Il-Kullhadd Gideb ta` veru
In-nazzjonalisti jahdmu bit-tezi li jekk gidba tirrepetiha hafna` b`mod konvincenti bizzejjed allura dik il-gidba ssir verita` u kullhadd jibda jemmen il-gideb inkuz l-istess gvern nazzjonalista.
Tajjeb li min zmien ghal zmien nifakkru il-gideb li jigi ripetut qisu litanija tar-ruzarju biex infakkru li gidba tibqa gidba anke jekk tghidha b`mod mill-aktar konvincenti ghal miljun darba.
Gidba li sikwit tinghad hija li l-gvern laburista ta 22 xahar bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 huwa responsabbli ghat-tkabbir fid-dejn nazzjonali li issa qed jifni l-ekonomija. Din gidba hoxna.` Niftakar qisu `l bierah lil Lino Spiteri fl-ewwel jiem li fih kien dahal ghar `responsabbilita ta` Ministru tal-Finanzi jishet is-siegha u l-mument li sar ministru u li n-nazzjonalisti kienu tassew fortunati li tilfu l-elezzjoni biex ma jerfghux il-piz tat-tahwid li hallew warajhom. Zbilanc ta` Lm44 miljun progettat ghas-sena 1996 kien ser jispicca tlett darbiet oghla.` Mhux miljun jew tnejn,` izda tlett darbiet oghla.
Zgur li mhux Gvern Laburista ghamel dan l-izbuilanc ghax Gvermn laburista ha l-kariga fl-ahhar jiem t` Ottubru u l-izbilanc, li dwaru ma kien issemma xejn qabel l-elezzjoni , tant kien kbir li l-kamra tal-Ministru saret qisha purcissjoni ta` nies dehlin bil-problemi ta` nfiq mhux budgettjat, dhul ferm inqas milli progettat u kumpaniji tal-gvern li kienu qed jinzammu hajja b`mod artificjali b`sussidji mohbija mit-Treasury Clearance Fund.
Jekk gvern laburista kellu jkompli jissellef kien biss ghax in-nazzjonalisti hallew dejn straxxnet li bhal ziemel mahrub ma zzommux f`daqqa jekk ma tridx tkisser il-fibra socjali u ekonomika tal-pajjiz. Gvern Laburista biex izomm ir-rata ta` dan id-dejn kien kostrett jiehu mizuri li gelghuh jidher ikreh u mhux kabbar il-problema.` Zgur tiftakru il-friza fuq inggagg mal-gvern, tnehhija ta` overtime, cash limits to spejjez rikurrenti , zieda fir-rati tad-dawl ilma u fuel u tant mizura ohra iebsa li ma setghux jigu evitati.
Il-htija ta` dan kollu mhux tal-Gvern Laburista izda ta` John Dalli li wara hames snin ministru tal-finazi halla herba warajh fil-finanzi pubblici. L-istess herba li qed mill-gdid tinbena bhalissa.
Gidba ohra li ergajna bdejna nisimghuha hija li d-dejn pubbliku` huwa minhabba li 8000 ruh gew impjegati mal-gvern bla bzonn qabel l-1987.` Issa ghaddew 14 il-sena mill-1987 `l hawn.` Hafna minn dawk in-nies telqu, irtiraw jew addiritura mietu.` Anke kieku dawn in-nies kienu verament zejda warajhom dahlu gliegel ta` nies bl-istess snajja mal-gvern. Mela kif nibqghu insemmghu problema ta 14 il sena ilu F`erbatax il-sena waqa il-hajt ta` Berlin, pajjizi komunisti ikkonvertew ghal ekonomiji tas-suq, l-Unjoni Sovjetika inqasmet f`20 bicca u min kien ghadu ma jmurx skola wasal biex jivvota fl-elezzjoni li gejja. Lanqas problema bhal din il-gvern ma kien kapaci jsolvi f`14 il-sena`
It-tielet gidba hija li meta nbiegh il-Mid-Med Bank il-ministru ta` rendikont shih quddiem il-Kumitat tal-Finanzi Pubblici u hadd ma kien kapaci jikkwerja xejn. X`ghamlu fil-Kumitat tal-Finanzi Pubblici ma nafx.` Li naf hu li jien ili nistaqsi ghala l-Ministru fil-kalkoli tal-valur tal-Mid-Med Bank dahhal risk premium ta` 6% li effettivament naqqset il-prezz bin-nofs u s`issa qatt ma wiegeb.` L-istess kif qatt ma wiegeb dwar meta ser jaghti l-flus li suppost hadu l-impjegati ta` l-ex Mid-Med Bank ghal Fondazzjoni tal-Haddiema li baqghet ma saret qatt u l-haddiema tal-Mid-Med Bank baqghu ma gawdewx bhal ma gawdew tal-Bank of Valletta u tal-Maltacom.
Ir-Raba gdiba hija li D-deficit tal-pajjiz qieghed jonqos. Il-gimgha l-ohra tajt tabella biex nuri li dan mhux minnu u li fl-ewwel disa xhur tas-sena id-deficit ghadu ezatt fejn kien fl-ewwel disa` xhur ta` l-1998.` Iz-zieda ta` Lm150 miljun fis-sena mit-taxxi li qed jghasruna giet sparpaljata f`infiq ta` kosnum u iehor kapitali b`mod li d-deficit baqa` fejn kien. Ovvjament issa meta wiehed iqabbel sena shiha 2001 ma sena shiha 1998 isib li d-dejn naqas izda dan loghob bic-cifri.` Dan ghax lejn l-ahhar ta l-998 John Dalli li kien ghadu kif dahal mill-gdid fil-kariga ghabba hafna spejjez biex ikabbar iddeficit ta` l-1998 li hu attribwieh lil gvern Lburista halli meta jqabbel iqabbel ma deficit artificjalment gholi.
Il-hames gibda hija li dejn nazzjonali qieghed 55% tal-Prodott Gross Domestiku. Id-dejn pubbliku f`Settembru kien Lm 1003 miljuni u GDP fis sena sa Gunju 2001` kien Lm1595 miljuni. Dan jigi 63%. Izda jekk izzid mill-anqas, u nerga` nishaq mill-anqas, Lm400 miljun dejn iehor mohbi fit-Treasury Clearance Fund u dejn mejjet fil-banek li huwa garantit mil-gvern u li ghalih il-gvern qed ikollu sahnsitra jipprovdi l-imghax, allura din il-percentwali tital ghal 88%.` Dan huwa livell perikoluz hafna u perikoluz izjed ir-rata ta` tkabbir tieghu. Tant hu perikoluz li l-Ministru Dalli ammetta iswed fuq l-abjad li l-privatizzazzjoni se ssir biex id-dejn ma jkomplix jizdied.
Sewwa mela flok nikkontrollaw in-nefqa u nfejqu il-marda nbieghu kull ma ghadna biex ikollna x`nonfqu bla ma nzidu d-dejn. Qisu drogat li flok ifejjaq il-marda billi jiehu l-kura ibiegh kull ma ghandu biex ikollu biex jixtri d-droga. F`dan il-livell miskin waslet l-amminsitrazzjoni tal-pajjiz li tiftahar b`dawn l-ereziji ekonomici.
Dal-gvern kollox fittizzju.` L-unika haga ta` veru li ghandu huwa l-gideb!
Sunday, 4 November 2001
Gideb ta' veru
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment