Il-Kullhadd Domma tal-Fidi
Id-diskors tal-Prim Ministru f`gheluq il-konferenza generali tal-hadd li ghadda rega` kien professjoni ta` fidi ghamja fl-UE.
Fid-diskors twil tlett kwarti il-Prim Ministru kellu messagg baziku wiehed. L-UE trid temmen fiha qisha xi domma tal-fidi. M`hemm x ghalfejn wiehed joqghod jifli d-dettalji biex jara x`jaqbel u x`ma jaqbilx ghax bhal ma temmen id-domom mhux bir-ragunar izda bid-don tal-fidi hekk irridu wkoll nemmnu` fl-UE.
Il-Prim Ministru spicca stqarr li huwa ta` sfortuna ghal pajjizna li ghandu oppozizzjoni li qed tifli sewwa u tirraguna b`mod sobriju dwar il-vantaggi u l-izvantaggi tas-shubija fl-UE. Li kien ghal Prim Ministru` l-oppozizzjoni ghandha temmen fl-UE bhalma nisrani jemmen fit-Trinita` Mqaddsa u ma toqghodx tistaqsi il-kif u l-ghaliex.
Biex jasal ghal ragunar bhal dan il-Prim Minsitru bilfors qed jigi nfluwenzat wisq mill-fatt li fil-pajjizi applikanti l-ohra il-korp poltiku tal-pajjizi kollha huwa favur shubija anke jekk fost il-popli hemm dubji.
Kif fissirt kemm il-darba dak li jghodd ghall-pajjizi applikanti ohra ma jghoddx ghal Malta. L-ghaxar pajjizi tal-lvant ghandhom kunsens biex jidhlu membri ghax jemmnu li shubija sseddaq u mhux ixxellef is-sovranita` taghhom. Jemmnu hekk ghax ghandhom l-esperjenza qarsa ta` dominazzjoni Sovjetika fil-45 sena ta` wara l-gwerra u jibzghu li hekk kif ir-Russja tohrog mill-krizi ekonomika terga` tithajjar tahfinhom taht l-influwenza taghha. Ghal dawn il-pajjzi shubija fl-UE hija difiza tas-sovranita` mheddha taghhom.
Ghal Cipru l-istorja hija differenti. Cipru ilu maqsum fi tnejn mill-1974.` Il-bicca tat-tramuntana ta` Cipru hija mahkuma fil-forzi Torok. Ic-Ciprijotti joholmu li pajjizhom jerga jinghaqad. Jemmnu li dan jista` jsir biss jekk jidhlu membri fl-UE u minn hemm juzaw il-forza biex igieghlu lill-UE tmil fuq it-Turkija halli tasal ghal soluzzjoni negozjata ghar-rijunifikazzjoni ta` Cipru.
Ghalhekk ghal hdax il-pajjiz applikanti l-ohra huwa minnu li shubija` fl-UE hija domma ta` fidi. Lesti jhallsu l-prezz ikun xi jkun biex jissalvagwardjaw is-sovranita` mheddha taghhom.
Dan kollu ma jghoddx ghalina. Is-sovranita` taghna mhix mheddha. Pajjizna mhux maqsum bhal Cipru. M`hemm l-ebda biza li ninhatfu mill-gdid mill-influwenza Russa. Mela ghalfejn il-Prim Minsitru qed jirraguna bhal l-ohrajn u ma jaghrafx li s-sitwazzjoni f`pajjizna hija differenti`
Pajjizna ghandu ghazla. It-triq tas-shubija mhix l-uniku triq. Hemm ghazla ohra , dik li ninnegozjaw rabtiet specjali li jirrispettaw r`rejaltajiet ta` pajjizna.
Min irid icahhadna min dan id-dritt tal-ghazla mhux qed jahdem fl-interess ta` pajjizna ghax dan id-dritt tal-ghazla hu parti mportanti mill-process tan-negozjati anke jekk il-gvern genwinament jemmen li t-triq tas-shubija hija l-ahjar wahda. Ma tistax tinnegozja tajjeb jekk tiddikjara minn qabel li ma ghandekx ghazla ohra.
Fil-fatt qed naraw li s`sissa mhux negozjati qed isiru. Qed isiru ezercizzji ta` sottomissjoni ghal dak kollu li Brussels iriduna naghmlu. Ghalhekk qed niftiehmu maljar ghax ma mmeruhom f`xejn. Nghidu iva ghal kull ma qed jordnawlna.
Biex il-poplu jaghmel decizjoni ghaqlija irid mhux biss jifhem it-tajjeb u l-hazin tas-shubija izda jrid jifhem il-merti u demerti tat-toroq l-ohra. Jekk il-Gvern ma jridx jaghmel dan naghmluh ahna l-Laburisti billi naraw l-esperjenzi ta` pajjiz bhal l-Isvizzera, in-Norvegja, L-Islanda, l-Lichtenstein, Andorra, Monaco u ohrajn li ma jridux ifittxu shubija.
Sadanittant qed tkompli tikber il-probabbilita` li din l-ghaggla kollha tal-Gvern hija kollu ghal xejn. L-EU ma tistax tilhaq il-kompromessi mehtiega biex jinbidlu r-regolamaneti nterni qabel ma jsir it-tkabbir. Jidher li l-presidenza Franciza li ser tiehu t-tmexxija minghand il-Portugizi ma ghandhomx l-intenzjoni li jniggzu wisq biex dawn id-decizjonijiet difficli jittiehdu sa l-ahhar tas-sena.`
Iz-zmein ikarkar u llum hija haga kwazi certa li qabel is-shubija u forsi wkoll qabel ir-refendum trid issir elezzjoni generali. L-anqas haqq l-ghaggla li qed iggib tant incertezza ghal xejn.
Sunday, 11 June 2000
Domma tal-Fidi
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment