There is a vibrant debate going on about the bias or objectivity of the documentary film ' Dear Dom'. I have not seen it and don't intend to, purely because I have lived Mintoff all my life and as the Maltese saying goes ' lil min tafu tistaqsix ghalih'.
I stand by what I had written about him in 2000 and maintain that notwithstanding the negative side post-31st march 1979 Mintoff should have a reserved place in history as one of Malta's greatest heroes.
I leave it in the Maltese original as published in il-KULLHADD on 9th July 2000.
_______________________________________________________________________________
Mintoff vs. Mintoff
Il-kobor ta’ dak li ghamel Duminku Mintoff ghal Malta sal jum tal-Helsien fil-31 ta’ Marzu 1979 ma jista’ jichdu hadd. Ikun zball li xi hadd icekken dawn il-kisbiet minhabba dak li gara wara.
Tant hu kbir dak li ghamel Mintoff sal-kisba tal-Helsien li huwa biss Mintoff stess li jista’ jcekken il-kobor tieghu. U minn dak li ilhi nara u minn dak li rajt fil-monologu sic intervista ta’ din il-gimgha, jidher li anke Mintoff stess wasal fil-final ta’ dan it-tkissir.
Jien nsostni li l-istorja ta’ Mintoff ghandha zewg kapitli kuntrastanti. Wiehed jispicca propju f’dik id-data li nkurunat dak kollu li Mintoff kien hadem ghalih ghal 32 sena shah ta’ attivita’ fix-xena poltika. Dan huwa kapitlu ta’ glorja li juri li Mintoff ma kienx biss il-politiku izda kien ir-ruh tal-pajjiz. Dak li bid-dinamizmu u l-perzwazjoni spira tieghu lil Malta biex tohrog mill-era tas-servitu’ kolonjalista u neo-kolonjalista, u tilbes il-mantell ta’ nazzjon liberu. Nazzjon li bbrilla f’Helsinki fl-1975 biex pogga fuq l-agenda politka internazzjonali il-bzonn ta’ paci fil-Mediterran.
Dan kien kapitlu ta’ kisbiet socjali, kisbiet ekonomici u kisbiet intelletwali li kienu ghamluna kburin li ahna Maltin. Kapitlu ta’ kisbiet demokratici fejn l-ghaqda tal-haddiem nnewtrallizzat ix-xibka ta’ poter ta’ min bil-kapital jahseb li jixtri li jrid u ‘l kulhadd.
Ma tmien ta’ dan il-kapitlu glorjuz hemm il-bidu ta’ kapitlu iehor iswed. Kapitlu fejn Mintoff ma setax jaccetta il-bidliet li gab hu stess. Kapitlu fejn Mintoff ried jirristringi il-helsien li gab permezz tat-tkisser tal-gagga kolonjali billi jorbtilna spaga ma saqajna u jiddeciedu hu ghalina f’kollox, mic-cikkulata li nieklu sat-television li naraw. Kapitlu fejn Mintoff sa setax jaccetta li la darba ghallimna kellna dritt nuzaw mohhna u mhux nobdu dak li jghid il-mexxej bil-ghama. Kapitlu fejn Mintoff ma gharafx li fil-helsien il-pajjiz jehtieg tmexxija differenti minn dik mehtiega fil-process tal- kisba tal-helsien.
Il-kapitlu ta’ Mintoff wara Marzu ta’ l-1979 huwa iswed sew. Kien qisu ribell jiggieled kawza li kienet diga mirbuha u fil-process ikisser dak li kien inbena.
Ibda mit-tkissir tat-Times u l-invazzjoni vjolenti fid-dar privata tal-Kap ta’ L-Oppozizzjoni. Dawn mizuri anti-demoratici li jittradixxu dak kollu li kien iggieled ghalih. Il-kolmo ta’ din ic-cahda intlahqet bir-rizultat tal-l-elezzjoni ta’ Dicembru 1981.
Tista ggib l-iskuzi kollha li trid izda l-fatt jibqa’ li dak in-nhar il-maggoranza tal-poplu ghazlet Gvern Nazzjonalista. Kieku Mintoff gharaf is-sinjal taz-zmien kien jikber fl-istutura kieku sab mezz kif din ix-xewqa tal-poplu, fl-ispirtu ta’ demokrazija prattikata, tigi mwettqa.
Minflok zarma l-kredenzjali demokratici li kien bena billi mexxa b’mod ripressiv kontra x-xewqa tal-poplu. U kompla jaghmel dan anke meta fid-deher irrezenja minn Prim Ministru biex mar jisparpalja Lm40 miljun fl-loghob spekulattiv fir-rizervi tal-Bank Centrali, jilghaba ta’ espert f’materja li fiha huwa anqas minn novizz. Kompla jindahal lil Karmenu Mifsud Bonnici b’mod imprudenti li tax cans lil persuna gentili bhal Karmenu jaghti timbru gdid lit-tmexxija tal-pajjiz.
Fi zmien meta l-Partit Laburista mar fl-Oppozizzjoni baqa jindahal minghajr l-awtrota’ tal-kariga izda biss bl-awtorita’ tal-persuna, dwar min u kif ghandu jmexxi. B’indhil bhal dan ir-rizultat ta’ l-elezzjoni tal-1992 kien inevitabbli u previdibbli. Li ma kienx prevedibbli kien li Mintoff ma kienx ser jaccetta l-ghazla ta’ Leader gdid li ma kienx imbierek minnu.
U dan il-fatt kien bizzejjed biex mil-bidu nett ma accetax it-tmexxija ta’ Alfred Sant u kien jikkritika kull haga li Sant kien jaghmel. Il-kolmo ta’ dan intlahqet bl-aktar mod kiefer meta Mintoff cahad lil Partit Laburista u bi tkomplija tat-tkisser tad-demokraizija li tant kien iggieled ghaliha, waqqa’ gvern elett demokratikament bl-akbar maggoranza li qatt gab gvern laburista.
Il-kuntrast ta’ Mintoff ta’ qabel l-1979 u ta’ wara johrog minn memorja li ghandi ta’ konferenza stampa li kien ta qabel l-elezzjoni ta’ 1976. Gurnalista staqsih xi haga u fil-process uza il-frazi “il-partit tieghek”. Mintoff kien dlonk ikkoregih u qallu li hu ma ghandix partit tieghu. Qallu “Jien tal-Partit”.
Qabbel dan mat-tezi li meta hareg ghall-elezzjoni fl-1996 ghalkemm hareg mal-Partit Laburista u bl-arma tal-partit, huwa kellu programm ghalih. Mela issa veru ppretenda li l-partit sar tieghu biex flok ibaxxi rasu ghar-rieda tad-decizjoni tal-Konferenza Generali tal-Partit li approvat biss manifest wiehed, dak ufficjali, jippretendi li jimponi fuq kulhadd il-programm tieghu.
Il-kobor ta’ Mintoff ta’ qabel l-1979 tant u kbir li huwa biss jista jkissru. U qed jaghmel dan bl-akbar efficjenza kif ta’ xhieda sewwa din il-gimgha. Veru kaz ta Mintoff vs. Mintoff.
No comments:
Post a Comment