Il-Kullhadd F`Gieh is-Serjeta`
Il-kwistjoni tar-relazzjonijiet ta` Malta ma l-UE hija kwistjoni serja.` Minnha jiddependi il-futur tal-pajjiz. Jiddependi kemm ser nigbdu investiment lejn pajjizna, li minghajru l-ekonomija taghna toghtor u titbiel.
Huwa car li c-cokon ta` pajjizna ma jippermettiex zvilupp ekonomiku sostenut jekk noqghodu ndawwru lira biss bejnietna. Jehtieg li nsibu nicca kompetitiva taghna fejn inbieghu il-prodotti u s-servizzi taghna lil pajjizi ohra halli b`hekk naqilghu munita barranija. Huwa biss permezz ta` flus barranin li nistghu nixtru il-bzonnijiet ta` kuljum u l-investimenti kapitali li rridu naghmlu biex nibqghu intejbu il-livell ta` l-ghixien tal-haddiema u l-gens Malti.
Dan jista` jsir fuq bazi sostenuta biss jekk l-ekonomija tattira investiment gdid. Mhux daqs tant importanti jekk l-investiment ikunx Malti jew barrani ghax l-importanti li l-investiment li jsir ikun wiehed li jrendi. Izda huwa fatt maghruf li b`investiment Malti wahdu ma naslux. Ghax l-investiment m`huwiex biss flus.` Huwa sistema shiha ta` negozju li tizgura suq internazzjonali ghal prodotti u servizzi li johorgu mill-investiment li jsir. U dan huwa aktar abbinat ma investiment li jigi minn barra.
Il-Ministru tas- servizzi Ekonomici jhobb jiftahar kemm qed isir investiment gdid.` Jekk wiehed jaghsar dawn l-istatistici jara li dan l-investiment m`huwa investiment gdid xejn. Huwa nvestiment minn industriji li ga qeghdin hawn, bhal ST Thomson, Dowty u Brand, li biex jibqghu kompettivi jridu jibqghu` jinvestu fil-manifattura taghhom. Hafna drabi dan ma jkunx ifisser impjiegi godda izda zamma ta` mpjiegi li ga jezistu jekk mhux ukoll tnaqqis taghhom biex jonqsu l-ispejjez u l-ndustrija tkun tista` tikkompeti fis-swieq internazzjonali li dejjem isiru izjed kompettivi.
Investiment gdid forma ta` fabbriki jew progetti godda li joholqu xoghol gdid huwa skars. U ser jibqa` skars jekk ma nkunux serji fin-negozjati ma l-UE ghax hadd ma jrid jinvesti fil-ghama. Dawk li ga qeghdin hawn ghandhom ghazla limitita u ormaj draw it-tajjeb u l-hazin taghna u tghallmu jghixu mieghu. Izda l-godda le.` Il-godda ghandhom ghazla u m`humiex lesti jaccettaw l-incertezzi li l-politika tal-gvern lejn l-UE qed tohloq.
Il-gvern biex ikun serju jehtieg jaccetta tlett punti kardinali biex jaghti sens ta` direzzjoni lin-negozjati lejn l-Unjoni Ewropeja.` L-ewwel irid jaccetta li tkabbir ta` l-UE mhux se jsir qabel ma dan il-pajjiz jghaddi minn elezzjoni ohra u ghalhekk inutli jaqleb kollox ta` taht fuq jekk imbaghad il-pajjiz jaghzel gvern b`politika alternattiva.
It-tieni li fil-pajjiz m`hawnx kunsens dwar is-shubija fl-UE.` La kunsens fost il-poplu u lanqas kunsens fost il-korp politiku. Minghajr kunsens bhal dan il-pajjiz ma jistax jersaq lejn decizjoni irriversibbli bhas-shubija fl-UE. U ghalhekk bhal frotta li tiehu zmien taghha biex timmatura, inutli, tajba kemm hi tajba l-frotta, li tipprova tiekolha qabel l-istagun taghha.
Fl-ahhar il-Gvern irid jaccetta li hemm toroq ohra li jistghu ikunu aktar addattati ghal Malta minn dik tas-shubija. Issa zgur waqghet l-ghajta tal-gvern li m`hemmx alternattiva.` L-Isvizzeri taw risposta cara. Hemm toroq ohra. Hemm it-triq ta` rabtiet specjali u specifici maqbula fuq bazi bilaterali bhal ma ghamlet l-Isvizzera. Hemm it-triq tal-EEA li ghazluha in-Norvegja u l-Islanda. Hemm toroq ohra. Jehtieg li dawn ma jigux traskurati lanqas mill-gvern stess ghax jistghu jghinuh fin-negozjati anke jekk genwinament jahseb li l-ahjar triq hija shubija.
Jekk dawn it-tlett punti sensibbli jigu accettati minn kulhadd allura` wahedha tohrog is-soluzzjoni. Halli l-gvern ikompli jinnegozja s-shubija izda dan jaghmlu fuq time frame ta` mill-anqas hames snin biex l-ekonomija ma tiehux xokkijiet. Jekk fl-elezzjoni li gejja li tkun test qawwi ta` l-opinjoni pubblika versu l-UE, jirbah il-Partit Nazzjonalista allura l-progett ikun wiehed vijabbli u sostenibbli anke jekk il-partit laburista jibqa` ma jaqbilx.` L-istorja tal-power station ta` delimara hija ezempju car. Jekk jirbah il-Partit Laburista allura ghandna nimxu fuq il-progett ta Svizzera fil-Mediterran li ma jaghlaq bibien ghall-ebda zvilupp li jista` fil-futur jerga jgib fuq l-agenda is-shubija fl-UE.
Sadanittant fis-sentejn tlieta li gejjin l-attenzjoni taghna ghandha tkun fuq ir-riformi kbar li hemm bzonn biex timmodernizzaw lil pajjiz u mhux nibqghu nistennew id-dixxiplina, id-direzzjoni u l-fondi fantazmi ta` Brussels.
Sunday, 4 June 2000
F'gieh is-serjeta'
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment