Sunday, 5 August 2001

Awissu - zmien ir-riflessjoni

Il-Kullhadd Awissu - zmien ir-riflessjoni

F`Awissu il-poplu Malti jhobb jiehu vaganza u ma jkunx tant attent ghal dak li jkun qed jinghad fl-ahbarijiet u fil-media. Ghalhekk nsostni li f`Awissu anke il-messaggi politici ghandhom jonqsu l-ewwelnett ghax ma jsibux min ikun attent jisma` u t-tieni biex nirrispettaw ix-xewqa tal-poplu li jiehu vaganza.

Sostnejt dan anke fis-sajf ta` l-1998. Stqarrejt li l-ghazla ta` elezzjoni fil-bidu ta` Settembru kienet infelici. Il-poplu ma jkunx iffokat f`Awissu waqt kampanja elettorali qalila. Il-poplu jikkastiga bla hniena lil min itellfu is-siesta tas-shana t`Awissu.

In-nazzjonalisti dan jafuh u mhux l-ewwel darba nibxu lil tal-Labour biex jaqilghu l-inkwiet matul Awissu. Il-kwistjoni ta` l-airport ta` sentejn ilu hu ezempju iehor.

Din is-sena ukoll qed jinbxuna biex infuru f`Awissu rigward il-kwistjoni tal-Kummissjoni Elettorali.` Ahna rridu nahdmu b`mohhna. Awissu nhalluh jghaddi bil-kwiet u nuzawh biex` nsinnu u niffriskaw l-istrategiji li rridu nhaddmu hekk kif is-shana tas-sajf thalli posta ghar-rih isfel ta` Settembru.

U l-istrategiji taghna irid ikollhom l-objettiv li jwasslu messaggi cari lill-elettorat biex inkabbru l-vantagg li bhalissa ghandna fuq in-nazzjonalisti halli dan nibqghu inziduh sa l-elezzjoni li gejja, tigi meta tigi.

Ma nistghux nistriehu fuq il-vantagg li ghandna. Ghal konfuzjoni u t-tahwid li hawn fil-pajjiz il-Partit Laburista missu ghandu vantagg car u indiskutibbli li ma jhalli ebda lok ghal xi rimonta min-nazzjonalisti sa l-elezzjoni li jmiss.

Importanti ghalhekk li matul Awissu nbaxxu l-vuci u mqawwu l-menti. Nifhmu li l-messaggi li rridu nwasslu lil-poplu huma erbgha.

L-ewwel huwa li krizi ekonomika li qedin fiha hija tort tan-nazzjonalisti u li n-nazzjonalisti ma jafux u ma jistghux johorgu lil pajjiz minn din il-krizi. Il-virus tal-poter mhux ihallihom jahdmu ghal gid tal-pajjiz u minflok qed jahdmu biex jiddefendu l-istess poter flok biex jindirizzaw il-problemi tal-pajjiz.

It-tieni li l-Partit Laburista huwa maghqud u determinat li kif jiehu l-gvern f`idejh ihaddem strategija li jifdu lil pajjizna mir-rovina ekonomika li dahhluh fiha n-nazzjonalisti. Li ma nibzghux niehdu decizjonijiet difficli basta kullhadd jifhem li meta jkun fil-gvern jikkmanda l-Partit Laburista u min mhux lest jahdem maghna, iwarrab jew inwarrbuh. Mhux se nhallu min jahwar min taht u jippretendi li jibqa` jikkmanda anke mill-oppozizzjoni.

Dan ma jsirx bi tpattija jew vendikazzjoni izda jsir biss biex ma nhallux lin-nazzjonalisti jergghu inawwru mandat demokratiku li l-poplu jkun ta lil Partit Laburista.

It-tielet huwa li l-Laburisti ghandhom dritt daqs haddiehor f`dan il-pajjiz u mhux ser naccettaw li jigu meqjusa bhala cittadini inferjuri. Dak li hu taghhom jehduh u maljar halli mbaghad wara nittrattaw lil kulhadd l-istess.

U fl-ahhar irridu nfehmu li ahna ma ghandna xejn kontra l-Unjoni Ewropeja. Li ahna nqsiu l-Unjoni Ewropeja bhala zvilupp pozittiv u li ghandna kull interess li l-UE tikber u ddahhal izjed membri maghha. Ahna izda nemmnu li ta` lanqas sa fejn nistghu naraw, ma jkunx fl-interess ta` pajjizna li jfittex shubija shiha ghax dan iwassal biex nitilfu rajna minn idejna. U l-esperjenza taghna f`dawn l-ahhar erbghin sena hija cara. B`rajna f;idejna mxejna. Meta rajna kien f`idejn haddiehor ir-rispett u l-kliem sabih ma ssarrafx f`mizuri prattici li hallewna nimxu `l quddiem. Dawn il-mizuri prattici nkisbu meta stajna npoggu fuq il-mejda tan-negozjati b`rajna f`idejna, nghatu u niehdu u nqabblu kif jaqbel.

Minn issa sa l-elezzjoni rridu nishqu fuq dawn l-erba` punti. Ma ghandiex ghalfejn nifthu hafna fromnti ohra u ma ghandiex ghalfejn nezageraw l-affarijiet ghax kif inhuma huma serji bizzejjed u l-ezagerazzjoni tghin lin-nazzjonalisti billi ttellef il-kredibilita` tal-kritika taghna.

Nawguralkom Awissu ta` mistrieh waqt li nibqghu nahdmu biex nlestulkom `l ahjar ghal wara.

No comments:

Post a Comment