Il-Kullhadd
Prodi l-Malti
Romano Prodi, il-President tal-Kummissarju tal-UE huwa bniedem stuz, ghaqli u serju. Ghax huwa dak li hu xoghlu jaghmlu sew. U xoghol Prodi bhalissa huwa li jkabbar l-UE minn hmistax ghal tmienja u ghoxrin membru billi dawn il-membri jaccettaw ir-regoli ta` l-UE, kif ser jinbidlu, halli l-Ewropa ssir mhux biss blokk ekonomiku b`sahhtu izda wkoll blokk politiku u ta` difiza li jhabbatha ma dak Amerikan.
Prodi huwa espert fl-ekonomija u fit-tmexxxija azjendali tal-management u zgur huwa negozjatur tajjeb.` Fix-xjenza tan-negozjati li jghallmu l-Universitajiet u skejjek tan-negozju hemm certi principji ta` kif ghandek iggib ruhek biex meta tinnegozja tiehu dak li trid bla ma toffendi il-parti l-ohra li maghha tkun qed tinnegozja.
Fost dawn insibu li ghandek tipprova izzerzaq xi kliem bil-lingwa domestika tal-parti li tkun qed tinnegozja maggha u tfahhar il-kapacita` tan-naha l-ohra ta` kemm hija kapaci tinnegozja u kemm ser tmur tajjeb bil-ftehim li jkun qed jigi negozjat.
Fl-esperjenza twila tieghi fil-qasam tal-konsulenza tan-negozju u fil-finanzi ghaddejt minn hafna negozjati tqal u kumplikati. U din l-ghodda tan-negozjati uzajta kemm il-darba.
Ghalhekk stajt ninduna mal-ewwel kemm gharfu juzaw din it-tattika Prodi u Verheugen fiz-zjara ta` anqas min 24 siegha li ghamlu f`Malta l-gimgha l-ohra. Zerzqulna xi frazijiet bil-Malti. Qalulna kemm kienu tajbin is-civil servants taghna` waqt lis-screeing avolja dawn ma kien fihom negozjati ta` xejn. Kienu biss `gap analysis` biex jigi identifikat fejn il-ligijiet taghna iridu jinbidlu biex jigu konformi ma tal-UE. Qalulna wkoll kemm ser ikunu generuzi biex jifthu kemm jista` jkun hafna kapitli ghan-negozjati u qalulna li dan huwa deal tajjeb hafna. Daqs li kieku kien ic-cekk ta` Lm 100 miljun lira li bl-akbar irresponsabbilita` il-gvern prezenti kien wieghed li jinzlu bhax-xita hekk kif il-bidla fil-gvern terga tiftah l-applikazzjoni ghas-shubija.
Lil Gvern dawn ix-xinxilli jimpressjonawh. Dan ghaliex il-Gvern jidher li qata` qalbu li jista` jmexxi lil pajjizna u jrid dhul urgenti fl-UE` biex din timponi fuqna il-mizuri li hemm bzonn biex nevitaw il-kollass ekonomiku tal-pajjiz. Ghal gvern m`hemmx negozjati. Kull prezz huwa ahjar mill-kollass. Alternattivi ghas-shubija ma jezistux fil-vokabularju tal-Gvern avolja hija elementari li biex tinnegozja tajjeb irid ikollok, jew ghallanqas tippretendi li ghandek, alternattivi ohra.
Ghall-oppozizzjoni Laburisti dawn ix-xinxilli huma li huma` xinxilli.` Is-sustanza mhix fid-diskorsi sbieh izda fir-rejalta` li l-poplu Malti jrid jghaddi minnha skond l-ghazliet li jghamel. Ghazliet li jridu jigu mfehma lilu bl-aktar mod car, bla habi u bla xinxilli.
Lil hinn mid-diskorsi ppreparati minn qabel u mil-pozi ghar-ritratti, il-konkluzjoni ta` sustanza li hadu maghhom Prodi u Verheugen kienet li f`Malta ghandhom problema ghax Malta hija l-uniku pajjiz mill-applikanti kollha fejn il-korp politiku, u mhux biss il-poplu, huwa maqsum kwazi nofs b`nofs fuq l-ghazla ghas-shubija fl-UE.
Ghal` UE dan huwa fatt inkwetanti ghax Prodi stess lejn l-ahhar taz-zjara tieghu ammetta li dan huwa pass irriversibbli. Din mhux decizjoni li jehodha gvern elett fil-kors normali tieghu.` Din hija decizjoni li dwarha huwa mhux biss mixtieq, izda bzonnjuz, li jkun hemm konvergenza fil-hsieb bejn il-faxex poltici li jhaddmu d-demokrazija fil-pajjiz anke jekk jifdal xi differenza dwar dettalji jew metodi tan-negozjati.
U Prodi ta` negozjatur tajjeb jaf li qabel ma jkun hemm din il-kovergenza tal-hsieb l-ebda referendum ma jista` jgib stabbilita ghal decizjoni daqstant importanti.` X`obbligu ghandu gvern alternattiv li jkun marbut bir-referendum jekk il-programm elettorali tieghu jkun mibni fuq politka kuntrarju ghad-decizjoni tar-referndum` Jew forsi issa qed nassumu li qatt m`hu ser ikun hemm gvern alternattiv u li `nazzjonalisti ser jibqghu fil-poter ghal dejjem`
Ir-referendum isir wara li jkun hemm konvergenza tal-hsieb fost il-faxex poltici biex id-decizjoni tkun imbaghad tal-poplu u mhux biss tal-politici. Izda r-referendum ma jistax ikun sostitut tal-konvergenza bejn il-faxex politici.
Ghalhekk l-UE trid tifhem li qabel ma jsir referendum jehtieg li ssir elezzjoni. Elezzjoni fejn il-partiti politici jipprezentaw il-vizjoni taghhom b;mod rejalistiku ghal futur ta` pajjizna u` mbaghad la l-poplu jaghzel il-partit politici jkollhom id-dover li jibdlu l-politika taghhom b`rispett ghad-decizjoni tal-poplu. Huwa ferm koncepibbli li dan isir possibbli ghaliex wara elezzjoni ohra min jitlef ikollu mexxej gdid li jkollu bilfors jiehu konjizzjoni tax-xewqa tal-poplu.
Jidher li Prodi u Verheugen dal-messagg haduh maghhom u l-partit Laburista ghandu jizgura li jzomm kuntatti kontinwi magghom skond ix-xewqa ta` Prodi stess.
Ta` negozjatur tajjeb Prodi jifhem li meta quddiemek issib lil xi hadd li ma tghamihx bix-xinxilli allura diskors isir aktar serju u tangibbli u n-negozjati jkunu tassew fl-interess taz-zewg nahat. F`dal kuntest Prodi ma jibqax jippretendi li huwa Malti aktar minnha u jifhem li l-ahjar ghal-pajjizna jghazluh il-mexxejja taghna wara elezzjoni fair, cara, hielsa mil-weghdiet fierha. Imbghad ikun jista` jinkiseb kunsens kemm jista'`jkun wiesgha ghal politka ma l-UE tal-Gvern elett.
Sunday, 12 March 2000
Prodi l-Malti
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment