Il-Kullhadd
Il-Prezz taz-Zejt U tal-Pruzunzjoni
F`dawn il-jiem rega` beda d-diskors fuq il-prezz taz-zejt. Fil-Konferenza generali tal-Partit f`Jannar li ghadda jien kont widdibt li fi zmien mhux fil-boghod minkejja li l-prezz tal-petrol u d-diesel kien ghadu kif ghola 15% bil-VAT, dawn ikollhom jergghu joghlew. Iz-zmien issa wasal!
Ghaliex kont bassart dan Jien mhux xi profeta li nkun naf il-gejjieni. Izda certi affarijiet tista tarahom gejjin daqs kemm tista tara li min hawn u ftit gimghat ohra tonqos is-shana u tidhol il-harifa.
Tisimghu hafna fuq hedging u x`naf jien u perzwaz li mhux kullhadd jifhem xi jkun qed jinghad. Allura tajjeb li bil-mod il-mod naghti daqxejn ta` storja u taghrif ta` kif wasalna hawn.
Il-prezz taz-zejt huwa prezz tas-suq. Daqqa `l fuq u daqqa `l isfel. Hawn kemm hawn esperti fid-dinja hadd ma jista` jtik garanzija ta` kemm se jkun il-prezz ghada, ix-xahar id-diehel, sena ohra. Opinjonijet ikun hemm u kultant dawn ikunu kontradittorji izda garanziji xejn.
Min jikkonsma hafna energija , per ezempju il-linji ta` l-ajru li jridu hafna fuel biex itajjru l-ajruplani ikollhom problema meta jridu jiffissaw il-prezzijiet ta l-ajru minn qabel filwaqt li l-prezz tal-fuel ikun ghadu jilghab. Biex jaghmlu tajjeb ghal dan il-kumpanjia jizviluppaw risk management policies biex jikkontrollaw ir-riskju li l-ispejjez tal-fuel joghlew wara li huma jkunu diga ftehmu il-prezz ta` l-ajru u ma jkunux jistghu jghollu jekk jinqala xi saram.
L-ewwel il-kumpaniji jaghmlu stima ta` kemm hemm probabilta` ta caqliq fil-prezz taz-zejt . Gieli nghaddu min perjodi ta` stabbilita` u gieli il-prezzijiet ikun instabbli hafna. It-tieni jiffurmaw opinjoni fuq jekk l-instabbilita` hiex ser tgholli jew tbaxxi l-prezzijiet. Fost affarijet ohra trid tara il-livell kurrenti tal-prezz. Jekk il-prezz ikun baxx allura il-probabbilita` tkun li jghola u bil-kontra jekk il-prezz ikun gholi il-probabbilita` tkun li jorhos.` Mhux dejjem hekk izda aktarx li din hija regola mhux ta` min iwarrabha ghal kollox.
Jekk jahseb li l-prezz ikun ser jorhos allura ma jaghmel xejn u ma jorbot xejn halli jgawdi mir-rohs. Jekk jahseb li l-prezz ikun ser joghla allura biex jevita li jinqabad bi spejjez mhux provduti jorbot il-prezz bil-quddiem anke jekk il-prezz li jintrabat bih ikun xi ftit oghla minn dak kurrenti. Izda b`hekk ikun xtara serhan il-mohh li jista` jippjana l-ispejjez u jekk joghla ma jigix effetwat. Dan jissejjah hedging. Jekk minflok joghla il-prezz jinzel allura ikun qed ihallas aktar milli jhallas` kieku ma rabatx izda dan huwa l-prezz tas-serhan il-mohh.
Bhal meta thallas l-insurance ta` karozza. Jekk kif kulhadd jiextieq fl-ahhar tas-sena ma jkollokx accidenti ma tirragunax li tlift il-premium. Dak huwa il-prezz tas-serhan il-mohh biex jekk xi darba jinqala accident ikun hemm x`jaghmel tajjeb.
Nigu ghal kaz ta` Malta. Meta fis-sajf tas-97 kienu qed isiru il-preparament tal-budget 1998, dak il-famuz li caqlaq il-muntanji, il-prezz taz-zejt kien tiela tiela u lahaq $23 il-barmil. Ittiehdet decizjoni politika li joghlew il-prezzijiet tal-petrol u l-elettriku biex jaghmel tajjeb ghal din iz-zieda u qam il-punt x`jigri jekk il-prezz taz-zejt jibqa tiela` Biex ma jkunx hemm bzonn nergghu nghollu sar hedging ghax il-previzjoni kienet li z-zejt ser jibqa` tiela.
