Il-Kullhadd
Budget Cajtier
Il-Budget tas-sena d-diehla jilghab cajta goffa mal-poplu Malti.` Ghax il-gvern ghadu jkarkar bil-problema tad-deficit li holqha hu stess fl-1995 u li hames budgets iebsa ma kienux bizzejjed` biex ifejquha, ghax il-gvern mhux ikabbar l-ekonomija bizzejjed halli jiggenera flus akbar mit-taxxi bla ma jzid ir-rati, ghax il-polu ga ntaxxat sa snienu u ma jiflahx aktar taxxi, il-gvern qed jilghab cajta maghna lkoll.
Cajta li ser jehdilna minn bwietna b`mod kollettiv Lm56 miljun lira izjed f`taxxi bla ma ngergru u bla ma nindunaw. Biex tifhmu kemm hi goffa c-cajta trid zzommu f`mohhkom li biz-zieda fl-income tax, fil-bolla u l-VAT fuq il-petrol il-gvern kabbar id-dhul mit-taxxi matul is-sena 2000 b`madwar Lm62 miljun. Issa jrid kwazi l-istess zieda fid-dhul mit-taxxi bla ma jgholli t-taxxi u bla ma nindunaw.
Xogholna bhala gurnalisti u osservaturi ekonomici hija li nfehmukom sew kif ser jigri dan halli meta thallsu t-taxxi ta lanqas tifhmu li qed thallsu t-taxxi u taghtu l-Cesare dak li hu ta` Cesare.
Ha nghati ftit ezempji.` Il-Gvern ta zieda ta Lm1.50 fil-gimgha. Probabbli li minhabba l-increments normali hafna haddiema jiehdu zieda ta' Lm1.50 ohra. Dawk tan-naha t`isfel tafux ghax ta` fuq jiehdu hafna izjed. Mela haddiema zghir bejn l-gholi tal-hajja u l-increment normali jiehu zieda ta madwar Lm3 fil-gimgha sew Lm156 f`sena. Din iz-zieda mhux tajba biex ittejjeb il-livell ta` l- ghixien. Ghal min jaqla Lm4000 din hija zieda ta` anqas minn 4% li kemm kemm tkopri l-inflazzjoni. Mhuix zieda rejali izda biss zieda nominali.
Izda ghat `taxxa mod iehor. Min kien jaqla sa Lm4000 ma kienx ihallas taxxa. Issa biz-zeda ta` Lm156 min jaqla Lm4156 se jkollu jhallas Lm23.40 taxxa. Tista tghid li mill-Lm1.50 zieda Lm0.50 sejra tmur f`taxxa u 30 centezmu iehor imur zieda fil-bolla.
Zdiditlek jew ma zdiditekx it-taxxa ja haddiem zghir li ghalik kull lira tghodd Mhux billi ma zidlekx ir-rati it-taxxa xorta ha jixrobilek minn butek.
Ezempju iehor. Is-servizzi tas-sahha u ta l-edukazzjoni sal-lum kienu jiehdu lura min ghand il-gvern kull VAT li jhallsu fuq ix-xiri. Mis-sena d-diehla il-gvern se jibdel il-ligi tal-VAT b`mod li dawn ma jistghux jitolbu izjed refunds. Kisra ta` weghda elettorali solenni. Allura l-iskejjel privati, teachers tal-privat, tobba, klinici u sptarijiet privati dawn ser jizdiedulhom l-ispejjez. Tahsbu li dawn l-ispejjez ser jassorbuhom huma` Jien perswaz li dawn l-ispejjez irid jaghmel tajjeb ghalihom il-konsumatur permezz ta` zieda fit-tariffi. Biex il-gvern ikattar id-dhul tieghu ser jitfa piz b`mod indirett fuq il-konsumatur.
Ezempju iehor.` Kellek xi kapital zghir investit fi skema ta tifdil kollettiv` Kont tiehu redittu minghajr ma thallas taxxa` Issa daqshekk! Fuq dawn l-iskemi ser thallas taxxa bhal ma thallas fuq l-imghax tal-bank. Forsi hawn min jghid li dan sew. U forsi li hekk hu. Izda l-fatt huwa li lilek haddiem li kont warrabt xi haga f`fond ta investiment kollettiv biex tahseb ghal-pensjoni supplimentari ghax taf li dik tal-gvern eventwalment ma sservikx,` flok incentivak bit-taxxa biex tfaddal izjed intaxxak talli qed tfaddal.
Ara lis-sinjur li ghandu kapital kbir li jista jixtri ishma dirett fil-borza ghax il-kobor tal-kapital jippermettilu li jifrex u ghalhekk ma ghandux bzonn skemi ta` ftehim kollettiv, lil dan ma ntaxxajnih xejn.` Lilek haddiem li ghandek kapital zghir u jkollok tuza skemi ta` tifdil kollettiv lilek jintaxxaw kontra kull sens ta` direzzjoni fiskali moderna.
Dawn huma biss tlett ezempji zghar dwar kif il-budget intaxxak bla ma intaxxak. Bhal dawn zgur insibu izjed ghax hemm certi figuri ma jaghmlux sens jekk ma jkunux sostnuti minn taxxi li ghad iridu jithabbru matul il-kors tas-sena.
Bhala wiehed li kont stennejt zieda fil-prezz tal-petrol minhabba l-gholi fil-prezz taz-zejt tajjeb nispjega kif din il-bicca qed tigi evitata artificjalment. Biex il-gvern johrog lill-Enemalta mit-tabxa li dahhalha fiha il-Ministru Bonnici meta` ma ghamilx hedging ghal din is-sena, il-Gvern ha fuqu spejjez li normalment kienet iggorrhom l-Enemalta. Dan jinkludi tnehhija ta` dazji fuq il-petrol u l-ispejjez ta` dawl pubbliku fit-toroq. L-Enemalta b`hekk irkuprat ftit mit-telf izda xorta mhux bizzejjed biex tilqa ghax-xiri taz-zejt bil-prezz tal-lum u mhux bizzjjed biex l-Enemalta tilqa` l-obbligi finanzjarji tal-loans u tinvesti madwar Lm10 miljun lira ohra biex ittejjeb is-servizz taghha.
Jidher car li l-gvern qed jghix bit-tama li l-prezz taz-zejt jorhos matul is-sena d-diehla hekk kif tghaddi x-xitwa. Spekulazzjoni u tmexxija bit-tama.` Jekk le mis-sena ta` wara ga avzati li rridu nhallsu li hemm bzonn biex naghmlu tajjeb ghal gholi fil-prezz taz-zejt..
Talli qed jilghab dac-cajt goff mal-poplu malti dal-gvern haqqu li nilghabu cajta goffa fuqu.` L-ahjar hin biex naghmlu dan huwa meta nkunu fil-kamerin nhar l-elezzjoni. Kull kliem iehor huwa zejjed.
Alfred Mifsud
Sunday, 26 November 2000
Budget cajtier
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment