Sunday, 2 September 2001

IPOKRITI u UNDER COVER

Il-Kullhadd IPOKRITI u UNDER COVER

Minn mindu kien hemm survey li wera li jien l-aktar wiehed li nikteb regolarment fil-gurnali bl-ingliz, in-nazzjonalisti fethu l-kanuni kontrija. Dejjem hekk.` `Minn inigizzhom u jikxifhom ta li huma jghamlu minn kollox biex jiskreditawh.` l-aktar jekk ikun juza il-pinna bhala l-arma tieghu.

Jien ghandi haga. Hafna iqisuha difett.` Ghalija virtu`. Jien l-oggett ngajjitlu b`ismu.` Jekk inhu tajjeb tajjeb jekk hazin hazin. Dan bnieli certu kredibbilita` ma faxxa wiesgha ta` qarrejja bl-ingliz l-aktar dawk li ma humiex ankrati b`mod immutabbli mal-partit nazzjonalisti ghalkemm dejjem ippreferewh.

Il-kredibilita` nghozza daqs kemm nghozz il-memorja ta` ommi u missieri. Hekk dejjem ghallmuni.` Ghid is-sewwa, ghamel is-sewwa, u fl-ahhar tirbah l-irgulija. U hekk bqajt naghmel u ghalkemm gieli iddubitajt kemm f`dinja ta` hazen dan jaghmel s-sens, iz-zmien dejjem taghni ragun.

Wara li ftit gimghat ilu n-nazzjonalisti pingewni bhala xi wiehed vjolenti issa qed ipenguni bhala wiehed li ma naqbilx mal-Leader taghna u li qed nikkritika id-dokument tal-poliktika ekonomika tal-partit li bhalissa qed ghad-diskussjoni.

Ma dan id-dokument altru milli naqbel. Izda la ghadu ghad-diskussjoni fejn jidhirli li jista jitjieb ghaddejt il-kummenti tieghi lil min kelli nghaddihom.` Jekk jigux accettati jew le haga ohra. Izda mohhi u fehmti jibqghu tieghi.

U mohhi u fehmti juruni, anke biex inkun konsistenti mieghi innifsi li sikwit infisser il-gwaj u l-ghawg ekonomiku li qed idahhal fih lil pajjizna dan il-gvern ghajjien u mixful, li l-problemi ekonomici tant huma kbar li biex nindirizzawhom jehtieg immorru lil hinn mid-dokument tal-politika ekonomika.

Ma dan jaqbel l-ewwel wiehed il-Leader. Id-dokument m`huwiex ghajr framework ta` policy li jaghti l-ghanijiet finali tal-partit f`dan is-settur. Id-dokument m`huwiex pjan ta` azzjoni.

U` hawn fejn jien nixtieq immur oltre. Il-problemi ekonomici tal-pajjiz tant huma kbar li jehtiegu pjan ta` azzjoni mil-Partit Laburista biex jekk mil-lum ghall-ghada nissejjhu bir-responsabbilta` tal-gvern ikunu nafu x`ser naghmlu.

Il- pajjiz jinsab fi krizi u meta nkunu fil-gvern ma rridux nitilfu hin. Irridu mmiddu ghonqna ghax-xoghol mall-ewwel u niehdu l-mizuri li hemm bzonn.` Mhux se jkun hemm wisq zmien ghal studju u hsieb.` Il-problemi huma kbar u jahbi kemm jahbi l-gvern issa qed jinkixfu bhal ma kxift li dejn nazzjonali veru huwa madwar elf u erba mitt miljun lira. Ara jekk xi hadd cahad imqar virgola minn dak li ktibt.

Mhux talli ma cahdux` talli issa qalulna bl-iswed fuq l-abjad li ga bdew jonfqu il-flus tal-privatizzazzjoni tal-Freeport li ghadhom lanqas biss jidhru.

Bhala gvern alternattiv ta` pajjiz li qed jeghreq ekonomikament irridu nkunu lesti bi pjan effettiv biex insalvaw lil pajjizna kemm ekonomikament kif ukoll poltikament. Min isir dipendenti fuq il-kredituri tieghi ma tantx igawdi l-awtonomija u l-indipendenza.

Ghalhekk jien nemmen li ghandna mhux biss napprovaw id-dokument ta` aggormanet tal-politika ekonomika izda hemm bzonn immorru oltre. Jekk nippublikawx il-pjan ta` azzjoni jew le huwa argument iehor izda ghandna l-obbligu li lil dan il-pajjiz insalvawh mir-rovina li dahhluh fiha dawn il-karfa li hlief jonfqu u jharbtu ma jafux.

Huwa destin li kull meta l-partit laburista jibah il-gvern isib dizastru finanzjarju.` Fuq dan m`ghandniex kontroll. Izda ghadna kontroll fuq il-fatt li irridu nirrispondu ghal dawn il-problemi b`tempestivita`,` b`decizjoni u b`dinamizmu mill-ewwel gurnata li nkunu fil-gvern.

U dan huwa tort tan-nazzjonalisti li bhal ma nhobb nghid jghin kontinwament igibu ruhhom bhal prosituta li titkaza bil-vergni talli tidhrilha l-libsa ta` taht waqt li tkun qed tnaddaf ilhmieg tal-burdell tal-prostituta.

Dawn IPOKRITI li jahdmu minn taht UNDER COVER biex min jahdem veru fl-interess ta` pajjizna jimminawh. Meta daqs tlett gimghat ohra taraw IPOKRITI u UNDER COVER fuq Super One TV ftakru fil-qerq tan-nazzjonalisti u qawwu l-kuragg biex flimkien nergghu nifdu lil pajjizna.

No comments:

Post a Comment