Sunday 28 October 2001

Min hu perikoluz

Il-Kullhadd Min Hu Perikoluz`

Il-Ministru tal-Finanzi John Dalli qabez kull limitu tad-dicenza politika meta nhar il-Hadd li ghadda go forum imhallas minn flus il-poplu iddeskriva` lil kull min ma jaqbilx mieghu bhala stupidu imbecilli u perikoluz.

Bl-akbar responsabbilta` filwaqt li nichad li jien stupidu, imbecilli u wisq anqas perikoluz, nsostni li l-Ministru Dalli lanqas m`huwa stupidu jew imbecilli izda certament huwa perikoluz.

Perikoluz daqs kemm hu perikoluz tabib li quddiem sinjali cari u sintomi indiskutibbli ta` mard serju fil-pazjent, jibqa` jsostni li l-pazjent mhux marid u ma ghandu bzonn l-ebda kura.

John Dalli qal li jien u hafna bhali perikoluzi meta nghidu li l-pajjiz qed f`ricessjoni. Qal li jien stupidu meta nghid li l-Gvern ser ikollu jipprivatezza u jbiegh kollox b`irhis` ghax it-taxxi li jigbor m`humiex ilahhqu ma l-infieq tal-gvern.` Sahaq li l-gvern ser jipprivatezza biex ma jkomplix jikber id-dejn.

Jien id-diskors vojt idejjaqni u ghahekk se nhalli il-figuri ufficjali tal-Gvern stess jitkellmu wahedhom. Fit-tabella qed ingib l-infiq u dhul tal-Gvern ghall `ewwel disa xhur tas-sena tas-snin 1998, 1999, 2000 u 2001.

Comparative Government Finance Data: January-September 1998 - 2001















Description Jan - Sept Jan-Sept` 1999 Jan-Sept` 2000 Jan-Sept` 2001 Jan-Sept 2001/Jan-Sept 2000 1998 Absolute Change % Change





Lm thousands

















Ordinary Revenue 353,744 400,928 441,445 466,436 24,991` 5.66 of which:













Customs and Excise 35,342 40,921 41,714 38,937 -2,777` -6.66

VAT & Replacement 52,437 63,623 77,539 83,315 5,776` 7.45

Income Tax 76,778 90,327 104,463 113,447 8,984` 8.60

Social Security 93,768 99,025 112,017 120,554 8,537` 7.62

Others 95,349 107,034 105,712 110,182 4,470` 4.23















` Total Expenditure 441,775 492,467 510,567 554,543 43,976` 8.61 consisting of:











Recurrent Expenditure 356,674 382,078 402,765 433,601 30,836` 7.66 Public Debt Servicing 40,822 46,090 49,547 51,722 2,176` 4.39 Capital Programme 44,278 64,299 58,255 69,219 10,964` 18.82

















Deficit 88,031 91,539 69,122 88,107



















































Gross Government Debt [1] [2] 726,272 858,403 900,238 1,003,175 102,937` 11.43































[1] Made up of Treasury Bills issued and outstanding (at nominal prices), Government Stock and Foreign Borrowing.

Data source: Central Bank of Malta.







[2] At end of



























Source : Central Office of Statistics













Id-deficit fl-ahhar ta` Settembru 1998,` meta l-Ministru John Dalli kien ghadu kif rega dahal fil-kariga izda ma kienx ghadu gerfex il-figuri kif ghamel aktar tard meta hareg il-budget ghas-sena 1999, kien Lm88,031,000.` Fl-ewwel disa xhur ta` din is-sena id-deficit ghadu Lm88,107,000 jigifieri zdied ftit fuq il-livell ta` tlett snin ilu.

U dan minkejja li fil-frattemp id-dhul tal-gvern minn diversi forom ta` taxxi, dazji, licenzji ecc zdied minn Lm441,775,000 ghal Lm554,543,000 jigifieri zieda fid-dhul ordinarju ta` Lm112,768,000. Kif taraw il-poplu Malti hallas lil Gvern Lm 113 il-miljun aktar f`disa xhur aktar` milli ghamel tlett snin ilu. Jekk testendi dan fuq sena jigi zieda ta` Lm150 miljun aktar f`taxxi` flok il-Lm100 miljun li suppost gew mill-UE.

Mela huwa fatt indiskuttibbli li t-taxxi li ghasar minn butna il-gvern f`dawn l-ahhar tlett snin gew sparpaljati f`infiq bla sens b`mod li deficit ghadu fejn kien tlett snin ilu. Dan iffisser li dejn ghadu qed jizdied b`mod insostenibbli u li dan qed iwassal lil Ministru Dalli biex jibqa` ghaddej bi programmi ta` privatizzazzjoni mgezwer fil-habi u fit-tbazwir.` U dan meta l-pajjizi tad-dinja mic-Cina sa l-Awstralja iritiraw il-programmi ta` privatizzazzjoni biex ma jbieghux meta hawn instabbilita internazzjonali li ddghajjef il-prezzijiet li jistghu jinkisbu.

Izda min hu dahru mal-hajt dan ma jistax jaghmlu.` Min ga biegh il-Mid-Med b`nofs prezz ma tantx jimpurtah li jerga` jaghmel xi opra ohra simili meta bil-fors irid idahhal flus straordinarji tal-privatizzazzjoni biex id-dejn ma johrog mil-limiti li ffissa il-parlament.` Jien bhali Malti li nhobb lil pajjizi ntih parir wiehed.` Titkabbarx. Hammar wiccek u mur il-parlament u itlob li zzid id-dejn. Hafna ahjar hekk milli tbiegh hwejigna b`irhis biex ma thammarx wiccek quddiem il-paralment.

Mela nsostni b`mod qawwi li l-privatizzazzjoni se ssir b`mod mghaggel ghax il-gvern flok uza t-taxxi biex naqqas id-deficit, sparpalja dawn il-flus f`infieq laxk u investiment bla sens. U nsostni li jien la jien stupidu, la jien imecilli u lanqas jien perikoluz. Nsostni wkoll li perikoluz huwa l-Ministru John Dalli li b`nuqqas ta` ghaqal wassal il-pajjiz f`xifer ta` falliment tant li se jkollu jbiegh l-assi tal-pajjiz taht pressjoni li se twassal biex jingiebu prezzijiet hafna anqas milli huma gusti.

No comments:

Post a Comment