Il-Kullhadd Nohlom
Fit-telqa tas-shana t`Awissu ghandi habta nintrefa` mill-agha u l-kakfonija ta` kuljum u nohlom fuq l-affairijet kif nixtieqhom.
Nohlom li f`Malta tibda tirrenja demokarizija vera fejn iz-zewg partiti l-kbar jikkompetu ghall-popolarita ma` l-elettorat fuq pjattorma ugwali. Nohlom li l-Partiti jibdew jaghtu rendikont lill-poplu tal-finanzjament taghhom lill-pubbliku biex tinqata` is-sitwazzjoni anti-demokratika ta` bhalissa li l-Partit Laburista irid jaghraq l-gharaq tad-demm biex jigbor bizzejjed flus bla rbit halli jiffinanzja l-operat tieghu waqt li l-Partit Nazzjonalista huwa sostnut b`mod paxxut mil-flus qawwija ta` minn jahseb li jista` jixtri l-poter.
Nohlom li f`pajjizi nista` nesprimi fehmti bil-liberta` bla ma nigi vitinizzat politikament minn min jahseb li ghandu dritt jikkmanda l-imhuh ta` kulhadd.
Nohlom li dan il-poplu jibqa` dejjem kburi u prottettiv tas-sovranita` u l-helsien tieghu u jahsibha mitt darba qabel ma jippregudika dak li nkiseb b`tant tbatija` ghal xi promessa ta` titjib ekonomiku li bil-ghaqal xorta jkun jista jinkiseb bla ma jigi pregudikat xejn.
Nohlom li pajjizi jqum mir-raqda kiefra li dahhlitu fiha l-mentalita` ta` money no problem li issa qed tikkankra gisimna u na fux kif nistghu infejquha.` Mentalita` li kullhadd jahseb li l-gvern ghandu xi portafoll ma jispicca qatt u li nistghu inkomplu nahlu l-flus taghna stess li nigbru mit-taxxi u mid-djun billi nsostnu sussidji u nfiq li mhux sostenibbli.
Nohlom li pajjizi jerga` jibqa` jghozz il-valuri tax-xoghol, tal-bzulija u tal-efficjenza u nifhmu li biex nghozzu is-sovranita` u l-liberta irridu l-ghaqal li naqtghu il-hela u t-tberbiq.
Nohlom li l-poplu Malti jifhem li l-gid qabel ma tqassmu l-ewwel irid jinholoq u ghalhekk is-servizzi socjali, il-pensjonijiet, u servizz ta` edukazzjoni u sahha pubblika jibqghu biss sostenibbli jekk dal-pajjiz iseddaq il-kompettivita` tieghu fis-swieq tal-esportazzjoni halli jigbed investiment produttiv voluminuz li jippermetti tkabbir rejali ta` l-ekonomija ta` mhux anqas minn 6% kull sena.
Nohlom li pajjizna bil-ghaqal jista` jiffranka hafna flus li llum qed jigu sparpaljati u minflok dawn jigi nvestiti fl-infrastruttura, fis-servizzi socjali u f`incentivi ghall-investiment produttiv tas-settur privat.
Nohlom li ma jibqax jihmarli wicci mal-barranin li jigu fostna meta` jkolli bilfors nurihom it-toroq lunari taghna u l-hmieg kullimkien li donnu l-Ministri taghna tant ghamew li qed jahsbuh ornament.
Nohlom li ma nibqax nhewden li meta daqs tlettax il-sena ohra nasal k`allajrid ghal pensjoni ma nsib xejn mill-flus tas-sigurta` socjali li ga ili nhallas wiehed u tletin sena.
Nohlom li s-servizzi ta` l-edukazzjoni u s-sahha pubblika, bla nfiq zejjed, b`immaniggjar efficjenti u b`rieda tajba, isiru l-aqwa fost servizzi simili biex il-poplu malti, specjalment dak li ma jiflahx, ma jkollux ghalfejn jirrikorri ghal-servizzi privati hlief ghal kwistjoni ta` kumdita` u snobizmu li min iridhom irid ikun pront ihallas ghalihom.
Nohlom li pajjizi jsir l-aqwa destinazzjoni tat-turizmu fil-mediterran fejn apparti l-lukandi 5 star ikollna l-pajjiz kollu ta` l-anqas 4 star u bicca halli nigbdu turisti ta` kwalita` li jigu Malta ghal short break ta` ftit jiem li minhabba c-cokon taghna nistghu noffru proposta unika ahjar minn ta` kull kompetitur.
Nohlom li pajjizi jsir il-mecca tal-cruise liners li jibdew u jispiccaw il-cruises mediterranji taghhom f`Malta.
Nohlom li pajjizi jdawwar l-Universita` ghal wahda internazzjonali li tigbed lejna studenti minn barra li jaghzlu li jistudjaw fostna bi hlas .
Nohlom li l-industrija tal-films tinghata spinta biex Malta ssir film location popolari ma l-aqwa producers.
Nohlom li Malta ssir centru finanzjarju li jhabbatha ma` l-Isvizzera , mal-Lussemburgu u ma l-Irlanda.
Nohlom li l-progetti li ilna nitkellmu fuqhom kwazi 50 sena, bhal tat-tejatru rjal ma jibqghux tpacpic biss izda jsiru rejalta`.
Nohlom li l-finanzi tal-gvern jirrangaw ruhhom permezz ta` tkabbir ekonomiku spettakolari u b`ghaqal fin-nefqa biex il-gvern ikun jista` jaghti spinta lill-ekonomija u jtaffi l-ghafsa tat-taxxi li qed jahilbu lill-familji maltin.
Nohlom, nohlom. wisq nibza li b`dal gvern skadut li ghandna ser nibqa` nohlom.
Sunday, 27 August 2000
Nohlom
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment