Sunday, 9 April 2000

Inkwiet bla Bzonn

Il-Kullhadd Inkwiet Bla Bzonn

Bir-rizultat ta` l-elezzjoni li ghaddiet 19 il xahar ilu kien kwazi inevitabbli li l-pajjiz jasal fil-punt li wasalna fih illum. F`sitwazzjoni li l-ekonomija qed tistagna, l-investiment skarsa, il-qaghad qed jizdied u l-inflazzjoni qed tiggarka.` Dan meta l-pajjizi li maghhom l-aktar li naghmlu kummerc ghaddejjin minn tkabbir sostanzjali ta` l-ekonomiji taghhom li allura suppost dan jghina nkabbru l-esportazzjoni u l-investiment.

Il-Gvern u l-Unions jinsabu fi dwell dirett li minnu jistghu johorgu biss telliefa. Mandankollu filwaqt li dan jafu kullhadd` qed tinbena certu arja ta` inevitabbilita` li m`hemmx alternattiva ghal din il-mizerja li qed tersaq lejn pajjizna.

Il-Gvern jaf illum aktar minn qabel li qieghed fuq platform insostenibbli. Jaf li hafna weghdi li ghamel biex gibed lejh bizzejjed voti halli jakkwista poter qabel zmienu, illum qed ixekklu milli jittiehdu l-passi li verament hemm bzonn.

Waqt li sa qabel l-elezzjoni ma kienu jaraw problemi xejn u allura weghdu hafna affarijet impossibbli, illum il-Gvern ikollu jammetti li l-problemi huma kbar, serji u jehtiegu trattament urgenti. Izda kif jista` Gvern jippretendi li l-poplu, il-unions, u l-haddiema jaghtu l-appogg mehtieg halli tittiehed il-medicina morra li hemm bzonn tittiehed meta l-Gvern fil-manifest elettorali wieghed cejca u perlini` Kif jistghu il-Unions jaccettaw li l-membri taghhom jitilfu dak li kisbu fil-passat meta jaraw Gvern jisparpalja l-flus bl-addocc Bizzejjed wiehed jara kemm hela flus il-Gvern meta biegh il-Mid-Med bir-rebass. Nikkalkula li` tellef il-kaxxa ta` Malta mhux anqas minn Lm50 miljun u probabbli hafna izjed` izjed kieku l-affarijiet saru bil-galbu u bis-serjeta kif xieraq.

Fuq kollox il-Gvern jaf li l-politika principali tieghu ta` shubija fl-UE fi zmien qasir qed tizzarattlu b`mod li ma tistax tissewwa. Il-pajjiz m`huwiex johloq il-gid mehtieg biex jaghmel ir-risturizazzjoni li hemm bzonn bla ugiegh zejjed.` U l-UE stess qed tara li l-hsieb li ddahhal mebri godda qabel is-sena 2004 m`huwiex rejalistiku.

Fi kwadru bhal dan il-konfrontazzjoni mal-Unions, mhux mal-GWU biss, toffri soluzzjoni biex il-Gvern isalva wiccu. Toffri skuza biex il-Gvern ikollu skuza f`min iwahhal ghal gwaj li l-Gvern stess ser igib fuqna. Il-Gvern lest jahraq il-pajjiz biex isalva wiccu.

Il-Unions fil-fond ta` qalbhom jafu li minghajr passi iebsa il-pajjiz ma jistax jiehu r-ruh.` Jafu wkoll li l-haddiem, ghalkemm bla htija jehtieg iross ic-cinturin biex jingheleb il-gwaj li gej. Izda l-Unions ma jistghux jaccettaw li l-piz jintrefa mill-haddiem biss.` Ma jistghux ihallu dak li bnew b`tant sagrificcju jinhatt qisu xejn filwaqt li min jiflah jithalla bla piz.

Il-Unions fil-fond ta qalbhom jafu li l-istrikes ma humiex is-soluzzjoni vera tal-problema. Jafu li l-konfrontazzjoni ser tohloq problemi akbar ghal pajjiz li minnhom ikompli jwegggha iz-zghir u l-batut ghax is-sinjur hobzu mahkuz.

Izda l-Unions ukoll maqbudin f`arja ta` inevitabbilita` li ma hemmx mod iehor kif tirraguna ma min ma jridx jirraguna, ma min qed ifittex il-konfrontazzjoni, ma min jippretendi li l-poplu jinsa dak kollu li gie mwieghed biex il-Gvern rebah il-poter.

Il-pajjiz quddiem sitwazzjoni gravi bhal din ghandu bzonn soluzzjonijiet godda. Soluzzjonijiet li jistghu jigu biss minn tmexxija gdida li mhix marbuta b`weghdiet fiergha u li jkollha mandat mil-poplu biex isir ir-ristrutturar li hemm bzonn, bil-galbu, bis-serjeta u b`mezzi fejn kulhadd igorr daqs kemm jiflah u fejn il-Gvern jibza ghal kull centezmu.

Soluzzjonijiet bhal dawn jistghu jigu biss minn mandat gdid li l-poplu jaghti lil min ifehmu sewwa l-problemi x'inhuma u x`soluzzjonijet li qed joffri. Soluzzjonijiet rejali u mhux diskors fl-ajru.

Jekk min qed imexxi tassew ihobb lil pajjiz u ma jridx jarah jitfarrak aktar milli diga` qed jitfarrak ekonomikament, finanzjarjament, moralment u socjalment , allura jrid jammetti li bil-mandat li ghandu ma jistax joffri soluzzjonijiet serji lill-pajjiz u ghandi jdur lejn il-poplu biex dan jaghzel it-triq li toffri soluzzjonijiet vera. Min jikseb mandat bhal dan jista` mbaghad idur fuq il-Unions u jitlob min ghandhom u minghand il-haddiema is-sagrificcji mehtiega wara li jizgura li l-piz jingarr anke min minn iffoxxna, staghna u hataf bla ma hallas dak li hu dovut skond il-ligijiet tal-pajjiz.

Jekk dan ma jsirx hekk u bla dewmien ser ingiebu fuqna nkwiet bla bzonn.

No comments:

Post a Comment