Il-Kullhadd Tlett snin mohlija
Flok niccelbraw il-Vitorja kien ikun aktar floku nibku tlett snin mohlija fil-hajja qasira ta` dan il-pajjiz ghaziez.
Illum ftit fadal nies li ma jammettux li dan il-pajjiz ghandu problemi kbar u li l-gvern tilef il-kontroll fuq is-sitwazzjoni. Meta Gonzi jigi jghid li dan il-gvern ghandu xi rekord ta` xoghol f`dawn it-tlett snin hafna nies, laburisti u nazzjonalisti, l-ewwel jibdew jidhqu u wara ftit jieqfu u jibdew jibku.
Ghax is-sitwazzjoni xejn m`hi tad-dahq.` Is-sitwazzjoni hi tal-biki. Gvern li ilu tista` tghid erbatax il-sena fil-poter u li wara li nefaq kull ma sab, wara li mliena bid-dejn sa xfar ghajnejna tant li d-dejn nazzjonali veru tal-pajjiz issa lahaq l-elf u erba mitt miljun, wara li biegh hafna mill-ahjar assi li kellna u jidher ippreparat ibiegh kull ma fadal u jisparpaljhom bhal ma sparpalja tant miljuni, dal-gvern qieghed jidher gharwien quddiem il-poplu.
Tinsewx li dan il-gvern ma bieghx biss il-Mid-Med Bank u kif jammetti kullhadd bieghu bl-irhis u tellef lil pajjizna madwar Lm70 miljun lira.` Izda qabel biegh 75% tal-bank of Valletta, u biegh il-Lombard Bank kollu kemm hu. U Gvern laburista tas-96 kien sfurzat ibiegh 40% tal-Maltacom biex izomm ir-ritmu tad-deficit li wiret minghand in-nazzjonalisti.
X`ghandna x`nuru ta` dan id-dejn kollu` Ghax kieku tghid sar id-dejn izda dan sar f`investiment ghaqli fl-infrastruttura u fit-taghlim kieku tghid issa jekk immexxu bil-ghaqal il-pajjiz jaqla minn dan l-investiment u jkabbar l-ekonomija b`ritmu hafna aktar qawwi milli jikber id-dejn.
Izda ahna bil-kontra.` Id-dejn qed jikber hafna aktar milli qed tikber l-ekonomija li fil-fatt bhalissa m`hi tikber xejn, u l-piz tad-dejn ghalhekk dejjem jitqal. Id-dejn veru issa lahaq 100% tal-prodtt gross domestiku jigifieri daqs kemm nipproducu lkoll kemm ahna f`sena shiha.
Ta` dan id-dejn ghandna x`nuru` l-aghar toroq tad-dinja, infrastruttura li m`hix tlahhaq ma l-ekonomija kajmana kif inhi ahseb w ara kif tista` tlahhaq ma l-ekonomija li hemm bzonn tikber b`rata ta` aktar minn 6% kull sena,` tfal hergin mill-iskola minghajr ma jkunu ttrenjati ghal impjiegi produttivi u biza kbir fost l-operaturi ekonomici kollha li qed jaraw il-pajjiz jiggamja taht nuqqas ta` inizjattiva u opportunaijiet godda.
Biex tkompli tghaxxaqha l-ambjent ekonomiku internazzjonali dar decizament sfavorevoli u kumpaniji bhal ST Microelectronics jinsabu maqbudin fi krizi ta` nuqqas ta` ordnijiet u prezzijiet dejjem nezlin ghal prodotti taghhom li jkabbar r-riskju li l-kumpanija ikollha tiehu mizuri drastici li jeffettaw bil-kbir l-ekonomija maltija aktar milli diga'qed fil-fatt jeffetjaw.
Issa ghalqu ftit ghajnejkom u ftakru dak id-diskors li kontu tisimghu tlett snin ilu. Diskors li l-hofra finanzjarja kienet hrafa vvintata minn Alfred Sant. Li gvern nazzjonalista kellu bakketta magika biex ikompli jonfoq mitt miljun li kien se jgib shan shan kull sena` mill-Unjoni Ewropeja, li b`hekk kien se jnaqqsilna l-piz tat-taxxi,` u li konna se nkunu nistghu nghixu l-illuzjoni eterna li dahhluna fiha dawn in-nies inkapaci li ma ghandhomx ghaqal biex imexxu l-pajjiz bil-galbu.
Mhux ta` b`xejn il-pajjiz illum ixxukjat. Ghax dawn l-ahhar teltt snin ghexna` holma ///kerha.` Holma li gabitna` vicin ir-rejalta li tassew hemm hofra finanzjarja kbira frott il-medjokrita` ta gvern nazzjonalista mill-1987 `l hawn.` Li mhux minnu hemm Lm100 miljun` kull sena gejjin mill-UE, anzi dawn il- Lm100 miljun u izjed gejjin minn butna f`taxxi biex inhallsu ahna ghal privilegg li noqghodu ninnegozjaw mal-UE arrangament li mhux adatt ghalina. Li l-illuzjoni issa waslet fi tmiemha kif tigi fi tmiemha kull illuzjoni ohra mibnija fuq ir-ramel. Issa wasal iz-zmien tal-kontijiet.
U l-isfortuna hi li l-kontijiet ihallashom iz-zghir u min ma jafx u m`ghandux mezzi biex jipprotegi ruhu. L-isfortuna hi li se jkunu l-haddiema li se jkollhom ghal darba ohra jaqdfu ghal sidirhom biex jerfghu il-pajjiz mir-rovina li gabuh fih.` Il-haddiem gawda meta l-flus kienu qed jintefqu bl-addocc izda ghal kull farka li gawda l-haddiem haddiehor kiel hobza shiha. Sforutnament il-haddiem ferah bil-farka u emmen l-illuzjoni li jista jkompli jiekol frak ghal dejjem.
Issa qed jinduna li min gawda farka se jkollu jhallas ta` hobza u minn kiel hobza sgicca u jekk ihallas ihallas il-frak. Issa wasal iz-zmien li l-haddiem malti jerga` jdur lejn il-Partit Laburista biex jiddefendih u jgieghjel lil kullhadd ihallas skond ma gawda. Hekk titlob il-gustizzja u hekk hemm bzonn li jsir.
Sunday, 9 September 2001
Tlett snin mohlija
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment