Sunday, 21 January 2001

Ghandi tama

Il-Kullhadd Ghandi tama

Qatt ma niftakar li kien hawn konfuzjoni fil-pajjiz daqs dak li hawn bhalissa. Dan ma nghidux ghax qalbi thabbat in-naha tal-Partit Laburista u allura mil-Oppozizzjoni forsi nara kollox imcajpar.` Nghidu ghax il-konfuzjoni taraha b`ghajnejk u tmissha b`idejk.` U meta niltaqgha man-nies ilkoll kelma wahda. Kultant pjuttost ikolli nghidilhom li qed jezageraw u li l-affarijiet m`humiex hziena daqs kemm qed ipenguhom.

X`wassal ghal din is-sitwazzjoni` Kif gvern f`nofs il-legizlatura ma jista juri xejn t`ghemilu hlief in-numru ta` kapitli miftuha u maghluqa ma l-Unjoni Ewropeja u l-konfuzjoni li qed tirrenja fil-pajjiz.

Din il-konfuzjoni ghandha l-gheruq taghha mil-fatt li dan il-gvern ghandu mandat elettorali difettuz. Dan huwa gvern li meta kien fl-oppozizzjoni fit-22 xahar bejn is-96 u 98 cahad bl-aktar qawwa is-sewwa maghruf u nnega li l-pajjiz kellu problemi finanzjarji mahluqa minnhom stess matul disa snin ta` amminstrazzjoni bil-kultura ta` money no problem.

Telghu fil-gvern b`mandat ibbazat fuq 230 weghda li huma ppernjati fuq il-premessa li l-pajjiz ma ghandux problemi finanzjarji u li bin-nazzjonalisti fil-gvern jehfief il-piz tat-taxxi fuq il-poplu l-aktar ghax in-nazzjonalisti kapaci jikkonvincu lil Unjoni Ewropeja jibghatulna madwar mitt miljun lira shan shan kull sena.

Ir-rejalta ladarba fil-gvern hija differenti. Mhux talli il-problemi finanzjarji jezistu izda komplew jikkargaw.` Mhux biss ma gewx il-mitt miljun lira izda tlifna l-ghaxar miljuni li konna niehdu mil-protokol ma l-Italja u qed nonfqu ghaxar miljini ohra biex nirrangaw il-pajjiz ha jigi jaqbel mar-regoli ta` l-UE.

U allura il-poplu mhux biss qed ibati taht il-piz tat-taxxi li l-gvern qed ikollu jimponi kontra kull weghda fil-programm elettorali izda jinsab irrabjat ghax ihossu li gie mqarraq. Ihoss li gie mghieghel jibdel taht pretensjonijiet foloz gvern li kien ghadu lanqas biss wasal f`nofs il-mandat elettorali tieghu.

U jirrabja ferm izjed il-poplu meta waqt li huwa mghaffeg taht it-taxxi hergin minn kull rokna u f`kull gimgha tas-sena, jiftakar fil-Prim Ministru tieghu li b`ragunar pervers u sfacctagni li ma titwemminx jiftahar li wara li l-Mid-Med Bank imbiegh bi prezz baxx, ghaxar miljuni `l hawn u ghaxar miljuni `l hemm ma jaghmlux differenza.

Il-poplu ma jistax jemmen kif Bank bhal ma kien il-Mid-Med Bank jinbiegh ghal prezz li ma jmurx lil hinn milli jkopri l-ispiza ta` imghax ta` sena wahda biss fuq id-dejn nazzjonali.` Kif min kien qed jghid sa ftit xhur qabel li mhux veru hemm problemi, tmien xhur wara li dahal fil-gevrn kiesah u biered ibiegh il-Mid-Med Bank ghal prezz haqq l-imghax ta` sena.

U meta l-poplu jitkaza b`dan u jesprimi opinjoni li hemm xi haga hazina` u li bilfors jahseb hazin f`min mexxa dawn in-negozjati f`kulturra ta` ambjent ta` Lm10 miljuni `l hemm u `l hawn ma jaghmlux differenza flok naghmlu apologija pubblika lil poplu Malti tal-miljuni kbar li tellfulu` minflok ifaqqghu il-libelli.

Jiena bl-ebda mod ma nista` nipprova jew imqar nahseb li kien hemm xi tixhim jew tbaghbis f`dan il-kaz. Izda la nesjkludi dan allura bilfors u b`mod awtomatiku nikkonkludi li minn mexxa dawn in-negozjati kien negligenti b`mod tant ohxon li bla tlaqliq insejjah irresponsabbli.

Kif bank bhal dan jinbiegh f`negozjati li ghalihom il-gevrn malti ma jfittex pariri ta` hadd u ma johrogx offerti izda jinnegozja biss ma bank wiehed waqt li jintrabat li ma jinnegozja ma hadd izjed, m`hu xejn hlief irresponsabbli. Tlabt kemm il-darba lil min kien responsabbli jispjega ghala` fil-kalkoli tal-wahx li qal li ghamel u li pogga fuq il-mejda tal-parlament dahhal risk premium ta` 6% fid-discount factor ta` fuq 12% li intuzat biex inbiegh il-Mid-Med bir-rebass. Ghala rsik premium daqstant gholi flok niftharu u l-Mid-med Bank huwa bank mill-aqwa li ghandu jigbed press bla risk premium jew b`risk premium baxx hafna.

Ghal din il-mistoqsija li ghamilt ripetutament qatt ma waslet risposta. Ghandi tama li tasal din ir-risposta waqt il-kors tal-libell li l-Ministru John Dalli fetah kontra Gino Cauchi, il-Kap ta` l-ahbarijiet ta` Super One.` Ghandi tama.

No comments:

Post a Comment