Sunday, 19 March 2000

Shared Sovereignty

Il-Kullhadd Shared Sovereignty

Zgur qed tismghu hafna terminologija ta Shared Sovereignty jew Pooled Sovereignty b`konnessjoni ma l-argumenti favur jew kontra is-shubija ta` Malta fl-UE. Huwa mportanti li n-nies li m`humiex daqstant intizi fis-suggett jifhmu sew x`ikun qed jinghad b`dawn il-frazijiet li donnhom bhal moda jibdew jissemmew biex dak li jkun jimpressjona li min jisimghu..

L-Unjoni Ewropeja giet mwaqqfa fl-1958 bhala blokk ta` sitt pajjizi biex jaghmlu suq komuni bejniethom.` Dan kien iz-zmien ta` wara l-gwerra li farrket lil Ewropa u kien ghalhekk f`waqtu li dawn il-pajjizi bdew pjan biex iwahhdu l-ekonomija ma ta` xulxin biex b`hekk isiru ekonomikament jiddependu minn xulxin. Meta jigri dan jikber deterrent kbir kontra l-gwerra u l-uzu tal-forza.

Fl-1973 is-sitta zdiedu ghal disgha meta dahlu l-Renju Unit, L-Irlanda u d-Danimarka. Fis-snin tmenin saru tnax meta dahlu l-Grecja , Spanja u l-Portugall pajjizi mediterranji li kienu ghadhom hergin minn kultura dittarjoli.` Fl-1995 kibru ghal hmistax meta dahlu l-Finlandja, L-Awstrija u L-Isvezja` li kienu pajjizi ga ekonomikament fuq l-istess livell ta` UE bla htiega ta` xi aggustament ekonomiku qawwi.

L-UE ma ndiblitx biss billi kibret. Kibret ukoll billi wessghet l-iskop taghha minn suq komuni ghal Unjoni Politika.` Dik li kienet tissejjah European Economic Community ghal l-ewwel saret European Community u fl-1991 meta gie ffirmat it-trattat ta` Maastricht saret European Union.

Dan fetah it-triq biex twetqet l-Unjoni Monetarja bejn hdax mill-hmistax il-pajjiz membru. Huwa mistenni l- l-erba l-ohra jissiehbu fi zmien mhux il-boghod bl-akbar problema tibqa` dik tar-Renju Unit li ghad ghandha l-ejkonomija taghha aktar intunata mas-suq Amerikan milli ma dak ta` l-Unjoni.

L-ghaqda monetarja ghandha sinjifikat kbir ghax din tfisser li mixja lejn integrazzjoni ekonomika totali issa ma tistax titwaqqaf. Galadarba l-politika monetarja ghaddiet minn idejn il-pajjiz membri ghal idejn il-Bank Centrali Ewropew huwa minn ewl id-dinja li anke l-politka fiskali u t-taxxi irdu jimxu fl-istess direzzjoni.

L-Unjoni Ewropeja mhix tahbi l-ambizzjonijiet taghha li tkompli tersaq lejn integrazzjoni politika billi tifforma anke politika barranija u ta` difiza komuni ghal pajjizi kollha. Dan kien rwol li sa issa kien moqdi minn NATO li kienet u ghada ddominata mill-Istati Uniti. L-UE thoss li l-ghaqda taghha tippermetti tnaqqis mill-influwenza Amerikana fid-difiza ta` l-Ewropa billi l-vojt jintela minn forza komuni ewropeja.

Dan huwa ghan stuz u apprezzabbli. L-UE gibdet lejha lill Solana biex imexxi din il-poltika.` Solana sa ftit ilu kien is-segretarju generali tan-NATO. Ghalissa il-politka komuni ta` difiza mhix qeda tigi imponuta b`mod tassattiv fuq il-membri prezenti jew prospettivi ghalkemm rigward dawn ta` l-ahhar id-diskors ghad irid jiccara ruhu sewwa. Izda bhal politika monetarja din hija triq` f`direzzjoni wahda. Min jidhol,hemm irid jasal jekk mhux mal-ewwel mat-tieni jew mat-tielet.

Biex wiehed jifhem kemm dan huwa hekk rrid nishaq li l-UE qed taghmilha cara li biex jidhlu membri godda id-decizjonijiet kollha ma jistghux jibqghu jittiehdu bhal ma jittiehdu llum fejn f`hafna kazi il-membri ghandhom il-veto. Jekk ma jaqbilx xi hadd ma jsir xejn. Meta u jekk Malta tidhol membru, id-decizjonijiet jittiehdu bil-maggoranza tal-voti, maggoranza li mhux biss trid tirrsekja in-numru ta` membri izda wkoll il-popolazzjoni tal-membri kollha.

Bhal ma sahaq ferm tajjeb Romani Prodi meta gie jonorana fostna dan l-ahhar it-triq tas-shibija hija rriversibbli.` La darba dhalt ma tistax terga lura anke jekk l-affarijet jinbidlu b`mod li ma jibqghux joghgbuk. La darba tidhol ma tkunx tista` tirrezisti li mall-ewwel jew mat-tieni ikollok tifforma parti mil-politka barranija u ta` difiza komuni tal-Unjoni.

U huwa f`dan is-sens li wiehed irid jifhem ghaliex sa ftit ilu l-Unjoni kienet qed thalli l-Gvern Nazzjonalista jitkarrab fuq l-ghatba u issa hemm interess qawwi biex Malta tidhol memrbu mill-aktar fis.

L-Unjoni Ewropeja thares lejn Malta bhala parti essenzjali mil-politika ta` difiza taghha. Bis-sovranita` shiha ta` Malta dan mhux possibbli ghax Malta hija dikjarata fil-Kostituzzjoni bhala newtrali u non-allenjata u ma tippermettiex bazijiet militari fuq artna.

Bis-shubija ikollna Shared Sovereignty jew Pooled Sovereignty. Jigifieri ma niddeciedux il-politika barranija u ta` difiza taghna skond kif jaqbilna izda flimkien ma ohrajn li jkollhom voti u sahha ferm akbar minnha u anke inkunu marbutin li naghmlu dak li jiddiciedu huma bis-sahha tal-maggoranza taghhom. Ikollna Shared Sovereingty daqs kemm ikollu gurdien meta jaqsam id-dar tieghu ma hafna iljuni.

Meta ftit jiem ohra niccelebraw Jum il-Helsien infakkru fil-gest nobbli ta` pajjizna li ghalaq il-bazi militari anke jekk kellu jiccahhad minn introjtu fis-sena ta` madwar Lm28 miljun ta` dak iz-zmiene li huma madwar Lm53 miljun tal-lum.

Jekk nibqghu sejrin fl-ghama fit-triq tas-Shared Sovereignty nkunu ser nbieghu lill-pajjizna tassew b`irhis meta fil-fatt ma jmissna nbieghuh ghall-ebda prezz.

No comments:

Post a Comment