Sunday, 3 September 2000

Sentejn

Il-Kullhadd Sentejn

Ghaddew sentejn minn dak l-ewwel Hadd ta` Settembru meta l-Laburisti genwini u onesti Maltin raw il-progett ta` Malta moderna jitwaqqaf` hin qabel il-waqt. Min huwa bhali ma jistax ifisser l-ugiegh li hass u ghadu jhoss fl-intern tieghu talli rebha elettorali ta l-1996 thalliet tizvinta fix-xejn ghal gost u pjacir ta` dawk li holqu il-problemi kbar li ghandu l-pajjiz bhalissa u li huwa car li ma ghandhom la l-kapacita` u lanqas id-disposizzjoni li jindirizzaw dawn il-problemi.

Illum ghaddew sentejn. Il-weggha mhux biss ghada hemm izda kibret hekk kif qed naraw zewg kurrenti li jkomplu jdawru s-sejf fil-ferita. L-ewwel li n-nazzjonalisti m`huma jonoraw xejn mil-weghdiet bla ghadd li ghamlu lill- elettorat u li bl-ghajnuna ta` l-istampa qed jithallew vaganza bla ma jaghtu rendikont xieraq u rett ta` ghemilhom. It-tieni li l-forzi li` jippretendu li jikkmandaw l-imhuh ta` kulhadd issa mhux kuntenti biss li l-Partit Laburista ma hallewhx jiggverna izda issa li kien ghalihom lill-Partit Laburista lanqas ihalluh jopponi.

Ghaddew sentejn u qed noqorbu lejn nofs il-legislatura. Kif jghaddu sitt xhur ohra tibda titfacca fuq ix-xefaq l-elezzjoni generali. Ikun hazin li nassumu li l-poplu issa tghallem ghas-spejjez tieghu. Li issa l-poplu fehem kemm kellu ragun il-gvern laburista tas-1996 u li kulma ghandna naghmlu huwa semplicement li nistennew iz-zmien jghaddi halli l-poplu bil-vot jaghti` daqqa ta` xkupa lil dan il-gvern.

Certament li l-poplu mdejjaq.` Certament li l-poplu urtat. Certament li poplu konvint fil-fond ta` qalbu li Alfred Sant kellu vizjoni gusta ghal Malta moderna u li genwinament kellu pjan biex nsiru ahwa maltin li d-differnzi poltici taghna nesponuhom biss fi zmien l-elezzjoni u fil-kumplament taz-zmien kullhadd ihossu cittadin malti bl-istess obbligi u drittijiet.

Izda dan mhux l-istess li tghid li mdejjaq kemm huwa mdejjaq il-poplu awtomatikament sejjer jaghzel Gvern Laburista halli jkompli fejn hallejna fl-1998. Rebha bhal din irridu nahdmu ghaliha bl-gharaq tad-demm ghax kontrina ghandna forzi kbar b`rizorsi hafna izjed minna.

Ghalhekk l-ewwel u qabel kollox hemm bzonn l-ghaqda fil-partit. Bil-vot tal-laburisti biss ma nirbhux gvern u wahda mill-affarijiet li tgerrex lin-nies milli jersqu lejna hija meta nidhru li hemm nuqqas ta` ghaqda bejnietna. Mhux li ma jkollniex differenzi.` Differenzi jkollu kullhadd. Izda li filwaqt li kullhadd huwa ntitolat ghall-opinjoni tieghu hadd ma jista` jmur kontra l-policies dikjarati tal-partit hlief biex ifittex li` jippreswadi u jikkonvinci fl-istrutturi interni biex il-partit, jekk dik tkun l-opinjoni tal-maggoranza, ibiddel kif mehtieg.

Min zbalja u jaghraf li zbalja billi esternalizza id-differenzi ta` opinjoni b`mod li dghajjef il-Partit, allura jehtieg jitlob skuza. Sukza mhux lill-Leader izda lil-Partit li huwa nofs il-poplu. Mhux jibdel fehmtu jekk dik konvint minnha.` Izda jaccetta li fi hdan il-Partit il-fehma prevalenti hija dik tal-maggoranza u jekk ma jaqbilx maghha ghandu ghazla biex jew jirtira jew jibqa` jippruva jinkkonvinci l-maggoranza fi hdan l-istrutturi tal-partit.

Min tbieghed u ghadu jahseb li ghamel sew allura nirrispettaw d-dritt ta l-opinjoni tieghu. Ma hemm bzonn l-ebda persekuzzjoni. Anzi nirrispettaw il-gid u x-xoghol li sar meta min tbieghed kien ghadu jaqsam maghna l-idejal u l-hsieb laburista.` Sempliciment irid johrog car li min tbieghed mhux parti minna filwaqt li nzommu l-bibien miftuha ghal min irid jerga jirrispetta r-regoli tal-partit.

Fl-ahharnett irid johrog car li l-partit ghandu leader wiehed li jehtieg il-lejalta` taghna lkoll. Mhux li naqblu f`kollox. Izda li anke fejn ma naqblux nirrispettaw id-decizjoni ta` min imexxina li ghalina tkun kmand. U li fejn ma naqblux ghandna nkomplu nuru il-kif u l-ghaliex minn gewwa bl-akbar diskrezzjon u onesta`.

Hekk dejjem hdimt jien mal-leader u dejjem sibt il-komprensjoni` u r-rispett anke fejn bqajna b`opinjonijiet differenti. Mhux il-boghod iz-zmien biex permezz ta xoghol sfiq u ppjanat sew nergghu niskbu lura l-fidcuja tal-poplu biex nohorguh mill-gwaj li dahhluh u qed ikomplu jghaffguh dawk li ghalihom il-gideb ipinguh` verita`.

No comments:

Post a Comment