Sunday, 26 March 2000

Il-Media tal-Knisja

Il-Kullhadd Il-Media Tal-Knisja

Thabbar dan l-ahhar li l-Knisja qed tippjana li jkollha l-istazzjon tat-TV taghha. Dan jizdid mar-Radju RTK u l-gazzetta ta` kull gimgha il-Gens biex flimkien mal-pulpti jiffurmaw sett komplett tal-media biex il-Knisja tkun tista twassal il-kelma taghha.

Il-Knisja ghandha dritt daqs haddiehor biex taghmel dan. La ghandhom dritt il-partit politici allura m`ghandiex dritt ukoll il-Knisja`

L-argument mhux jekk il-Knisja ghandix dritt jew le. L-argument huwa li galadarba il-Knisja tezercita d-dritt li jkollha dawn il-mezzi huwiex sewwa li dawn il-mezzi thallihom jintuzaw, kif intuzaw s`issa, biex jaghtu palata lil Partit Nazzjonalista u jzidu ostaklu iehor ghal Partit Laburista. Ostaklu li jizdied ma hafna ostakli ohra li jiffaccja l-Partit Laburista mill-mezzi ta` komunikazzjoni kontrollati minn xibka ta` poter li politikament issib rifugju fil-Partit Nazzjonalista.` Din ix-xibka jidhet li ingulfat maghha il-mezzi ta` komunikazzjoni prezenti tal-Knisja.

Perswaz li dawk li jmexxu il-media tal-Knisja jichdu bil-qawwa li huma jservu ta` forcina ghal Partit Nazzjonalista u ta` frosta ghal Partit Laburista. Izda l-Vangelu jghallimna li s-sigra ma tgharafiex mil-weraq izda mill-frott. Ghalhekk il-gudizzju tieghu m'`uwiex fuq dak li jichdu jew ma jichdux dawk li jmexxu l-media tal-Knisja izda fuq dak li jaghmlu. Partikolarment dak li jaghmlu fil-gimghat sensittivi ta` qabel l-elezzjoni generali biex jinfluwenzaw lill-poplu fuq liem naha ghandu jitfa l-vot tieghu.

Min ma jiftakarx l-edizzjoni tal-Gens ta` qabel l-elezzjoni kemm sahqet fuq kemm jigu miljuni mill-UE jekk innehhu lapplikazzjoni ghas-shubija mill-friza Bhala gurnal li jmexxi l-interessi tal-Knisja kont tistenna li l-media taghha tinqa` barra minn kwsitjoni politika bhal din, jew jekk tidhol tidhol fuq il-merti religjuzi taghha.

Jekk tidhol tidhol fuq kif fil-pajjizi kollha ta` l-UE dahal id-divorzju u fil-maggoranza taghhom anke` l-abort. Tidhol fuq kif dawn il-apjjizi ser ikollhom jibdew jaghrfu zwifijiet bejn persuni ta` l-istess sess. Dawn huma materji ta` natura morali u religjuza li l-fidila jistennew gwida dwarhom mill-mexxejja religjuzi.

Naghmilha cara li jien ma naqbel xejn ma min juza dawn l-argumenti biex jiggustifka li ma nidhlux fl-UE. Hemm argumenti ferm aktar validi u b`sahhithom biex targumenta dwar dan. Izda jekk il-Knisja jew il-mezzi taghha ghandhom jidhlu f`dan l-argument allura ghandhom jiffokaw fuq dawn l-aspetti.

Izda le il-Gens lejliet l-elezzjoni tiffoka fuq il-miljuni li suppost kienu ser jaqghu mis-shab hekk kif il-poplu fidil jaghti mandat lill-Partit Nazzjonalista.

L-istess gara bil-budget li ghadda. Dan kien budget iebes. Jekk kienx hemm bzonnu jew le jew jekk kienx evitabbli hija kwistjoni ohra. Izda li huwa budget iebes u li laqat sew il-livell ta` l-ghixien tal-klassi baxxa u medja lanqas in-Nazzjoanlisti u l-Unions li jissimpatizzaw maghhom ma jichdud illum.` Izda l-edizzjoni tal-Gens ta` war l-Budget harget bi`titolu ghal kollox newtrali` u gabet ritratti vizivi ta` familja tidhaq u tilghab flimkien qisu l-Budget kien ta` xi solliv kbir ghal familji Maltin.

Immanginaw ftit x`kien jigri kieku l-budget ghamlu Gvern Laburista. Immaginaw il-linja editorjali tal-Knisja kieku kien il-Partit laburista li jrid idahhal lil Malta fl-UE u kieku n-Nazzjonalisti qed jirrezistu poltika bhal din. Diga kellna toghma ta` sitwazzjoni bhal din fis-snin hamsin fi zmien l-Integration.` Ara kieku l-mezzi tal-Knisja kemm qed iwissu lil fidili li pass bhal dan jmur kontra il-morali u l-kultura kattolika ta` pajjizna.

Jien ma nqabilx li l-Knisja ghandha tindahal f`dawn l-affarijiet li huma materji civili izda il-Knisja jibqalha dritt li tuza l-mezzi taghha biex dawk li minn rajhom isegwu it-twemmin taghha jigu ggwidati bit-taghlin nisrani u bil-valuri nsara.

Storja zghira li grat lili biex taraw kemm huma apolitici il-mezzi tal-media tal-Knisja. Fil-gimgha ta` qabel l-elezzjoni ta` Ottubru 1996 kienu stedninu biex it-tnejn 28 ta` Ottubru f`nofs in nhar immur ghal` dibattitu live fuq l-RTK dwar itr-rizultat ta` l-elezzjoni. Accetajt mhux ghax kont konvint li l-Partit Laburista ser jirbah izda ghax dehrli li f`dibattitu bhal dan, ikun x`ikun ir-rizultat, kellu jkun hemm lehen favur il-Partit Laburista.

Il-Partit Laburista rebah u jien flok kif ghamel kulhadd dhalt il-Belt niccelebra mort l-RTK ghal programm. Kien qisu cimiterju. Wara li habbat fetahli l-gurnalista Alan Delia li qalli l-programm kien thassar u li ppruvaw jinfurmawni u hallewli messagg l-ufficcju. Jien ghedtlu li l-ufficcju ma dhaltx izda l-mobile kien mixghul u setghu infurmawni billi jcempluli fuqu. Staqsejt gha kien thassar u qalli li kien hemm problema biex jigu l-mistednin habba c-celebrazzjonijet fit-toroq. Ghedtlu li jien ma kelli l-ebda problema u li c-celecrazzjonijiet kienu civili u moderati ghall-ahhar.` Ghedtlu li dan kien skuza ghax il-programm kien intenzjonat biex jiccelebra rebha nazzjonalista u thassar ghax din ma gratx!

Min imexxi l-Knisja qabel ma jzid il-mezzi televizi jrid jara li l-mezzi li ghandu ga jintuzaw fl-interssi tal-fidili kollha anke dak in-nofs li jxaqleb lejn il-Partit Laburista. Jekk le il-Knisja tibqa` tara xejra ta` abbandun mil-fidili u jibqghu iqumu mistoqsijiet jekk RTK jfisserx Radju tal-Knisja, Radju ta` Kulhadd jew Radju tal-Klikka.

No comments:

Post a Comment