Sunday, 17 September 2000

Stamp perversa

Il-Kullhadd

Stampa Perversa

Jekk tridu ezempju ta` kemm l-istituzzjonijiet li suppost jissalvagwardaw id-demokrazija hawn Malta huma fil-fatt tradiment ta` l-istess demokrazija u jahdmu kontra l-interessi tal-Partit Laburista` harsu ftit lejn is-sitwazzjoni prezenti fil-qasam tal-media.

Kullhadd japprezza li l-media hija pedina importanti fit-thaddim tad-demokrazija tal-pajjiz.` F`pajjizi barranin apparti li jkun hemm media li tkun kontrollata jew turi simpatija ma` partiti politici, ikun hemm media serja, indipendenti, li tghasses lil gvern u lil kull min ghandu awtorita` kontra l-abbuz tal-poter.

F`Malta dan ma jezistix. Il-media f`pajjizna jew hija dik tal-partiti u li allura bilfors ixxaqleb lejn il-partit li jkun sidha,` jew fejn dan mhux il-kaz ixxaqleb b`mod dikjarat jew apart favur u kontra partit jew iehor. Media indipendenti hija nieqsa u b`hekk hawn demokraizja zoppa, domokrazija taparasi mhux demokrazija veru u attiva.

Niehdu l-media stampata.` Il-Partit Laburista ghandu zvantagg enormi f`dan il-qasam.` Il-Partit ghandu biss kontroll dirett fuq qazzetta bil-malti li tohrog darba nhar ta` Hadd.` Juru simpatija mal-Partit hemm ukoll gurnal ta` kuljum u gurnal nhar ta` Hadd li johorgu wkoll bil-Malti mill-GWU,` u li allura jservu dejjem l-istess udjenza, dik li hija diga` konvinta laburista.` Media stampata bl-ingliz il-Partit Laburista ma ghandu xejn.

Il-Partit Nazzjonalista ghandu kontroll dirett fuq gazzetta bil-malti ta` kuljum u ohra kull nhar ta` hadd. Izda ghandu wkoll l-appogg editorjali kwazi inkundizzjonat tal-gazzetta The Times li tohrog kuljum u The Sunday Times li tohrog kull nhar ta` Hadd bl-ingliz li tolqot udejenza ta` dawk li mhux bilfors ghandhom patrunagg politiku fiss.` Dawk li bil-vot floating taghhom jiddeciedu jekk elezzjoni tmurx `l hawn jew `l hemm.

Hemm ukoll il-gazzetti tal-Indipendent li johorgu wkoll bl-ingliz kuljum u kullnhar ta` hadd.` Filwaqt li editorjalment dawn m`humiex horox daqs The Times favur il-Partit Nazzjonalista, jibqa` l-fatt li l-mizien ixaqilbuh lejn in-nazzjonalisti specjalment aktar ma toqrob l-elezzjoni.` Fl-kwistjoni ta` l-UE dawn decizament u dikjaratament kontra l-Partit Laburista u jaghmluha cara li anke fuq din biss jippreferu jaraw il-Partit Nazzjonalista fil-poter. Il-gazzetta kugina Business Weekly li tohrog nhar ta` hamis bl-ingliz intiza ghas-settur ta` l-executives u l-upper middle class, hija aktar harxa dwar din il-policy.

Hemm imbaghad il-gazzetti ta` kull gimgha Malta Today u Business Times li wkoll huma ffinanzjati minn nies li dejjem urew simpatija mal-Partit Nazzjonalista u li editorjalment jappoggaw il-perpetwita` tal-poter nazzjonalista.` Ma ninsewx il-gazetta tal-Knisja il-Gens li kulhadd jaf fejn timbotta specjlament fil-mumenti krucjali ta` qabel l-elezzjoni. Tkellimt u tajt ezempji bizzejjed dwar dan.

Minkejja dan l-izbilanc qawwi u dikjarat kontra l-Partit Laburista fl-istampa Maltija l-istrutturi demokratici ma hasbu ghall-ebda Awtorita` biex jigi zgurat xi forma ta` bilanc. Kullhadd ihawwad u jigdeb u l-uniku protezzjoni hija l-Press Act li rimedju fl-ahhar mill-ahhar hija kawza ta` libell il-qorti li ddum tkarkar is-snin. Min joqghod jipprova jiehu dan ir-rimedju jista` jarma kamp il-qorti u jimpjega xi zewg avukati full time mieghu.

Ir-rizultat ta` dan jidher bilfatti. Harsu lejn l-interess qawwi ta` l-istampa biex tonfoh, tivvinta u zzom hajja il-hrafa tal-voti mbghabsa ta` Alfred Sant. Ikkomparaw mad-dizinteress li l-istess stampa turi fil-kaz tad-Daewoo fejn hemm cirkustanzi bizzejjed li jindikaw abbuz ta` poter.

Mhux hekk izda fil-kaz tax-xandir permezz tar-radju u televizjoni! Hawnhekk ghax il-partit laburista ghandu mezzi` biex jaghti daqs kemm jaqla`, mezzi ta` Super One li nhoss li dejjem qed jitjiebu,` hawnhekk ghandna Awtorita` tax-Xandir li issa qed taghmilha missjoni li tkejjel kollox bil-punt u l-virgola. Ma thalli l-ebda spazju biex il-Partit Laburista jaghmel tajjeb ghad-deficit li ghandu fil-qasam tal-media stampata.

Mhux hekk biss. Il-ligi tax-xandir giet mibdula dan l-ahhar biex tipprovdi ghal penali ezagerati ghal min ma jobdix l-ordnijiet ta` l-Awtorita` tax-Xandir anke fejn dawn l-ordnijiet ikunu redikoli u kjarament politkament motivati. Ma halliet l-ebda forma ta` appell mid-decizjoni.` L-Awtorita` hija l-Imhalleh u l-gurija flimkien bla dritt ta` appell.

Jekk l-Awtorita`, kif jidher, ser taqbad it-triq li tipprova taghlaq halq il-media laburista allura probabbli mhux il-boghod iz-zmien fejn ikolna nirrikorru ghar-rimedji. Rimedji legali anke jekk hemm bzonn fuq livell internazzjonali u rimedji lokali fejn akkost ta` pieni u sistemi li jirredikolaw id-demokrazija ahna naghmlu dak li huwa fl-interess tad-demokrazija u mhux dak li tghid il-ligi! Nispera li ma jwasslunix s`hawn!

Alfred Mifsud



No comments:

Post a Comment