Sunday, 28 May 2000

Strategija ta' Bondi'

Il-Kullhadd

Strategija ta Bondi

Li n-Nazzjonalisti jinsabu fi krizi ta` direzzjoni huwa car daqs il-kristall. Daqstant huwa car li meta jigri dan normalment n-nazzjonalisti jaraw kif jaqilghu xi haga biex jiddevjaw l-attenzjoni fuq xi difetti tal-Partit Laburista.

Normalment jirrikorru ghal ghajnuna ta` hbieb li ghandhom vuci fuq il-media u li jistghu imexxu xi storja jew tnejn biex idawwru l-agenda ta` diskussjoni fil-pajjiz. Ewlenin fost dawk li dejjem lest biex ikun parti minn strategija bhal din huwa il-habib tieghi Lou Bondi` permezz tal-programm tieghu fuq` PJAZZA 3.

Ghal gimghatejn fuq xulxin kien hemm attentat biex dan isehh. L-ewwel meta ddiskutta il-`Media tal-Knisja` fi programm li jien kont fost il-kelliema ghax kont wiehed li kkritikajt bil-qawwa il-mod partiggjan kif kienet qed titmexxa il-media tal-knisja. Ma nahsibx li nista` nkun gudikant objettiv ta` kemm intlahaq l-ghan originali ta` Bondi` li ried jipprova li Fr Joe Borg gie mnehhi mhux ghax kien imexxi b`mod partiggjan izda ghax in-naha Laburista, fosthom jien, konna krudili fil-kritika taghna u Monsinjur Arcisqof b`hekk gie ppressat biex jiehu decizjoni zbaljata.

Izda nahseb li tajt provi bizzejjed li l-kritika tieghi kienet msejjsa fuq fatti rejali u hrigt fid-deher il-makkakkerija ta` min jilghaba imparzjali meta iz-zmien ma jkunx politikament krucjali halli jibni kredibilita` li mbaghad isarrafha f`imbuttaturi favur il-partit nazzjonalista u kontra l-partit laburista fl-aktar hinjiet krucjali ta` qabel l-elezzjoni u wara kull budget.

Gimgha wara kien imiss lil Manwel Cuschieri. Bondi` hawnhekk kellu objettiv car. Ried l-ewwel ipingi lil-Cuschieri, u b`implikazzjonilil partit laburista, bhala persuna bla skrupli fil-kritika ezagerata tieghu kontra l-gvern in generali u l-Prim Ministru in` partikolari. Ried ukoll jaqbad lil Manwel fuq sieq wahda u jikkomettih minn issa biex jghid kif il-Partit Laburista fil-gvern ser jindirizza il-problemi li holqu u qed ikomplu joholqu n-nazzjonalisti halli mbaghad ikun jista` jiggustifika l-mizuri li qed jiehdu n-nazzjonalisti fil-gvern.

Manwel kien intelligenti bizzejjed biex ma waqax fin-nassa ta` Bondi` u kien car li b`dan Bondi kien dizilluz li l-programm kien qed jahrablu mill-objettivi tieghu. Ghalhekk lejn l-ahhar tal-programm Bondi` laghab l-ahhar karta. Il-karta li saru jhobbu jilghabu n-nazzjonalisti meta jaqblilhom. Il-karta

No comments:

Post a Comment