Il-Kullhadd Inazjattiva u Wens
Din hija t-tema tal-Konferenza Generali tal-partit Laburista li tigi fi tmiema llum bid-diskors tal-Leader.` Tema li fis-semplicita` taghha turi ghala il-politika laburista ghal pajjizna hija differenti minn ta` haddiehor u hija ahjar minn ta` haddiehor.
Inazjattivi tfisser li l-partit laburista miexi fit-triq tal-progress ta` partiti socjal- demokratici ewropej. Dawn` ma ghandhomx jaghrfu` li l-istat irid ikunu huwa li jiehu l-inizjattiva ekonomika dominanti` izda li l-objettiv principali ta` l-istat huwa li johloq l-ahjar ambjent biex jinkoragixxi lis-settur privat jiehu dawn l-injattivi ta` investiment.
Din hija xi haga li fiha in-nazzjonalisti qed jizgarraw bl-ilkrah. Flok qed joholqu ambjent tajjeb biex jinkoragixxu l-investiment qedin bit-taxxi bla hsieb li qed idahhlu johonqu l-attivita` ekonomika, jiskoraggixxu l-investiment f`pajjizna u minflok jinkoraggixxu il-harba tal-kapital minn pajjizna. Bizzejjed tharsu lejn x`qed jigri fil-Borza ta` Malta biex` taraw kemm hu minnu dan.
Il-partit laburista irid li johloq ambjent fejn jinkoraggixxi lis-settur privat jinvesti f`pajjizna halli jkun huwa il-mutur ta` l-ekonomija u jgib tkabbir ekonomiku gholi u sostenibbli ibbazat fuq il-produzzjoni u l-esportazzjoni aktar milli fuq il-konsum.
Dan isir billi l-gvern jaghraf il-vantaggi u l-izvantaggi ta` pajjizna u jzomm flessibilita li mhix` permessa taht ir-regoli ta` l-UE.` Flessibilita li tippermettilna` noffru proposta ahjar minn ta` pajjizi ohra kemm fis-settur tal-manifattura kif ukoll fis-settur tat-turizmu u s-servizzi finanzjarji.
Isir billi jimbarka fuq programm car u serju ta` privatizzazzjoni halli johloq kemm jista jkun spazju ghall-inizjattiva privata bla ma jinholqu monopolji privati li jkunu ta` dannu ghal konsumatur.
Isir billi jinvesti fi skemi estensivi ta` tahrig kontinwu anke lil min ga mpjegat halli jkattar il-mobilita` fl-impjiegi,` specjalment mis-settur pubbliku fejn hemm nies zejda ghas-settur privat li qed jitlob nies mharrga li ma jinstabux fil-livell mehtieg. B`hekk flok ninkwetaw li ghandna ST Thomson kbira wisq u niddependu hafna fuqha ikollna tnejn tlieta jew erbgha fabbriki bhal ST Thomson halli joholqu aktar xoghol u jnaqqsu id-dipendenza fuq isem wiehed.
Izda l-inizjattiva wehdiha mhux bizzejjed. Wahediha l-inizjattiva iggib gungla socjali. U hawn tidhol il-parti l-ohra tal-wens.` Gvern laburista irid jizgura li l-gid li jinholoq bl-inizjattiva jigi mqassam b`sens socjali li jaghti wens li min verament ghandu bzonnu fis-socjeta`, lil min ma jistax jithalla jaqdef ghal rasu.
Il-wens ikun ippernjat fuq il-bzonnijiet bazici tal-bniedem, it-taghlim, is-sahha, ix-xoghol, u s-servizzi socjali.
Il-wens ma ghandux ihalli lok ghal abbuz ta` min irid jiehu dak li mhux tieghu jew irid jighazzen. Il-wens irid mhux biss jghin finanzjarjament izda jwassal ghal soluzzjoni permanenti, kull fejn huwa possibbli, biex il-bniedem jigi mghejjun u mghallem jghin lilu nnifsu. Ghalhekk l-istat irid jizgura li l-iskejjel tieghu ikun fost l-aqwa fil-pajjiz.` Li l-universita tibqa` miftuha anke ghal min ma jistax ihallas. Li min jitelf ix-xoghol mhux biss jinghata ghajnuna finanzjarja izda jinghata tahrig ha jghinu jsib ix-xoghol. Li jinholqu day care centers ghat tfal halli jitkattar il-partecipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xoghol anke ta` dawk li huma single parent.` Li l-isptarijiet tal-gvern jaghtu kura bazici dicenti, effittiva u efficjenti lil min ma jistax ihallas.` Li min ma ghandux fejn joqghod jinghata akkomodazzjoni socjali li tirrispetta n-necessitajiet bazici tal-bniedem.` U min huwa zvantaggat fis-socjeta ghax emarginat jew ghandu bzonnijiet socjali l-istat ikun hanin mieghu u jghinu biex itaffi t-tbatija, kemm jista` jkun id f`id mal-moviment tal-volontarjat u mal-knisja.
Dan il-bilanc delikat bejn inizjattiva u wens huwa r-ricetta li tghamilna socjal demokratici addattati ghas-seklu wiehed u ghoxrin. Nuru li ghandna soluzzjonijiet ghal-problemi tas-socjeta` li haddiehor qed johloq jew ikattar. Nuru li ahna nkunu gevrn hanin tal-maltin u l-ghadwin kollha u li maghna hemm spazju ghal kullhadd.` Izda li f`gieh il-haqq u s-sewwa qabel ma nkunu gvern ta` kullhadd irridu naghtu lill-laburisti dak li gie michud lilhom b`abbuz u b`diskrimazzjoni ghax inkella il-laburisti jibqghu dejjem minn taht.` L-ewwel ingibu il-laburisti ndaqs u mbaghad inkunu gvern hanin ghal-maltin u l-ghawdxin kollha waqt li noffru spazju ghall-aktar inizjattiva popssibbli lis-settur privat u wens lil min verament jehtiegu.
Sunday, 28 January 2001
Inizjattiva u Wens
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment