Il-Kullhadd Is-suq tax-xoghol fl-UE
In-Nazzjonalisti u l-forcini taghhom donnhom qatghu qalbhom li jistghu jikkonvincu fuq it-triq tas-shubija ta` Malta fl-UE. Minflok issa fethu l-kanuni biex jippruvaw jiskreditaw il-mudell ta` Svizzera fil-Mediterran li huwa slogan li permezz tieghu il-Partit Laburista qed ifiehem li hemm triq ohra ta` ftehim bilaterali ma l-UE.
Din it-triq ga giet maghzula mill-Isvizzeri u ghalhekk is-slogan ta` Svizzera fil-Mediterran. Mhux biex nikkupjaw dak kollu li ghamlu l-Isvizzeri. Izda biex nippruvaw li mudell jezizti diga`.` La l-Isvizzeri kienu kapaci jinnegozjaw ftehim bilaterali ma l-UE meta l-UE b`hekk tilfet il-flus li l-Isvizzera kienet tikkontribwixxi lejn il-budget ta` l-UE kieku ssiehbet, kemm aktar` fattibbli li Malta taghmel l-istess meta suppost l-UE b`hekk tiffranka il-fondi li suppost kienet ser tiehu Malta`
Pagni shah ta` reklamar u tqanzih biex jikkonvincu li permezz ta` dan il-mudell Svizzeru Malta tiehu l-izvantaggi izda mhux il-vantaggi ta` shubija fl-UE.
U fost l-izvantagg li l-aktar jigi emfassizzat huwa li permezz ta` ftehim bhal dan ikollna naccettaw id-dritt li persuni mill-pajjizi membri ta` l-UE jigu jahdmu bi dritt f` Malta.
Ta` min dan il-punt jixtarru sew. Il-pajjizi tal-lvant li jridu jidhlu fl-UE qed jinsistu ghal dan id-dritt li jidher li l-UE qed tkaxkar saqajha dwaru. Dan ghaliex dawn il-pajjizi li ghandhom fruntiera mal-Germanja u ma l-Awstrija ma ghandhomx biza li l-Germanizi u l-Awstrijaci jimorru jahdmu fir-repubblika Ceka jew fl-Ungerija u Polonja. Huma l-Germanizi u l-Awstrijaci li ghandhom biza li haddiema mill-pajjizi membri godda jinvaduhom u joholqu problemi socjali u ekonomici.
Ahna f`Malta il-problema bil-maqlub. Il-biza mhux tant li l-haddiema taghna ser jinvadu l-Italja. Il-biza huwa li haddiema minn Sqallija jithajjru jigu jahdmu fostna ghax Sqallija hemm qaghad kbir l-aktar fost iz-zghazagh. Ghalihom Malta hi attrajenti iktar milli jmorru Ruma jew fin_Nord ta` l-Italja fejn dejjem jigu ttrattati bhala cittadini nferjuri.
Ghalhekk huwa assolutament mehtieg li niftehmu x`niftehmu ma l-UE id-dritt ta` dhul ta` haddiema mill-pajjizi gieren jibqa kkontrollat minnha ghal perjodu twil ta` zmien zgur mhux inqas minn hames snin.
Sal-lum dan m`huwiex possibbli taht l-arragament ta` shubija. Izda biex inkun ghedt kollox halli hadd ma jahseb li rrid immaqdar bla bzonn, jidher li qed tifforma l-ideja li anke meta` jidhlu mebri godda id-dritt ta` cirkolazzjoni libera jigi ristrett ghal perjodu transitorju.` Dan kif ghedt qabel qed isir biex jipprotegi lill pajjizi ezistenti ta` l-UE izda la l-principju jigi accettat allura jkun aktar possibbli li tinnegozja biex il-principju taddattah ghal bzonnijiet ta` pajjizek.
Izda zgur huwa possibbli u ferm akatr possibbli taht il-mudell Svizzeru. Dan m`huwiex zvantagg. Dan huwa ftuh gradat ta` l-ekonomija taghna biex issir kompetittiva` f`dinja globali.`
Daqqa jghidu li l-alternattiva ghas-shubija huwa l-izolament u daqqa jgidu li permezz tal-mudell Svizzeru ser igieghelna naccettaw cirkolazzjoni libera tal-persuni!
Jakkuzawna` li qed inbezzghu in-nies bil-babaw meta fil-fatt issa bdew jaghmlu hekk huma!
Il-verita` hija semplici. Ahna taht l-ebda mudell ma rridu li pajjizna jkun izolat.` Pajjizna huwa zghir wisq biex noqghodu ndawru lira biss bejnietna. Ghalhekk ma hemm xejn, xejn hazin li pajjizna jiftah is-suq tieghu ghal cirkolazzjoni libera ta` persuni ma l-UE. Izda dan ma rridux naghmluh mil-lum ghal ghada. Ma rridux naghmluh biex noghgbu lil xi hadd iehor.` Naghmluh ahna ghat-temp taghna ghax ikun jaqblilna.
Nohlom li f`pajjizna tant l-ekonomija tkun sejra tajjeb li jkollna bzonn haddiema barranin biex inlahhqu. Din il-holma tista` ssir rejalta` jekk nahdmu b`rasna, nifhmu x`inhuma il-vantaggi u l-izvantaggi taghna u nuzaw il-qaghda strategika ta` pajjizna biex insarrfuha f`negozjati vantaggjuzi ma l-UE biex dak li nikkoncedu nikkonceduh ghax, kif u meta jkun jaqblilna.
Meta tintlahaq din ir-rejalta` allura ma jkunx hemm izjed biza li` l-Isqallin jigu jikluna. Anzi jkun merhba bihom.` Il-gwaj hu jekk bi shubija bla ma nsolvu il-problemi ekonomici ikollna nifthu s-suq tax-xoghol ghal barranin meta l-ekonomija tkun ghada zoppa u meta investiment dirett ma jersaqx lejna ghax is-shubija ccahhad il-vantaggi ekonomici ta` nvestiment gdid dirett f`pajjizna.
Min ma jaghmilx din id-distinzjoni irid iqarraq.
Sunday, 18 June 2000
Is-suq tax-xoghol fl-UE
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment