Il-Kullhadd
Opportunitajiet Godda
Biex il-pajjiz johrog mil-problemi kbar li jinsab fihom jehtieg jinholqu opportunitajiet godda. Dan jista` jsir biss permezz ta nvestiment produttiv gdid u bil-galbu. M`hemm l-ebda mod iehor magiku kif jistghu jinholqu il-gid, ix-xoghol u l-impjiegi.
F`dawn l-ahhar ghoxrin xahar ta` gvern nazzjonalista kellna provi bizzejjed li dan il-gvern la jista u lanqas jaf kif johloq dawn l-opportunitajiert godda. U r-rizultat ta` dan jidher kullimkien.
Ekonomija stagnata li qed tivvjagga fuq ix-xifer tal-kollass. Hadd ma jhallas lil hadd. Bejgh dipress, profitti baxxi, pagi mnaqqsa u hadd ma jithajjar jinvesti f`xejn. S`issa kien biss it-turizmu li kien qed jimbotta l-ekonomija u jiggenera xi ftit xoghol izda anke hawn jidher li l-imbuttatura li kien ta` gvern laburista issa bdiet tizvinta.
Ghandna sitwazzjoni fejn il-gvern u l-unions mqabbdin f`xahar xulxin bla ma hadd minnhon joffri soluzzjoni vera ghal dak li ghandu bzonn il-pajjiz. Il-gvern imtaqqal mil-piz ta` kompromessi li jaghmel kull min jaghmel aktar minn zmienu fil-poter,` jinsab bhal miflug jimbotta blata akbar minnu waqt li b`nifsu maqtugh jiftahar kemm fadallu energija.
Il-poplu, ghoxrin xahar biss wara li ta mandat qawwi lil Partit Nazzjonalista jinsab jishet din is-siegha u l-mument,` u ma jistax jifhem kif min weghdu s-sema u l-art issa qed joffri biss ghazla bejn l-infern u l-purgatorju.
Huwa f`dan il-kuntest li qed isiru spekulazzjonijiet ta` elezzjoni bikrija.` Jien nahseb li dawn ghalissa huma spekulazzjonijiet li wiehed ma jridx jorbot hafna fuqhom. Izda meta tkompli taghsar u tipprova tifhem x`ghazliet ghandu f`idejh il-Gvern huwa car li din ta elezzjoni bikrija hija wahda mill-ghazliet li l-gvern jista` jasal ghaliha wara li jkun warrab kull ghazla ohra bhala aktar riskjuza jew imprattikabbli.
L-ghazla naturali tal-gvern hija li jibqa` ghaddej kif inhu. Juza l-poter ta` maggoranza komda parlamentari u bil-forza, bil-qorti jew mod iehor ikisser ir-rezistenza tal-unions li tiqliel hekk kif il-gvern ikollu jkompli jiehu mizuri aktar iebsa biex ikompli jipprova jbaxxi d-deficit.` Din l-ghazla izda fiha riskju kbir li l-pajjiz jistagna ekonomikament u l-gvern jitlef ir-referendum dwar l-Unjoni Ewropeja meta dan isir.
L-ghazla l-ohra li jidher li bhalissa qed tiehu s-sopravvent hija dik li jerga jsostni l-pass tal-privatizzazzjoni. B`hekk il-Gvern ikollu dhul staordinarju li ghal ftit taz-zmien jippermettilu jillaxka ftit l-ghafsa fuq il-poplu maqrus u imdejjaq. Din izda fiha riskji ekonomici kbar. Nkunu qed narmu l-flus tal-privatizzazzjoni flok nuzawhom biex innaqqsu d-dejn jew ninvesttuhom biex inseddqu l-infrastruttura produttiva tal-pajjiz.
Bhal ma gara fil-kaz tal-Mid-Med il-poplu malajr jiskopri kif jekk poter ekonomiku jigi privatizzat dan idur kontra l-konsumatur li jsib ma wiccu taxxi ohra mposti mil-privat flok mil-gvern. Ghalhekk din l-ghazla filwaqt li tidher li tista` sservi ghal certu zmien hemm min jaf li xorta tkattar flok issolvi l-problemi.
U jekk dawn l-ghazliet jigu skartati allura wahedha tipporspetta l-ghazla ta` elezzjoni qabel zmienha. Elezzjoni fejn jintalab mandat gdid li ghal Gvern ikun bizzejjed biex f`hames snin mibdija mill-gdid jaghmel it-tibdil li hemm bzonn u jdahhal lil Malta fl-Unjoni Ewropeja issa li jidher li dan huwa difficli li jsir qabel is-sena 2005.
`X`ghandu mahzun il-futur hadd ma jafu.` Li naf huwa li dal-gvern ghandu mandat sterili li ma jippermettix azzjoni serja u dinamika.` Li naf hu li opportunijaiet godda jinholqu biss permezz ta` gvern li jfittex mandat gdid b`weghdiet rejalistici u li joffri vizjoni lill-poplu dwar kif ser nohorgu mill-bahar imqalleb li dhalna fih.
Alfred Mifsud
Sunday, 16 April 2000
Opportunitajiet godda
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment