Il-Kullhadd
L-Interess Nazzjonali u L-Latrina
Dan l-ahhar Roamer tas-Sunday Times ghogbu l-mod responsabbli li bih jien nikteb u hajjarni niehu inizjattiva biex nipperswadi lil Leader taghna biex jattendi speci ta` konferenza nazzjonali biex jintlahaq konsensus poltiku dwar kif jistghu jissolvew il-problemi kbar li ghandu l-pajjiz.
Ghal dan jien irrispondejt fis-Sunday Times tal-Hadd li ghadda u ghal min ma jaqrax din il-gazzetta tajjeb li nirroproduci dak li ghedt halli hadd ma jikkwotani hazin.
Nikkwota bi traduzzjoni libera ghal Malti:
Ghall-PN u segwaci tieghu bhal Roamer l-interess nazzjonali jiswa skond il-konvenjenza. Meta jkunu fil-gvern iffitxuh u jsostnuh izda meta jkunu fl-oppozizzjoni jittraskurawh.
Meta nikteb nfittex li nerfa` d-diskussjoni mill-livell partiggjan ghal wiehed li jindirizza u joffri soluzzjoni ghall-problemi. Nies bhal Roamer jghaddu lill-qarrejja biz-zmien meta jfittxu l-interess nazzjonali biss meta fil-gvern ikun hemm in-nazzjonalisti.
Ghandna biex nifirhu li fl-ahhar ghadna qbil. Hemm qbil li tassew` jizistu l-problemi fil-pajjiz.` Ara sa sentejn ilu in-Nazzjonalisti fl-oppozizzjoni kienu jichdu li hawn problemi u kienu jghidu li dawn hlieqa tal-laburisti.
Meta amministrazzjoni laburista bdiet tibdel l-affarijiet fit-tarzna u ddahhal accountability ta` min imexxi u zzid mizuri t`efficjenza in-nazzjonalisti mill-oppozizzjoni kienu qishom bhal prostituta jitkazaw bil-vergni ghax tilbes` dublett `l fuq mill-irkoppa.
Meta gvern laburista qabbad sitt persuni ohra u lili biex nghamlu rapport dwar inizjattivi godda li jistghu jittiehdu biex jizdied ir-ritmu ekonomiku, in-nazzjonalista tghidx kemm skandalizzaw ruhhom ghax f`dan ir-rapport, apparti inizjattivi bhal Cruise Line terminal u l-industrija tal-films, saru suggerimenti prattici kif jista` jitnaqqas il-piz tan-nies zejda li hemm fis-settur pubbliku. Fil-kampanja elettorali ta` l-1998 tghidx kemm sawwtu lil Gvern laburista talli biss ircieva rapport bhal dan. Dakinhar l-interess nazzjonali ma kien jidher imkien.
Meta l-ministri tal-finanzi laburisti kien qed ikollhom bilfors jissellfu biex jimlew il-hofra li hallew warajhom in-nazzjonalisti fl-1996, dawn mill-oppozizzjoni b`wicc ta` innocenza falza kienu jsawwtu lill-gvern laburista talli kien qed jissellef halli jiffinzja d-deficit u l-kontijiet pendenti li hallew warajhom. Fejn kien l-interess nazzjonali dakinhar`
Ghalhekk qabel ma nersaq fuq il-leader tieghi halli nipperswadih jiehu sehem fil-konferenza li Roamer issuggerixxa jehtieg li Roamer imur hu ghand il-leader tieghu u jikseb ftehim dwar dawn il-kundizzjonijiet:
- Dan il-gvern itemm il-mandat tieghu sa Dicembru 2001, skond l-iskadenza originali tal-gvern laburista tas-1996, halli ssir elezzjoni generali fil-bidu tas-sena 2002.
- Sa dak iz-zmien l-istrutturar ekonomiku li jsir isir ghal wiccna u ghal bzonn li nibqghu kompettitivi f`dinja globali u mhux sempliciment biex naderixxu mar-regoli ta` l-UE.
- L-elezzjoni tas-sena 2002 tkun tiswa` daqs referendum dwar l-UE. Jekk jirbhu n-nazzjonalisti allura l-partit laburista jkollu jaccetta l-inevitabilita` li l-Gvern elett idahhal lil Malta b`mod irriversibbli fl-UE sas-sena 2007 meta tigi fi tmiema l-legizlatura. Jekk jitla` gvern laburista n-nazzjonalisti jkollhom jaccettaw li l-gvern ifittex ftehim fuq il-mudell Svizzeru u li l-kwistjoni tas-shubija fl-UE tkun sparixxiet minn fuq l-agenda politika sa` mill-anqas is-sena 2010.
- Iz-zewg partiti jaqblu li jissottomettu ruhhom ghal verifikar tal-finanzi taghhom minn awdituri mqabbda mill-Ombudsman u li tghaddi legislazzjoni gusta biex iddahhal dixxiplina u trasparenza tant mehtiega ghad-demokrazija vera fil-kwistjoni ta` l-iffinanzjar tal-partiti.
- Isir ftehim fuq persuni accettabbli ghaz-zewg nahat biex isir verifikar awtonomu dwar il-kaz tad-Daewoo, dwar il-bejgh b`irhis tal-Mid-Med Bank u dwar l-elezzjoni tal-leadership ta` Dr Sant fl-1992.
Jekk Roamer igib dan il-ftehim minghand il-leader tieghu allura ikolli raguni ghala nfittex nikkonvinci l-partit laburista biex jiehu sehem fil-konferenza suggerita fl-interess nazzjoanli. Jekk ma jgibx dan il-ftehim allura tkun prova li n-nazzjonalisti juzaw l-interess nazzjonali bhalma juzaw latrina.
Tmiem tal-kwotazzjoni.
Dak li ghedt nerga nsostnih avolja n-nazzjonalisti qabdu `l bicca li togghobhom u bengluha kif riedu. Nemmen bl-akbar konvinzjoni li m`hemm l-ebda bazi ta` malpractice fl-elezzjoni tal-leader u ghalhekk ma ghandiex biza li dan jigi suggett ghall-iskrutinju ta` min huwa serju. Izda dan ma ghandux isir biex tigi ddevjata l-attenzjoni mill-problemi tal-pajjiz. Ghalhekk jekk in-nazzjoanlisti huma serji ghandhom jaccettaw il-pakkett kolu u mhux biss il-bicca li togghobhom halli jaljenaw in-nies.
Alfred Mifsud
No comments:
Post a Comment