Sunday, 23 April 2000

Svizzera Mlahhma

Il-Kullhadd Svizzera Mlahhma

Il-messagg li hareg mill-meeting kolassali tal-Fgura kien li l-Partit Laburista issa ser jghaddi biex ilahham ahjar il-proposta tieghu ta` Svizzerra fil-Mediterran. Mhux biss ser jghid u jispjega kif ilu jaghmel ghaliex shubija fl-UE mhix fl-interess ta` Malta, ta l-anqas fil-kundizzjonijiet ta` bhalissa, izda ser juri x`inhi t-triq l-ohra.

Il-Partit Laburista mhux kontra li nissiehbu fl-UE ghax jahseb li Malta tista` tghix izolata.` Dan jippruvaw jghiduh l-avversarji taghna biex ipengu l-ghazla taghna kerha u b`hekk l-ghazla taghhom imqar jekk b`hafna difetti tidher l-ahjar.

Il-Partit Laburista kontra li Malta tiehu fuqha l-obbligi kollha ta` shubija li jikkonsistu f`regoli estensivi li ma jghoddux ghal pajjizi zghar bhalna.` Izda xorta irridu li l-ekonomija taghna timmordenizza ruhha, tilliberalizza u ssir kompetittiva f`dinja globali.

Mela wasal iz-zmien issa li nlahhmu l-proposta ta` Svizzera fil-Mediterran. Perswaz li l-Partit fi zmien mhux il-boghod johrog dokument ta` policy li jispega il-pozizzjoni tieghu dwar dan b`mod formali u dettaljat.` Izda tajjeb li kummentaturi bhali jibdew jiffurmaw l-opinjonijiet halli jigi stimulat il-hsieb.

F`mohhi il-kuncett ta` Svizzera fil-Mediterran jibda bil-progett ta zona ta` kummerc industrijali hieles ma` l-UE. Dan huwa progett familjari ghax kien imwieghed fil-programm elettorali ta` l-1996 u beda jitwettaq b`pass tajjeb fis-sentejn ta` amministrazzjoni laburista.

Jekk konna nghidu li irridu bejn hamsa u sebgha snin biex dan isehh ifisser li meta tissejjah elezzjoni ohra b`mod jew iehor dan il-progett ikun twettaq b`mod irriversibbli. Izda il-progett ta` Svizzera fil-Mediterran ma jieqafx hemm. Jipprovdi biex fuq medda twila ta` snin, bejn hamsa u sebgha snin ohra nkomplu nilliberalizzaw u nwessghu iz-zona ta` kummerc hieles billi ninkludu s-servizzi, il-kuntratti tal-gvern, xoghol ta` kostruzzjoni u wkoll cirkolazzjoni libera tan-nies u tal-kapital.

Dan isir b`pass meqjus skond kemm timxi sewwa l-ekonomija taghna biex nizguraw li nkunu nifilhu ghal dawn il-pizijiet bla ma noholqu skossi zejda.

Izda il-progett ta` Svizzera fil-Mediterran ghandu jeskludi Ghaqda Doganali. Din m`hiex fl-interessi taghna u trendina anqas kompettivi u ngerrxu `l hemm l-investiment li diga` qieghed hawn flok nigbdu l-gdid.` Jekk ingielghu, permezz ta` l-Ghaqda Doganali, lill-fabbriki maltin ihallsu dazji talli jixtru l-materja prima minn barra l-UE dawn jitilfu raguni principali ghaliex ghazlu li jinvestu fostna. Jekk nghollu l-hajja tal-maltin ghall-istess raguni jkollhom joghlew il-pagi u tintilef il-kompetittivita`.

Svizzera fil-Mediterran thalli barra ghal kollox is-settur agrikolu li huwa zghir u strategiku u ghalhekk` bilfors irid jibqa` protett u` mghejjun.

Svizzera fil-Mediterran tibqa` barra mil-ghaqda poltika ta` Ewropa li miexja lejn il-federalizmu u thallina liberi li ngawdu l-vantagg ta` pozizzjoni geo-poltika strategika li tista` tissarraf f`gid ekonomiku. Svizzera fil-Mediterran isseddaq in-newtrailta` taghna u tirrispetta l-impenn li pajjizna qatt ma jservi ta` bazi militari.

Dan izda ma jeskludix li pajjizna jaghmel trattati bilaterali ta` sigurta u poltika barranija li jkunu jirrispettaw l-ineteressi taz-zewg nahat u li Gvern sovran Malti jkun jista jibdel minn zmien ghal zmien u mhux isir seftur ta` dak li jiiddeciedu pajjizi ohra fil-fora ta` l-UE.

Inheggeg biex il-Partit Laburista isawwar politika mlahhma mibnija fuq il-kuncett ta` Svizzera fil-Mediterran biex meta il-poplu jintalab jaghzel f`referendum mhux biss jivvota kontra shubija fl-UE izda jivvota favur dan il-progett li huwa fl-ahjar interessi ta` pajjizna.

Alfred Mifsud



No comments:

Post a Comment