Sunday, 7 May 2000

Svizzera Mlahhma u Mgissma

Il-Kullhadd Svizzera Mlahhma u Mgissma

Kelli opportunita naghmel zjara lil diversi hbieb li ghandi fl-Isvizzera hadt l-okkazjoni biex nifhem l-istat ta l-animu tan-nies Svizzeri lejn il-possibilita` li pajjizhom jissieheb fl-Unjoni Ewropeja.

Il-messagg li hadt kien wiehed car u bla tlaqliq. Filwaqt li kien hemm zmien meta kien jidher li seta kien hemm madwar 50% tal-poplu Svizzeru li kien favur ta` shubija fl-UE, huwa car li issa hemm maggoranza kbira hafna, bejn 60% u 65%, li hija kontra l-proposta ta` shubija. Dan` minkejja li l-korp politiku Svizzeru jimbotta lejn is-shubija.

Ridt nifhem ghaliex il-poplu Svizzeru jahsibha tant differenti minn popli ohra. Huwa car li l-Isvizzeri jghozzu is-sovranita; u n-newtrailta` taghhom li tant gabulhom gid u sliem li llum l-Isvizzera hija wiehed mill-aktar pajjizi sinjuri fid-dinja.

Specjalment wara l-esperjenza Awstrijaka fejn il-pajjizi l-ohra ta` l-UE qed jindahlu b`mod imprudenti fl-affarijiet interni Awstrijaci, l-Isvizzeri tgerrxu sew mill-prospett li jesponu ruhhom ghal xi interferenza simili fuqhom. Apparti minn dan l-Isvizzeri xejn ma jhossuhom komdi li jesponu l-industrija finanzjarja taghhom ghar-regolamenti ta` l-UE li jekk jigu applikati itellfu dak li sal-lum gibed tant kapital gid u negozju lejn l-Isvizzera.

Hemm imbaghad il-bicca tas-settur agrikolu li l-iSvezzeri jridu jipprotegu mill-hala ta` l-UE.` Hemm ukoll` l-aspett socjali fejn l-Isvizzeri ma jridux li jigu kostretti li jaddattaw ir-regoli socjali taghhom meta l-Isvizzeru b`referendum ghazlu li jibqghu jahdmu 44 siegha fil-gimgha.

Hemm il-mod kif il-cantons Svizzeri jmexxi l-finanzi taghhom b`mod awtonomu mill-Gvern centrali u zgur dawn ir-regjuni, jew cantons kif inhuma maghrufa, ma jridux jipperikolaw din l-awtonomija ghal xi regoli li jigu mposti minn Brussels.

Dik hija r-rejalta` fl-Isvizzera. Rejalta fejn l-Isvizzeri ghazlu li jaghmlu diversi ftehim bilaterali ma l-UE biex ikun hemm suq liberu ta kummerc u ta` servizzi, suq liberu li jintlahaq fuq medda ta` snin anke fil-moviment tal-persuni, izda bla objettiv ta` shubija shiha. Bla xkiel ta` ghaqda doganali u bil-liberta` li jibqghu joffru pakkett ta` servizzi finanzjarji differenti minn ta` l-UE.

Lil-Isvizzeri ma jimpressjonawhomx il-fondi li jistghu jiehdu mill-UE. Jafu li dawn il-fondi ma jigux b`xejn. Jaghmlu kalkolu li kieku l-Isvizzera kellha tidhol membru bhala pajjiz tikkontribwixxi hi lejn il-budget ta` l-UE u mhux vici-versa.

Dan jghodd issa fl-UE ta` hmistax il-pajjiz u jkun jghodd b`hafna aktar forza meta l-UE tikber u ddahhal maghha l-10 pajjizi ex-kommunisti ta` l-ewropa tal-lvant.

Aktar ma nifli dan il-mudell aktar nikkonvinci ruhi kemm` huwa addatat ghal pajjizna hafna aktar min shubija. Veru m`ahniex sinjuri bhall-Isvizzeri. Izda nghozzu n-newtralita u s-sovranita` taghna daqshom. Irridu bhalhom nissalvagwardjaw is-settur agrikolu taghna ghal raginijiet strategici.

Bhalhom ghandna ambizzjoni nibnu settur finanzjarju ta` kummerc internazzjonali li jigbed ix-xoghol li jibda jhossu skomda fl-UE fiskalment armonizzata. Li jonqosna hija d-dixxiplina u l-bzulija taghhom li biex niksbuha irridu tmexxija serja u soda u li kieku jirnexxilna niksbuha nistghu naghmlu minn pajjizna regjun ghani daqs ta` l-Isvizzeri.

Jekk ghad hawn minn jahseb li Malta tista` tikseb hafna fondi mill-UEu ghalhekk il-mudell Svizzeru ma jghoddx ghalina lil dan nghidlu joqghod attent.

Studju li hergin mill-UE juru car li meta jidhlu l-10 pajjizi tal-Lvant fl-UE id-dhul medju tal-persuni fl-UE hekk imkabbra tant ser jinzel li dhul medju taghna l-Maltin ikun mal-medja ta` l-UE. Dan ikun ifisser li nkunu qbizna sew l-ghatba ta` 75% tal-average GDP (at purchasing power units) li b`hekk ma thalliniex nikkwalifikaw ghal parti kbira tal-fondi strutturali ta` l-UE.

Inkomplu nahdmu biex il-mudell Svizzeru` nlahhmuh u ngissmuh halli eventwament imlibbess sewwa inressquh ghall-gudizzju tal-poplu.

No comments:

Post a Comment