Sunday, 11 November 2001

Free drinks tomorrow

Il-Kullhadd Free drinks tommorrow

Meta qrjat ir-rapport ta` konsultazzjoni li hareg il-Ministru tal-Finanzi lil imsiehba ta` MCSED bilfors kelli niftakar f`dik ic-cajta.

Kien hemm hanut fejn il-parrucani gergru li s-sid qatt ma kien jaghtihom xi grokk b`xejn.` U biex ma jgergrux izjed dan wahhal tabella fil-hanut li kienet tghid `Free drinks tomorrow`. U qatt ma qalaghha minn postha u qatt ma ta grokk b`xejn ghax meta kienu jghidulu li gew ghal grokk b`xejn dejjem jghidlhom li b`xejn ikun il-grokk ta` l-ghada. Tomorrow never comes hawn min jghid!

L-istess ghamel il-Ministru tal-Finanzi. Qalilni li fis-snin li gejjin il-finanzi tal-gvern tant ser jitjiebu li l-gvern mhux biss ikopri ghal kollox in-nefqa rikorrenti izda sahansitra jiffinanzja mit-taxxi parti min-nefqa kapitali.

Issa sewwa sew dan mhux xi gherf gdid.` Hekk ghandu jkun u hekk missu dejjem kien. Zgur li taht gvernijiet laburisti fis-snin sebghin u tmenin dejjem hekk kien. L-affairjiet inbidlu u hzienu meta sar inkarigat mil-finanzi il-ministru kurrenti fl-1992.

Ghalhekk l-ewwel rejazzjoni ghal dak li qal il-Ministru hija `free drinks tomorrow`. Int mhux l-istess wiehed li fil-budget ghal-1993, l-ewwel budget tieghek, poggejt miri cari ta` kemm se tinzel l-ispiza tal-gvern billi jonqsu in-nies minn mal-gvern, kemm ser jizdiedu l-impjiegi mal-privat u hafna miri ohra li lanqas biss xammejnihom.

Mela kif tigi issa ghaxar snin wara, tinsa li int kont l-engineer tad-dizastru finanzjarju li qeghdin fih, turi soghba li ma rnexxilekx tikkontrollha n-nefqa tal-ministri shabek, u issa tahseb li kullhadd ghandu jemmnek dwar x`se tgahmel fl-erba snin li gejjin.

Huwa dak li ma ghamlux f`ghaxar snin, anzi faqaw il-kaxxa ta` Malta fil-frattemp, issa bhal konverzjoni ta` San Pawl se jaghmluh u jgibu kollox f`postu fis-snin li gejjin`

Jiena dejjem suspettuz meta inizjattivi bhal dawn jittiehdu fl-ahhar sena sentejn tal-legizlatura. Ghax min irid imexxi serju id-decizjonijiet iebsa jehodhom fil-bidu tal-legislatura meta l-elezzjoni tkun ghada l-boghod. Hekk kien ghamel gvern laburista fis-96 ghalkemm kif gew l-affarijiet ma kellux zmien bizzejjed biex jahsad il-frott tad-decizjonijiet iebsa li kien ha.

Izda kif tifhem lil dal-gvern li meta tela fit-98 fetah idejh u qassam zidiet bla sens lil tac-civil li komplew faqaw il-kaxxa ta` Malta Forsi prezz tal-voti li kien ha biex kisser mandat validu tal-gvern laburista` U issa iridna nifhmu kif gvern li qed joqrob ghall-elezzjoni se jzomm iebes lil Unions ma ma jtihomx zidiet.` Kollox bil-maqlub.` Kollox rasu l-isfel.

Kultant tahseb li fil-pajjiz hawn zewg gvernijiet.` Gvern ta` John Dalli li jghid hafna affarijiet bis-sens dwar x`hemm bzonn u x`ghandu jsir u x`ma ghandux isir.` U gvern iehor ta` Fenech Adami u Gonzi li jigu jaqaw u jqumu mit-twissijiet ta` Dalli u jaghmlu dak li jidhirlhom biex ikunu zguri li jtawlu c-cens taghhom fil-poter.

Qisna qed nghixu mil-gdid l-1996 meta budget deficit ta` Lm40 miljun fil-fatt splodewh bil-mohbi ghal deficit ta` Lm120 miljun biex naqqsu it-taxxa lin-nies ha jidhru sbieh qabel l-elezzjoni u hbew il-problemi li sab ma wiccu bhal buzzieqa lesta biex tinfaqa il-gvern laburista li tela hames snin ilu.

U rizultat ta` dan il-glied ta` Gvern maqsum huwa li l-poplu Malti jkollu joqghod bil-weghda ta` Free drinks tomorrow.` Izda ghal poplu Malti tomorrow jista jigi biss meta jerga mil-gdid jeleggi gvern laburista.

No comments:

Post a Comment