Gara bil-maqlub. Il-prezz taz-zejt flok tela nizel u lejn is-sajf tat-1998 meta l-kampanja elettorali bdiet tirranka il-gvern laburista ried li kif jitla` jbaxxi il-prezz ta` l-elettriku biex jirrifletti t-tnaqqis fil-prezz taz-zejt li issa kien lahaq xi` $15. Biex ikun zgur li r-rohs ikun sostenibbli dahal f`heding Agreement iehor bi prezz baxx sa l-ahhar ta` l-1999 ghax kien hemm il-fehma li dan kien prezz tajjeb u tahtfu kif tbaxxa ghax il-probabbilita` kien li wara ftit jibda joghla.
Inbidel il-Gvern u l-Minsitru Bonnici ma tantx wisq ma beda jippontifika kemm kienu cwiec ta` qablu li rabtu l-prezz taz-zejt meta dan baqa niezel. Fil-parlament fi Frar 1999 meta l-prezz taz-zejt kontra kull previzjoni nizel sa $9 dollari tghidx kemm hambaq u cewwec lil ta` qablu il-bravu professur Bonnici.` Sadanittant kellu parir car u qawwi mill-Enemalta. La l-prezz kompla niezel tqawwa l-argument biex torbot aktar fit-tul halli jgawdi minn dar-rohs ghal izjed zmien. L-Enemalta qalulu tina permess norbtu bil-prezz baxx ghas-sena 2000 ukoll.
Il-bravu Professur Bonnici flok ha dal-parir sensibbli ried jilghab il-loghba politika u mhux talli ma hax il-parir talli kompla jghajjar lil ta` qablu kemm ghamlu hazin li nxurjaw il-prezz li ghal dan il-bravu Ministru dan kien qisu spekulazzjoni.` Ghal dan il-Professur risk management hija spekulazzjoni!
Min wara Frar 1999 il-prezz taz-zejt beda tiela tiela u sa l-ahhar tas-sena 1999 meta skada l-hedging li kien sar taht Gvern laburista l-Enemalta kienet b`kollox ghamlet qliegh minn fuqu ta` $4 miljun dollari. Dan il-qliegh mhux importanti ghax il-hedging ma jsirx ghal qliegh.` L-importanti li l-Enemalta kellha serhan il-mohh u ghamlet qliegh tajjeb mill-operat fl-1999 minkejja li rohhsot il-prezzijiet ta` l-elettriku kif kellu hsieb li jaghmel gvern laburista kieku tela` ( ara r-rapport tieghi flimkien ma John Cassar White mxandar f`Novembru 1998).
Kif sebah il-millenju b`rizultat tal-pruzunzjoni tal-Ministru Bonnici l-Enemalta bdiet tixtri iz-zejt mis-suq b`rati gholjin u bdiet titlef medja ta $5 miljuni kull xahar skond kif ikun il-prezz.` Ghalhekk tkellimt kif tkellimt f`Jannar li ghadda.` Dan issa huwa d-disgha xahar li l-Enemalta qed tibla` dan it-telf u l-pozizzjoni waslet biex tixpakka ghax sa dan it-tant il-prezz taz-zejt baqa tiela sa $35.
Issa li waslu biex jittiehdu r-rimedji li jtaqqbulek butek` l-Profs beda jfarfar. Issa mhux hu jiddeciedi! Nesa x`kien qal fil-parlament fi Frar 1999.
Jien ma nippretendix li kellu jbassar dan l-gholi fil-prezz taz-zejt.` Hadd u hadd ma ghandu din il-kapacita`. Kieku qaghad kwiet u ha decizjoni li ma jorbotx allura wiehed jifhem li din kienet decizjoni hazina imma li ma tlum lil hadd ghax kulhadd ghandu l-opinjoni tieghu jekk il-prezz taz-zejt hux ser joghla jew jinzel. Izda la l-Ministru Bonnici ippoliticizza `l bicca qabel meta l-affarijiet kienu sejrin favuru ma jistax issa jfarfar ghax daru kontrih.` Issa ser ikompli jsostni li r-risk management huwa spekulazzjoni` Jew spekulazzjoni hija dik tieghu li ghazel li ma jorbot xejn u halla lil-Enemalta esposta ghal riskju bhal dan li ser jixpakka l-qafas finazjarju taghha jew tal-poplu li jrid jerfa` l-piz ta` min ma rabatx meta kellu parir biex jahtaf il-prezzijiet meta kienu baxxi.
Min sa jhallas il-prezz taz-zejt u tal-pruzunjzjoni tal-Ministru Bonnici`
Alfred Mifsud
Sunday, 10 September 2000
I-lprezz taz-Zejt u tal-prozunzjoni
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment