Il-Kullhadd Ghadni nistenna!
Qajla wiehed jista` jifhem il-qilla u hzunija tan-nazzjonalisti jekk ma jkunx iggarrab minnha.` Hudu dan li gej b`ezempju zghir.
Hmistax ilu f`din il-kolonna ghamilt stedina cara u diretta lil Ministru tal-Finanzi John Dalli biex jispjega lil-poplu Malti, kif ghandu d-dover li jghamel,` ghaliex ghazel li jbiegh il-Mid-Med Bank bil-mod kif bieghu u dahhal lill-poplu f`telf ta` mill-anqas Lm50 miljun lira.
Ghedtlu biex jispjega ghaliex hu bhala ministru li ghaggel biex jaghmel negozju ta` tant miljuni bla ma talab pariri t`esperti.` Ghala dahhal fil-kalkolu tal-prezz risk premium ta` 6% li permezz tieghu il-Mid-Med flok inbiegh kif suppost ghal Lm140 miljun inbiegh ghal Lm82 miljun. Differenza ta` Lm58 miljun li b`mod pjuttost generuz inbaxxieha ghal Lm50 miljun.
Spjegajt li fin-negozjati min ibiegh ifahhar u jsebbah l-oggett li ghandu ghal bejgh u mhux bhal ma ghamel il-ministru ghabbieh b`difetti li m`ghandux. Ghalhekk mill-ewwel sostnejt li dawk il-kalkoli ghamluhom l-HSBC stess u lill-Ministru bellghuhielu. Ghamilha tal-bully ma esperti u belaghha sa grizmejh b`detriment taghna lkoll.
Mhux l-ewwel darba li ghamilt akkuza bhal din. Din mhix akkuza ta` korruzzjoni jew tbaghbis. Hija akkuza ta` pruzunzjoni u negligenza grassa li ghaliha qed ikollu jhallas il-poplu. Xejn personali kontra l-Ministru izda kritika preciza gusta u fondata fuq il-fatti li ma jistghux jigi michuda.
L-ghada t-tnejn il-Ministru Dalli ghamel bhal ma dejjem jaghmel meta nikkritah u ma jkollux twegiba.` Mar fuq Radio 101 u tghidx kemm qal li jien nitkellem qisni l-infallibbli, ex-kattedra u nippontifika.` Risposta ghal kritika xejn. Izda bhal ma jaghmel min ma jkollux risposta ivvinta argument li ma ghandu xejn x`jaqsam. Qal
Sunday, 13 August 2000
Ghadni nistenna
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment