Il-Kullhadd Vaganza
Il-Partit Laburista qed jizbalja li dan is-sajf qed jaghti vaganza lin-Nazzjonalisti.` Kieku naghtu vaganza sajfija lill-poplu Malti kollu mil-politika kollha kieku tkun haga sew.` Izda vaganza lin-nazzjonalisti biss billi nirrejagixxu zzejjed ghal kritika li saret rigward l-allegat tbaghbis fl-elezzjoni tal-Leader, huwa zball.
Mhux ghaliex dawn huma l-allegazzjonijiet li wiehed ghandu jinjorhom. Zgur li le.` Jien perswaz li kieku Dr. Sant stess ikun konvint li kien hemm xi forma ta` skorettezza fl-elezzjoni tieghu ikun huwa stess li joffri ruhu ghal gudizzju tal-konferenza generali. Dr Sant diga` ta prova kbira ta` kemm m`huwiex marbut mal-poter. Kien biss Mintoff qablu li ghal darbtejn telaq minn idu il-poter li ggib maghha l-kariga ta` Prim Minsitru. U zbalja kemm zbalja Mintoff fi xjuhitu il-merti ta` ghemilu meta kien fl-aqwa tieghu m`ghandux jittappan b`dak li gara wara.
Izda la l-bicca marret quddiem il-Bord ta` Vigilanza ghandu jinzamm is-skiet halli l-Bord ikun jista` jahdem bil-galbu u minghajr interferenzi jew pressjoni minghand hadd.` Il-Bord irid jizgura li meta johrog ir-rapport tieghu dan igorr mieghu timbru ta` kredibbilita` qawwija biex il-Partit Laburista ma jibqax jgorr warajh xi dell dwar din bicca.` Il-Bord irid jizgura li r-rapport tieghu jaghti xiehda ta` process integru, komprensiv u serju li jasal ghal konkluzjonijiet ragunati u jekk ikun hemm lok ghal xi dubju ragonevoli jindika xi strarrig aktar ghandu jsir. Irid jghati risposta lil dawk li wrew pregudizzju kontra l-integrita` u l-awtonomija tal-bord.
Waqt li nzommu skiet u nuru prudenza fil-kritika taghna lejn min ma jaqbilx maghna ahjar nifhmu li l-veru avversarji taghna huma dawk kollha li jridu joppressaw il-kisbiet li ghamel il-haddiem` Malti tul is-snin. Dawk li jridu jzarmaw is-servizzi socjali u l-pensjonijiet. Dawk li flok jindirizzaw il-problemi tal-pajjiz ikomplu jherru s-sisien billi jarmu l-flus f`hela u f`sussidji insostenibbli biex igibu l-haddiema b`ghazla ta` kif jghidu l-inglizi between a rock and a hard place.
Ghalhekk ma nkomplux naghtu vaganza lin-nazzjonalisti.` Bl-energija taghna flok nahluha fuq min tbieghed u zbalja nerfugha ghal min hataf il-poter b`weghdi fiergha u issa jrid jaljena biex ma nrossuhx halli jaghti rendikont tal-weghdi.
Tiskanta kif f`mument meta kulhadd jaqbel dwar l-izdingar li hawn fil-pajjiz il-Ministru ta` l-Ambjent flok imidd ghonqu ghax-xoghol kbir li suppost qed jaghmel isib il-lajma kollha biex joqghod jikteb fit-Times jippontifika dwar` kif messhom il-laburisti imexxu l-investigazzjoni. Imissna niehdu l-parir ta` dan li jridilna hafna gid u mmorru l-qorti nistennew xi hames snin sa ma l-process jizvolgi!
Bizzejjed wiehed ihares lejn kemm kien dam L-Imhallef Anastasi biex hareg ir-rapport dwar l-allegat nuqqasijiet li suppost kien hemm fil-Mid-Med qabel l-1987 biex wiehed jifhem x`iriduna nghamlu l-avversarji. Wara xi sitt snin investigazzjoni u 37 volum ma nstab assoluatment xejn. Izda n-nies li kienu hammguhom u perrcuhom daqs li kieku kienu xi hallelin ghaddewhom minn trawma li ma nixtiqhiex lill-ghedewwa tieghi ahseb w`ara lil hbieb.
L-energija taghna nerfghuha biex nippressaw in_nazzjonalisti ha ma jkomplux jizolqu milli jaghtu rendikont ta` ghemilhom. Rendikont ta` kif il-Ministru tal-Finanzi wahdu rema Lm50 miljun fil-bejgh tal-Mid-Med.` Rendikont dwar kif sar certu self mill-Bank of Valletta.` Rendikont dwar kif is-servizz tas-sahha pubblika sejjer il-bahar u flok intejjbu dak li ghandna mmorru nisparpaljaw miljuni kbar fi sptar gdid li Alla biss jaf kief u minn fejn se ngibu ir-rizorsi biex inhaddmuh.
Rendikont dwar kif l-iskejjel ta` l-istat sejrin il-bahar u kif qed nitilfu l-pass fit-taghlim ta` l-informatika li minghajra qatt ma nistgu nipproducu studenti lesti biex jiffaccjaw id-dinja tax-xoghol.
Rendikont dwar min se jgorr il-piz tat-taxxi li gejjin fil-budget li jmiss biex jaghmel tajjeb ghall-inabbilita` tal-gvern li jnaqqas l-ispiza tieghu.
Rendikont dwar minn fejn ser ingibu nvestiment gdid biex verament dal-pajjiz javvanza flok norbtu kollox ma l-UE meta na nafux kif, kemm, meta, u taht liema kundizzjonijiet nistghu nsiru membri.
Din hija l-veru agenda taghna. Sa ma johrog ir-rapport tal-Bord tal-Vigilinza l-affarijiet l-ohra huma aljenazzjoni li ghandna niskartawha.
Alfred Mifsud
Sunday, 20 August 2000
Vaganza
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment