Il-Kullhadd Is-Skiet Kunsens
Fid-dibattitu Pjazza Ewropa bejn il-Prim Ministru Fenech Adami u l-Kap ta` l-Oppozizzjoni Alfred Sant hareg punt li ma ghandux jithalla ghaddej qisu xejn.
L-ewwel nett ta min jghid li dawn il-laqghat huma strutturati biex il-politici jiehdu diskussjoni fuq materja mportanti bhal din tal-UE ghand il-poplu u l-poplu jkun jista` jippartecipa fid-diskussjoni. Dan jaghmlu billi jaghmel mistoqsijiet u kummenti u fejn jaqbel icapcap u fejn ma jaqbilx jiddazapprova b`mod civili.
Nhar is-Sibt 25 ta` Marzu hekk ghamel il-poplu. Il-laqgha kienet miftuha ghal kulhadd u mar kull min ried.` Il-fatt li taht it-tinda kien hemm izjed nies li ghandhom simpatija mal-politika Laburista huwa sinjal li l-laburist qed jerga` jaghmel kuragg ghax qed jara l-affarijiet iduru favur tieghu, filwaqt li n-nazzjonalist huwa ddisgustat u mhux jaghti appogg entuzjazmanti lil mexxejja tieghu.
Kien propju ghalhekk li l-medja nazzjonalista flok iffokat ir-rappurtagg fuq il-kontenut tad-diskussjoni ghamlet emfasi fuq il-mod dispregattiv li bih l-udjenza laqghet id-diskorsi tal-Prim Ministru.
Jekk se naghmlu laqghat bhal dawn biex il-poplu jiehu sehem u mbaghad nippretendu li l-poplu joqghod qisu baqqa jisma biss bla ma juri dak li qed ihoss allura qed nahsbu li l-Maltin saru robots u ma ghadhomx tad-demm u l-laham. Min qabez il-limitu zbalja izda l-maggoranza kbira ta` l-udjenza zgur ma ghamlet xejn hlief dak li` huwa mistenni minn udjenza tad-demm u l-laham.
Jekk il-Prim Ministru dan ma ghogbux jew jekk il-media nazzjonalista ma tridx tiffoka fuq il-kontenut tad-diskussjoni allura dik haga ohra. Imma l-Laburisti jaqbillhom sew jiffokaw fuq il-kontenut tad-diskussjoni milli fuq l-incidenti vvintati mil-media nazzjonalista li ma kienu incidenti xejn.
L-aktar li spikka fil-kontenut kien meta l-Prim Ministru tmashan li huwa qatt li qatt ma qal li hekk kif Malta terga taqbad it-triq tas-shubija fl-UE niehdu Lm100 miljun fondi kull sena li konna qed nitilfu ghax il-Gvern Laburista kien ifriza l-applikazzjoni.
Qatt ma kont nobsor li politiku espert bhal Prim Ministru kien ser jaghmel zball bhal dan. Mela l-Prim Ministru qatt ma qal hekk u minn daqshekk huwa veru. La qatt ma qal hekk allura jaf li min qal hekk kien qed jivvinta u jharref. U la dan huwa l-kaz allura l-Prim Ministru kif halla esponenti qawwija tal-partit tieghu,` esponenti tant qawwija daqs il-Vici kap u Ministru , jghidu kliem bhal dan fil-prezenza tieghu, fil-jiem tal-kampanja elettorali, u huwa jhalli kollox ghaddej`
Kif ihalli min iqarraq bil-poplu Malti b`mod daqshell sfaccat u huwa b`mod irresponsabbli bhala Kap taghhom ma jikkoregihomx biex il-poplu ma jitqarraqx`
It-taljan jghid chi tace consente. Min izomm is-skiet ikun qed japprova. Hekk ghamel Fenech Adami u ghalhekk il-mandat tieghu huwa difettuz ghax ibbazat fuq il-qerq u tgahwwig ta` fatti maghrufa.
Hazin il-Prim Ministru jiggustifika ruhu li huwa qatt ma qal hekk. Jekk qatt ma qalha halla lil min jghidha bla ma kkoregih meta kien jaf li din kienet hazina u meta kien jaf li b`hekk kien ser igieghel lil min jivvota fuq pretensjonijet foloz. Is-skiet kunsens u min siket huwa responsabbli daqs min pacpac.
Sunday, 2 April 2000
Is-Skiet Kunsens
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment