien qal u qed jaghmel ezatt bil-kontra. U jippretendi li minkejja dan il-poplu ma ghandux la jipprosta u lanqas sahansitra jgerger. Xbajt nisma min igerger qalilna b`lehen minaccjuz l-Imperatur Malti. Bhal sudditi lejali l-Imperatur ihoss li ghandna nsofru fis-silenzju u nibqghu ingiebu f`mohhna` l-akkwisti li ghamel l-Imperatur fil-passat.

Imma tassew li dan l-Imperatur Malti fil-passat ghamel akkwisti li ghandna nkunu kburin bihom`

Propju f`dawn il-granet l-Imperatur ghalaq 14 il-sena fis-seta` minn meta rebah l-elezzjoni ta` l-1987.` X`akkwisti ghamel dan l-Imperatur f`dan it-temp Jiftahar li illiberalizza l-ekonomija u mmodernizza l-infrastruttura tal-pajjiz.

Is-sigra tingharaf mil-frott taghha u allura wiehed irid janalizza x`inhu l-frott ta 14 il-sena ta` tmexxija ta l-Imperatur.` Jekk dan l-Imperatur mexxa tant tajjeb allura ghala llum il-pajjiz qieghed f`sitwazzjoni fejn` bilfors ikollu jintaxxa bil-goff lil kulhadd. Jekk l-Imperatur tant mexxa tajjeb ghala f`pajjizna ghad ghandna l-aghar toroq li hawn fid-dinja` Jekk l-Imperatur mexxa tant tajjeb ghala l-poplu donnu qata` qalbu, in-negozju sejjer lura, l-investiment ma jidher imkien u xamma ta` korruzzjoni tinsab f`kull rokna ta l-amministrazzjoni`

Il-verita` hija li l-Imperatur mexxa billi befaq u nefaq.` Money no problem kien jghidilna fil-bidu.` U ghall-ewwel tassew hekk kien ghax kellu ir-rizervi li hallewlu ta` qablu. Fi-tieni legislatura kompla jonfoq billi mliena sa xfar ghajnejna bid-dejn.

Fiha xi bravura din` X`hemm ehfef milli tonfoq` Mhux kullhadd jaf jonfoq` Il-bravura kienet tkun kieku dak li ghamel ghamlu mill-flus li naqilghu u mhux billi nimlew il-pajjiz bid-dejn.

U issa li l-Imperatur ma jistax jiddejjen izjed issa beda jbiegh il-gid tan-nazzjon b`nofs prezz bhal ma ghamel fil-kaz tal-Mid-Med u beda jintaxxa lil kulhadd kif gie gie. Lanqas biss jghaddielu minn mohhu li s-soluzzjoni jista` jsibha billi jnaqqas l-ispejjez ta` l-Imperu u ta` l-Imperatur. Bhala Imperatur jqis ruhu `l fuq mil-ligi li ghandha torbot biss lis-sudditi u mhux lill-Imperatur u lin-nobbli ta` madwaru.

Il- poplu Malti ma ghandux igerger ghax inkella jidher bhal iblah u bhal mazzun li bela` l-lixka ta` l-Imperatur.` Ghandu biss jistenna l-ewwel opportunita biex iwaqqa` mis-seta` lill-Imperatur li mhux biss qed jahqru bit-taxxi izda jippretendi li nghidulu grazzi talli kiser il-weghdiet solenni li kellu mas-sudditi.` Arroganza imperjali!

No comments:

Post a Comment