Sunday, 21 October 2001

Ergajt

Il-Kullhadd Ergajt

Wara waqfa ta` xahar u nofs ergajt maghkom. Kelli nieqaf ghax ma stajtx inlahhaq ma kollox specjalment biex giet varata l-Iskeda ta` Super One TV ghal harifa. Nirrangrazzja lil dawk li hadi l-inkarigu jinkoragguni biex nerga nikteb mill-aktar fis possibbli.

Ottubru daqt jahrab u b`hekk nergghu nibdew bl-aspettattiva tal-budget. Nghid ghalija mil-budget li gej ma qed nistenna xejn hlief aktar paroli fil-vojt, loghob bil-figuri,` habi tal-qaghda ekonomika mweghra tal-pajjiz u aktar hela ta` flus, hin u rizorsi.

Ghax il-pajjiz mhux budget ghandu bzonn. Budget ta` sena wahda ma jistax joffri soluzzjoni rejali ghal bzonnijiet li ghandu il-pajjiz. Il-pajjiz ghandu bzonn soluzzjonijiet godda. Soluzzjonijiet li gvern li qed jittiekel min gewwa ma jistax joffri izjed. Dan il-gvern tant ilu fil-poter li issa tant rabba inertia li lanqas bomba ma tqajmu.

U jekk ma din in-naghsa jasal xi survey li jaghtihom il-prosit allura tibda tasal biex temmen li dan il-pajjiz tilef rasu u sar jifrah bit-taxxi u t-telqa li hawn bhalissa. Tippreswadi ruhek li dal-gvern li se jwassal ghar-rovina u telf tas-sovranita` qed jigi nkoraggit` biex ikompli ghaddej fit-triq tad-direzzjoni t-`tajba`.

Izda r-rejalta` hija mod iehor.` Ir-rejalta hija dik li nahbat wicci kuljum maghha nara nies ifttxu soluzzjoni li mhix tasal u qalbhom maqtugha minn dak li gej ghada. Nies li jhossu li dan il-pajjiz mixi ghal rihu bla dixxiplina , bla gwida u bla direzzjoni. U dawn in-nies il-veru decizjoni elettorali taghhom biex jiddeciedu f`idejn min iridu jafdaw il-futur taghhom` jehduha mhux fis-survey izda fil-kaxxa tal-vot.

Il-pajjiz mhux budget ghandu bzonn.` Il-pajjiz ghandu bzonn elezzjoni u jekk il-gvern lest jistrieh fuq ir-rizultati ta-survey ejja ma nhallux lil dal-pajjiz jistenna izjed;` jistenna soluzzjonijiet li ma jistghux jaslu.

Il-Partit Laburista irid ikun iffukat fuq l-elezzjoni li gejja. Fuq il-partita veru` mhux fuq it-training sessions. U biex nirbhu l-partita jehtieg zewg ingredjenti krucjali.` L-ewwel li nuru li ahna maghqudin ponn wiehed anke jekk nittoleraw opinijoniet diversi dwar xi dettalji. U t-tieni ahna kapaci noffru soluzzjonijiet veru, rejali u effettivi ghal problemi li rikbu lil dan il-pajjiz.

Ejja nizguraw li dan il-messagg johrog car mil-Konferenza Generali Straordinarja ta` din il-Gimgha.

Issa ormaj drajt lin-nazzjonalisti jaqbdu ma` l-icken kelma li nghid jew nikteb` biex jippruvaw idahhlu feles bejni u bejn il-leader. `Bhallikieku relazzjoni ta` fiducja li nbniet fuq medda ta` 20 sena tista` titharbat minn ftit gideb u tigbid tal-fatti.

In-nazzjonalisti ahjar jikkoncentraw fuq il-problemi li ghandu il-pajjiz. Dawn holquhom huma u f`gieh is-sewwa ghandhom id-dover isewwu qabel ma jkun tard wisq.

Rigward

No comments:

Post a Comment