Sunday, 21 May 2000

Rashom fl-istilel

Il-Kullhadd Rashom Fl-istilel

Il-Prim Ministru Fenech Adami ma ghandux dubju. Malta ma ghandiex ghazla ohra quddiema hlief shubija fl-Unjoni Ewropeja.` Din hija pozizzjoni fqira u miskina minn kull angolu li thares lejha.

Anke kieku dan kien minnu zgur li ma jghinx fin-negozjati li tammetti minn qabel li m`ghadekx triq ohra hlief dak li qed tinnegozja dwaru. Allura x`ser tinnegozja jekk minn qed jinnegozja minn naha l-ohra tal-mejda jaf li int idejk marbuta u taccetta kollox bla tlaqliq`

Izda dan mhux minnu. Fis-sensiela ta` artikli li ktibt dan l-ahhar shaqt li hemm il-mudell alternattiv ta` Svizzera fil-Mediterran. Fhemt li dan mhux talli ma jwassalniex ghal izolament izda jintegrana ma dinja globali ferm aktar wiesgha mill-UE u dan bla ma nitilfu l-vantagg li nkunu differenti minn haddiehor u bla ma nxellfu s-sovranita u n-newtralita` taghna.

Meta tisma l-Prim Ministru jwarrab anke dubji li jesprimu nies li huma ferventi favur l-UE u jishaq u jitmashan li Malta ghandha quddiema biss ghazla wahda jaqbadni l-bard. Ghax l-unika triq li jrid jaghddi minnha l-Prim Ministru Malti sal-lum ghadna ma nafux x`inhi.` Hija ghazla fid-dlam.

Filwaqt li nafu sewwa l-obbligi li ser ikollna ma nafux xi drittijiet se jkollna, jekk ikollna. Ma nafux jekk Malta tkunx imissha l-presidenza ta` l-Unjoni ewropeja daqs il-membri prezenti. Ma nafux jekk ikollniex Kummissarju Malti di sentu fil-Kummissjoni. Ma nafux kemm ser ikollna membri Maltin fil-Parlament ewropew ta` 700. Ma nafux b`liema metodu ser jibdew jittiehdu d-decisjonijiet fil-Kunsill ta` UE. Ma nafux kemm ser ikun imissna fondi, jekk imissna , mill-fondi strutturali.` Nghid jekk imissna ghax jekk jidhlu l-ghaxar membri ta` l-Ewropa tal-Lvant probabbli Malta ma tkunx tikkwalifika ghal fondi strutturali.

Ma nafux jekk il-lingwa maltija hux ser ikollha xi rwol fl-UE. Ma nafux jekk hux ser ninghataw xi derogi jew zmien twil ghal aggustament. Ma nafux jekk bil-metodu li ser jittiehdu d-decizjonijiet il-parlament Malti jkunx sovran bizzejjed li ma jigix imgieghel jattwa decizjonijiet li ma jaqbilx maghhom.` Ma nafux meta ser isir it-tkabbir.

Hemm bizibilju ta` affarijiet ohra li ma nafux.` Allura b`liema serjeta` jigi l-Prim Ministru u jishaq li ma ghandniex triq ohra hlief dik ta` l-UE`

Ha nfiehem kemm hija serja bicca bhal din.` Il-Germanja huwa l-akbar pajjiz ta l-UE u bhala il-pajjiz li l-aktar jikkontribwixxi fondi huwa wiehed mill-aktar influwenti flimkien ma Franza. Jekk xi haga ma jaqblux maghha l-Germanizi u l-Francizi m tantx timxi `l quddiem fl-UE.

Joschka Fischer huwa l-ministru ta l-affarijiet barranin tal-Germanja.` Issa li n-negozjati ghar-riformi ta` kid iridu jinbidlu r-regoli ta` l-UE qabel jiddahhlu membri godda qed jilhqu l-qofol taghhom il-Germanja qed titfa` il-piz taghha dwar kif tixtieq li jsiru dawn ir-riformi. Taht it `titlu `Fischer spells out EU federalist vision` il-Financial Times tas-sibt 13 ta` Mejju 2000 irrapurtat li Fischer `called on member states to move towards a European federation governed by a new treaty dividing powers between national governments and the union`.

Dan id-diskors juri zewg affarijiet li l-Partit Laburista ilu jishaq fuqhom u li z-zmien ghad juri kemm kellu ragun. L-ewwel li tibdil li jrid isir ser jigbed fit-tul ghax hemm hafna nteressi li jehtiegu negozjati twal. Ghalhekk kulhadd qed isir aktar konvint li t-tkabbir ser ikarakar sa l-2005 jew izjed. It-tieni li l-UE riesqa lejn mudell federalista li ghalkemm ma jogghobx lil xi pajjizi, bhar-Renju Unit, huwa l-uniku mudell prattiku biex jippermetti t-tkabbir.

Il-mudell federalista jkun qishu li l-UE ssir pajjiz wiehed bi gvern taghha elett dirett mill-poplu` u mbaghad il-pajjizi membri ikollhom awtonomija limitata ghal affarijet lokali izda li f`materji importanti ta` politika monetarja, ekonomika, fiskali, u probabbli anke politka barranija u ta` difiza tkun suggetta ghal-gvern centrali. Il-federalizmu mhux mudell uniku izda bejn wiehed w`iehor Malta tkun ghal UE bhal ma per ezempju l-canton ta` Zurich huwa ghal Federazzjoni Svizzera immexxija minn Berna.

Il-lezzjoni minn dan hija li l-UE qed tinbidel u ghad trid tinbidel sostanzjalment. Huwa iblah minn iwarrab kull alternattiva ohra u jorbot id-destin ta` pajjizu ma xi haga li ma jafx x`inhi u ma jafx xi drittijet se jkollu fiha.` Halli jinnegozja jekk jidhirlu hekk izda qatt ma ghandu jwarrab alternattivi ohra.

Il-politika laburista hija aktar sensibbli. Il-politika laburista trid li` nimmodernizzaw lil pajjizna bir-ritmu li jsostni l-ghaqda u l-armonija fil-pajjiz. Il-quddiem meta l-affarijiet jiccaraw u nkunu nafu verament x`UE qed tistedinnha nissiehbu maghha xorta il-poplu Malti jkollu l-ghazla li naghmlu dan jekk ikun jaqblilna ghax il-mudell Svizzeru ma jaghlaq l-ebda bieb. Il-bibien qed jaghlaqhom minn ghandu ossessjoni li Malta m`ghandix alternattiva.

No comments:

Post a Comment