Sunday, 14 May 2000

Svizzera Mlahhma Mgissma u Mlibbsa

Il-Kullhadd Svizzera Mlahhma, Mgissma u Mlibbsa

Jidher li l-Gvern Nazzjonalista intebah illi kull ma jmur il-kuncett ta shubija shiha qed jitlef l-appell li kellu meta l-poplu ma kellux informazzjoni bizzejjed dwar verament x`ifisser pass bhal dan. Issa li l-poplu qed jibda jifhem x`ifisser tassew ghal pajjizna il-kuncett ta shubija fl-UE, kull ma jmur il-poplu qed jibdel fehmtu u jiskarta proposta bhal din.

Iffacjati b`din ir-rejalta in-Nazzjonalisti qed jibdlu t-tattika. Flok ipengu l-UE bhala xi genna ta` l-art bhal ma kienu jaghmlu sa ftit ilu issa bdew jammettu li t-triq lejn l-UE hija iebsa u tqila u d-diffikultajiet m`humiex zghar. Izda qed jghidu li minkejja dan pajjizna ma ghandux ghazla hlief dik ta` l-UE, ghax tqila kemm hi tqila, din hija l-uniku triq fattibbli. Il-mudell ta` Svizzera fil-Mediterran li jimbotta l-Partit Laburista, ghan-Nazzjonalisti huwa kuncett astratt u bla sugu u fuq kollox mhux fattibbli ghax l-UE ma tridx taccetta arrangamenti bhal dawn.

Isostnu din it-tezi hawn ambaxxaturi li baxx baxx iridu jwasslu l-messagg li fil-fatt Malta ma ghandix ghazla ghax l-UE probabbli li ma tkunx trid toffri aktar soluzzjoni fuq il-linja ta` l-arrangamenti Svizzeri.

Ghal min jaf l-affarijiet sewwa u min jaghraf l-arti tan-negozjati dawn huma tattici biex` biex jilwu jdejn il-poplu Malti u jgeghluh jaccetta anke affarijiet li ma jogghbuhx. Quddiem rejalta bhal din il-Partit Laburista irid jaghmel zewg affarijiet.

L-ewwel irid ifisser b`mod aktar konkret jifforma il-mudell ta` Svizzera fil-Mediterran li qed imexxi. U t-tieni jrid juri li huwa jaf x`inhu u x`mhux possibbli u bhalma dawn l-arrangamenti jezistu ma pajjizi ohra, fosthom l-Isvizzera , hekk jistghu isiru ma Malta li tista tilghab fin-negozjati il-karta tal-valur geo-politku strategiku li pajjizna ghad ghandu.

Il-Partit Nazzjonalista qed imexxi l-kuncett li l-unika alternattiva ghal shubija shiha huwa izolament totali. Jew sefturi fl-Ewropa jew izolati fuq gzira wahedina bhal Robinson Crusoe fejn nitilfu kull cans li nikkompetu f`dinja dejjem izjed globalizzata.

Il-Parit Laburista jehtieg jirribatti bil-qawwa dan ir-ragunar. Svizzera fil-Mediterran mhux biss ma tfissirx izolament izda tfisser li pajjizna ma jidholx ghall-obbligi ta` ghaqda doganali ma l-UE li xxekkilna fil-kummerc li naghmlu ma pajjizi barra l-UE. Mhux biss ma nkunux izolati izda nkunu nistghu maghmlu arrangamenti ta` Free Trade ma blokki ohra bhal blokk Mediterranju li bil-mod il-mod jevolvi u ma pajjizi tan-NAFTA ( l-USA, Canada u l-Messiku) u ma pajjizi fl-Asja u l-Oceanja. Inkunu tassew globalizzati.

Fuq il-mudell Svizzeru pajjizna jista` fuq medda taz-mien li tirrispekkja l-izvilupp ekonomiku tieghu, jaccetta l-estensjoni tal-Free Trade ma l-UE ghas-servizzi, ghal Freedom of Movement ta` persuni, u ghal kuntratti tal-Gvern. Izda jkun aktar flessibbli li jzomm barra minn dawn l-arrangamenti setturi ekonomici li jidhrilna li ahjar ma jinbelghux mill-mudell ta` l-UE.

Hekk is-settur agrikolu jista` jibqa barra mill-free trade area hlief limitatament fejn npartu koncessjoni kif jaqblilna. Minn jaqta` qalbu jew jemmen li haga bhal din ma tistax issehh allura tassew li ma jafx is-sahha u l-arti tan-negozjati.` Anke meta Mintoff kien jghid li jgieghel lin-NATO thallas erba darbiet aktar tal-kera tal-bazi ukoll kienu jghidu li dan mhux possibbli. Iz-zmien wera x`kapaci jikseb min jaf jinnegozja.

Jibqa` barra wkoll is-settur finanzjarju u l-kummerc internazzjonali bhar-registru tal-vapuri ghax dawn iridu nizviluppawhom` billi nkunu differenti minn` haddiehor. Kieku Malta thaddan politika bhal din tigbed lejha banek u istituzzjonijiet finanzjarji li huma mhassba li ser jitilfu l-vantaggi fiskali li ghandhom fil-Lussemburgu u l-Irlanda.

Izda fuq kollox nibqghu verament sovrani, newtrali u non-alinjati u mhux nitefghu f`mewga ta`process li inevitabbilment iwassal ghal politika ta` difiza u politka barranija komuni.` Dan jippermettilna nzommu l-karta tan-negozjati tal-importanza geo-politka taghna. Jekk nidhlu parti zghira minn blokk kbir li jkun jikkmandana din l-importanza tghosfor u nsiru mportanti daqs belt imdaqqsa fl-Ewropa. Dik effitivament hija l-ghazla. Jew Belt imdaqssa fl-Ewropa jew Svizzera fil-Mediterran.

Waqt konferenza ma l-istudenti din il-gimgha kelliemi Nazzjonalista sahaq li fl-1995 l-UE ma dahlitniex ghax ma kienx jaqblilhom. Sa hawn naqblu ghax kieku dahhluna, xi haga li qatt u qatt ma offrew, kien ikollna importanza sproporzjonata. Fit-tkabbir li gej allura jfisser li jriduna nidhlu ghax issa jkun jaqbel lilhom u mhux lilna. Ghax qabel ma nidhlu ahna iridu jibdlu r-regoli interni b`mod li ahna ma nkunu nghoddu proprju ghal xejn.` Min jaf dan, jammettih u jippersisti m`ghandux jiehu ghalih jekk nghidulu li ghandu ossessjoni.

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment