Il-Kullhadd TINA
TINA tfisser There Is No Alternative. Argument li qed juzawh b`insistenza u qawwa dawk li qed imexxu l-progett ta` shubija fl-Unjoni Ewropeja.
L-argument jimxi xi haga hekk. Tista ssib hafna difetti fil-progett tas-shubija. Tista` tipprova li hemm hafna zvantaggi u tbatija tistenna lill-poplu Malti biex iwettaq dan il-progett specjalment jekk dan isir fi zmien li qed janticipa l-gvern. Izda fl-ahhar mill-ahhar dan kollu bla sugu ghax m`hemmx alternattiva.` Hemm biss triq wahda . Tqila kemm hi tqila hemm biss it-triq tas-shubija fl-Unjoni Ewropeja.
Meta jitqajjmu argumenti li fil-fatt jezistu triq jew toroq ohra ir-risposta ta` dawn hija li dawn it-toroq jezistu biss fit-tejorija u fil-prattika hemm biss triq wahda. Ghax it-toroq l-ohra tant huma koroh li lanqas biss ghandhom jigu kkunsidrati.` Ghax it-toroq l-ohra jwassluna ghal izolament totali li jhalluna wehidna wehidna bhal qazba tixxejjer mar-rih.
Dan huwa ragunar perikoluz li jehtieg nirribattih b`mod effittiv, bit-taghlim u bil-kitba tal-perzwazjoni. Huwa argument ta` min ghandu ghamad li jrid jara biss triq wahda u li ma jrid ikun jaf b`xejn izjed. Huwa argument stramb u pregudikat ghal min jiftahar li jhobb l-ghazla f`kollox izda f`haga bhal din qed jichad l-ghazla, jibza mil-ghazla u jixtieq sa ma jemmen li m`hemmx ghazla.
Se ntenni kif ghamilt kemm il-darba. Ghal-pajjiz sovran gzira zghira fil-periferija tal-kontinent ewropej ma jghoddux l-istess argumenti, l-istess ragunar li jghodd ghal pajjizi ohra.` Kieku konna pajjiz fil-kontinent ewropew b`popolazzjoni ta` hafna miljuni kieku nirragunaw bhal Polonja. Kieku hergin minn xi hamsin sengha ta` komunizmu u qed nghixu fil-biza li r`Russja terga tiblana kieku nirragunaw bhal Estonia. Kieku pajjizna maqsum min-nofs u mahkum minn forza barranija li tista` tigi sfurzata tohrog biss minn forza ikbar li ninghaqdu maghha kieku nirragunaw bhal Cipru.
Izda pajjizna Malta. Gzira ckejna ta` anqas minn 400,000 abitant li bid-differenzi kollha ta` bejnietna ahna poplu lkoll ta` l-istess razza. Ghandna tradizzjoni qawwija ta` demokrazija stabbli u effittiva. Permezz tal-politika tan-newtralita` hrigna lill-pajjizna minn kull riskju ta` okkupazzjoni barranija.
Dan ifisser li ma ghandiex l-istess motivazzjonijiet li ghandhom pajjizi ohra biex nissiehbu fl-UE. Jekk inkejlu b`kejlna u mhux b`kejl haddiehor ma tistax ma tasalx ghal konkluzjoni li jekk immexxu pajjizna bis-serjeta` u mhux bl-irresponsabbilita` finanzjarja ta` dawn l-ahhar snin, pajjizna tassew ghandu ghazla tassew dwar ir-relazzjoni li ghandu jkollna ma l-UE.
Ifisser li biex pajjizna jipprezerva il-flessibilta li jkollu pajjiz zghir, biex naghmlu l-ahjar uzu tal-pozizzjoni strategika ta` pajjizna, biex npoggu lilna nfusna differenti minn min huwa ferm ikbar minnha jkun ferm ahjar li nzommu rajna f`idejna u mhux nintrabtu li nimxu bl-itess regoli ta` haddiehor.
Dan bl-ebda mod ma jfisser izolament. Anzi jifsser li ghandna nifthu u nikkumercjaw ma kullhadd bla rbit li ggib magha shubija fl-UE. L-ewwel u qabel xejn ifisser li ma l-UE naghmlu ftehim ta` kummerc hieles li jkun jinkorpora l-kummerc industrijali fi zmien qasir u bil-mod il-mod jigi estiz ghas-servizzi b`pass u temp li jirrispetta l-ikadenzi ta` ristrutturar effettiv ta` l-ekonomija. Ghalhekk mhux minnu li nkunu qed ninghalqu fina nfusna. Inkunu qed nifthu izda nfithu mhux skond ir-regoli ta` haddiehor izda skond ir-rejaltajiet ta` pajjizna.
Ifisser li fil-biedja nzommu certu protezzjoni permanenti, Mhux ghax nemmnu fil-protezzjonismu.` Izda ghax dan huwa punt strategiku biex il-biedja li tghibx minn fuq wicc din l-art maltija. Jekk hawn min jahseb li l-UE dan ma taccettahx mela `l min jghid hekk nghidulu li ma jafx jinnegozja u ma jafx juza l-pozizzjoni startegika taghna biex jikseb dak li haddiehor ma jkunx lest itik mall-ewwel.
Mhux talli ma ninghalqux go fina talli nkunu nistghu naghmlu trattati ta` kummerc hieles ma zoni jew pajjizi ohra minghajr l-irbit li ggibna fih shubija shiha.` Dan jghina biex nixtru l-materja prima u l-ikel li nikkunsmaw bl-irhas prezzijiet fis-swieq internazzjonali.
Mela hemm triq ohra.` Mhux triq ward u zahar izda triq aktar addatata ghal pajjizna min shubija fl-UE. Triq iebsa li jehtieg kuragg u determinazzjoni biex nibqghu kmandi f`pajjizna u mhux nichdu is-sovranita` ta pajjizna biex nitwahhdu ma` unita` ferm ikbar li minkejja kull intenzjoni tajba inevitabbilment mat-tul taz-zmien trendina regjun u mhux pajjiz sovran.
Hemm triq ohra li ghandna nzommu miotuha bla ma nghalqu toroq ohra biex ma naqghux fl-istess zball li qed jaqghu fih dawk li qed nitkazaw bihom. Ghalina m`hemmx TINA.
Sunday, 7 January 2001
TINA
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment