Il-Kullhadd
Nar fuq il-petrol
Waqt ic-celebrazzjonijiet mqanzha tal-PN biex jitfakkar is-36 anniversarju ta` Malta Indipendenti l-aktar ahbar tahraq li harget kienet il-weghda tal-Prim Ministru li fil-budget li gej ser jittiehdu decizjonijiet responsabbli dwar l-gholi fil-prezz taz-zejt.
U ma dan iqumu mistoqsijiet awtomatici. Decizjonijiet reponsabbli ghal min` Responsabbli ghall-Enemalta li grazzi ghad-decizjonijiet tal-Gvern bejn Dicmebru 1998 u Frar 1999 li ma jgeddidx hedging agreement biex jorbot il-prezz taz-zejt ghas-sena 2000 propju meta l-prezz kien qed jilhaq l-aktar livelli baxxi, dahhalha f`piz finanzjarju li ma tiflahx iggorr izjed` Responsabbli versu l-Ministru Bonnici li mhux biss ghamel qassata meta hareg imaqdar lil ta` qablu talli rabtu l-prezz taz-zejt bil-quddiem izda wera kemm ma jifhimx billi qed jikteb salt hmerijiet, tidwir mal-lewza u insinwazzjonijiet pwerili biex jiggustifka decizjoni hazina li dahhlet il-poplu fi spejjez bla bzonn` Jew responsabbli lejn il-poplu u l-konsumatur Malti li ma jiflahx izjed ghal piz ikbar ta` taxxi u gholi fil-prezzijiet`
Ha naraw x`ghazliet ghandu quddiemi il-gvern.
Jista` ma jaghmel xejn u jkompli jghix bit-tama, kif ghamel il-Ministru Bonnici dawn l-ahhar tnax il-xahar,` li l-prezz taz-zejt jerga jorhos u` kollox jigi f`postu wahdu. Din hija strategija perikoluza li diga ilha tithaddem sena b`rizultati allarmanti. Bhal daz-zmien sena meta beda joghla l-prezz il-Ministru Bonnici l-ewwel ma tax wisq kaz ghax haseb li dan huwa fenomenu temporanju.` Mbaghad meta ppersista beda jargumenta, mieghi inkluz, li dan kien sakemm jghaddi l-ahhar tas-sena minhabba il-problema tal-Y2k ghax kulhadd qed jahzen zejt aktar mis-soltu. Min dan kollu ma rrizulta xejn u l-prezz taz-zejt baqa` tiela u tiela kontra kull tama tal-Ministru Bonnici.
Jekk ikomplu jilghabu din il-loghba l-Enemalta taf tizvinta finanzjarjament u jkollha ddur fuq sussidji minghand il-gvern li ma tantx qieghed f`pozizzjoni finanzjarja li jaghmel.
Jista l-gvern inaqqas il-piz tad-dazji u l-Vat minn fuq il-petrol u d-diesel biex b`hekk l-Enemalta tgholli l-prezz bla ma dan jizdied f`dak li jhallas il-konsumatur. Hafna pajjizi ewropej hekk ghamlu meta ffacjati bi protesti kbar mill-pubbliku dwar zidiet fil-prezz tal-fuel.` Il-gvern Malti izda qajla jista` jaghmel dan meta l-izbilanc pubbliku ghadu gravi u s-sena d-diehla ghandu zieda qawwija fl-ispejjez tal-ftehim kollettiv tac-civil.` Ma ninsewx li fil-budget li ghadda il-gvern dahhal 15% VAT fuq il-petrol u d-diesel u din irrendiet hafna ntrojtu li issa l-gvern ma jistax jghaddi minghajru.
L-aktar alternattiva li qed tissemma hija li jzid il-prezz tal-prodotti li tbiegh l-Enemalta biex jaghmel tajjeb ghaz-zieda fuq il-prezz taz-zejt li htija ta` l-arroganza tal-Ministru Bonnici issa ser tibda taghfas fuq il-poplu Malti.
Izda hawn ukoll tqum il-mistoqsija.` Liem prodotti jistghu jizdiedu u b`kemm`
L-Enemalta tbiegh tlett prodtti principali lill-konsumatur Malti, l-elettriku, il-fuel mill-pompi u l-gass.
Jista` l-gvern izid l-elettriku u l-prezz ta l-ilma li biex jigi ppurifat juza hafna energija elettrika` Jista izda f`dan il-kaz il-gvern qajla ghandu spazju fejn jimmanuvra.` Ma ninsewx l-istorbju kbir u l-frattarija meta dawn il-kontijiet zdiedu minn Gvern Laburista fil-budget 1998 u dak iz-zmien ukoll il-prezz taz-zejt kien refa` rasu.
Jista` jzid il-prezz tal-gas. Apparti li hawn ukoll jolqot l-aspett socjali dan qajla jeffetwa l-finanzi ta` l-Enemalta ghax il-gass huwa relettivament parti zghira mill-bejgh taghha.
Dan ihalli il-prezz tal-petrol u d-diesel mil-pompi. Dan ilu joghla kull sena mill-1997 dejjem habba taxxi gooda biex jipprovdi intrijtu lill-gvern u mhux biex iddahhal aktar l-Ebnemalta.` Ghalhekk ma tantx hemm` spazju ghall-zidiet qawwija ohra. Specjalment fil-kaz tad-diesel kull zieda jkollha riperkussjonijiet fuq hafna aspetti ohra bhal spejjez ghas-sajjieda, spejjez ghall-furnara, spejjez ghat-trasport pubbliku li kollha mbaghad igibu zidiet fil-prodotti l-aktar bazici tal-hajja.
Li jhalli l-piz il-kbir jingarr mil-petrol li ghandu inqas aspett socjali u wiehed jargumenta li dak li jkun ghandu mezz kef jekonomizza minnu billi jdur ghat-trasport pubbliku u b`hekk jghin lill-ambjent.
Jekk ir-ragunar tieghu huwa tajjeb il-petrol se jgorr il-piz taz-zidiet fuqu, zidiet li jaf ikunu sostanzjali.` Allura forsi il-gvern ser jistedinna biex nimxu aktar u biex nirragunaw li b`tal-linja jaqbillek.
Alfred Mifsud
Sunday, 24 September 2000
Nar fuq il-petrol
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment