Il-Kullhadd Qdabt huta
Na ghadnix immur nistad.` Kont nintilef intella l-vopi, l-brieqex u xi kultant xi sparlu.` Izda l-gimgha l-ohra stadt u dbadt sew. Qbadt fis-sunnara lil Lawrence Gonzi u lil media nazzjonalista.
Ghedt dawn qeghdin darhom mal-hajt.` Mejtin biex jaqilghu l-inkwiet f`Awwissu biex joskuraw lil partit laburista. Il-bicca tal-kummissjoni elettorali kienet intenzjonatha biex tal-labour ifuru f`Awwissu u jtellfu lil poplu il-paci u kalma li jixtieq fi zmien il-vaganzi.
Ghedt ha nara ftit kemm huma ddisprati biex jaqbdu ma xi haga. U ktibt artiklu kif naghmel kull nar ta` gimgha fl-Independent.` U gharaxt lill-imhuh fil-partit nazzjonalista b`argument semplici.
L-argument li jekk gvern laburista meta jirbah l-elezzjoni li gejja u jsib min jaghmillu ostakli biex ma jkunx jista` jaqdi id-dmir tal-mandat elettorali tieghu, allura nigu kostretti nuzaw il-forza biex min ma jridx jahdem maghna jitwarrab u min jostakolha id-demokrazija icedi.
Din mhux xi haga ta` barra minn hawn.` In-nazzjonalisti stess anke f`din il-legizlatura meta dehrilhom li l-GWU qed tilghab il-loghba politika, u m`hiniex qed nghid li dan kien hekk, ma hasbuhiex darbtejn biex uzaw il-forza u l-vjolenza fuq l-ufficjali tal-GWU.
U lanqas ma dehrilhom li kellhom jikkundannaw il-vjolenza moqzieza ta` wara l-elezzjoni. Ewforija kien sejhilha l-Prim Ministru. U meta lil hija Tarcisju dahlu ghalih f`daru bil-lejl ghal xejn b`xejn u ferewh serjament ,` raw kif ghamlu biex lil dawk li nstabu hatju wehhlihom anqas milli tehel jekk jaqbduk bla seat belt.
Ghedt ha nitfa` lixka bl-artiklu tieghi u jekk in-nazzjonalisti tassew iddisprati ghal diversiv jaqbzu fuqu biex idawwruh ha jippruvaw ipengu lil tal-Labour bhala vjolenti. X`jimporta ghalihom li tajna prova ta rgulija kbira kemm meta hadna il-poter fl-1996 kif ukoll meta tlaqnih fl-1998`
U ma mortx zball. Il-Ministru Gonzi u l-media nazzjonalista li tizfen ghal bakketta tieghu qabzu fuqu bhal ilpup bil-guh. Daqstant jinsabu ddisprati n-n-nazzjonalisti. U meta ndunaw li l-bicca splodiet f`idejhom ghax anke uhud minn shabhom stess u l-media li s-soltu tappoghom inkundizzjonalment, haduha kontrihom jew qaghdu lura, dehru kemm fil-fatt jinsabu gharwenin quddiem il-poplu.
Dehru li jridu demokrazija ghalihom u demokrazija ghal haddiehor. Dehru li r-regoli tad-demokrazija jridu jgebbduhom u jaqilbuhom rashom `l isfel biex dejjem jahdmu favur taghhom.
Il-prova ta kemm partit` jemmen fid-demokrazija ma tigix meta ghandu l-maggoranza.` Tigi meta l-partit jitlef il-maggoranza u jigi msejjah jghaddi l-poter lil partit oppost. Hemm tara kemm partit jemmen veru fid-demokrazija.
Il-partit laburista ceda l-poter bla problemi ta xejn fl-1987 u fl-1998. Izda mhux hekk biss.` Fl-1955 u fl-1998 ceda l-poter meta rrezenja qabel iz-zmien ghax fehem li dan kien fl-interess tad-demokrazija. Kieku fittex l-interess tal-poter il-partit laburista kien jibqa jiggrokkja fil-poter kemm fl-1955 kif ukoll fl-1998 u jhalli lid-demokrazija ssaffar.` U fl-1987 il-Partit Laburista sista biex isir it-tibdil fil-kostituzzjoni minkejja li kien jaf li minghajr dan it-tibdil seta jibqa fil-poter anke minghajr ma jgib maggoranza tal-voti.
Ikkomparaw dan mar-rekord nazzjonalista li kellu jcedi l-poter darbtejn fl-1971 u fl-1996. Fl-1971 zammew lil Malta mdendla jitolbu recounts tal-5 distrett avolja kienu jafu li tilfu l-maggoranza tal-voti.` U wara ftit xhur kien hemm attentat biex jinxtara deputat laburista biex jaqsam il-kamra u jwaqqa l-gvern.` U fl-1996 qaghdu bhal prostituta tichad li dinbet u minflok titkaza bil-vergni ghax tilbes skullat.` Kull ostruzzjoni li setghu jaghmlu ghal gvern laburista ghamluha, inkluz abbuz mill-anzjanita` tal-Perit Mintoff biex dawruh kontra l-partit tieghu stess u jaghtihom lura il-poter qabel zmienu.
Is-sigra tingharaf mil-frott taghha u l-Ministru Gonzi kkonvinca biss li l-gvern tieghu nieqes minn record li jista jsib appogg mal-poplu u lest jiggranfa ma kull diversiv biex jaljena.
Alfred Mifsud
Sunday, 12 August 2001
Qbadt huta
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment