Il-Kullhadd
Logika Ta` L-akwarju
Ma nafx qattx smajtuha ic-cajta tal-logika ta` l-akwarju.` Dan zgur mhux il-lok fejn nirrakonta fid-dettal din ic-cajta ftit qawwija izda l-punch line taghha huwa li wiehed ftit semplici minn mohhu jirraguna li kull min m`ghandux akwarju allura ghandu tendenzi omosesswali. Dan ghax kien hemm wiehed li kellu akwarju u kien straight allura skond il-logika ta` l-akwarju min mghandux akwarju huwa omosesswali.
Din hija logika perversa ghax zgur m`hemm l-ebda rabta kazwali mal- fatt li wiehed ghandu jew m`ghandux akwarju mal- gosti sesswali ta` dak jew dik li tkun.
Izda din il-logika perversa ta` l-akwarju qed tintuza mill-Moviment` IVA Malta fl-Ewropa fid-dikjarazzjoni li dwarha qed jigbor il-firem. U tajjeb li dan is-suggett jigi trattat fid-dettal ghax hawn min ghandu nteress li l-Partit Laburista jurih xi Partit kontra l-Ewropa, partit rigressiv u maghluq fih innifsu meta dan mhux il-kaz.
Il-dikjarazzjoni li ghaliha ta` l-IVA qed jigbru l-firem fiha 12 il-premessa. Min dawn hemm 9 li zgur li m`ghandu jkun hemm l-ebda problema.` Dawn huma:
`
Ghax jien kburi minn pajjizi u mill-wirt tal-gens Malti `
Ghax jien kburi li naqsam bosta valuri ma popli ohra fl-Ewropa `
Ghax jien naf li l-UE twaqqfet fuq principji ta` liberta` u s-solidarjeta li jiena nhaddan ukoll `
Ghax inhoss li pajjizi minn dejjem ta sehem fl-istorja Ewropeja u ghandu jkompli jaghti sehem. `
Ghax l-ghaqda fl-Ewropa, permezz ta` l-UE, hija ghaqda li gabet is-sliem u l-gid fost il-popli Ewropej u tal-Mediterran. `
Ghax jien irrid li wliedi u l-generazzjonijiet tal-futur igawdu minn livell gholi ta` edukazzjoni b`opportunitajiet ta` xoghol ahjar. `
Ghax jien bhala konsumatur naf li bil-ligijiet ewropej, sahhti tigi mharsa u ngawdi minn ghazla, servizz kwalita u prezz ahjar. `
Ghax naqbel li billi nimxu `l quddiem, xorta jehtieg li nuri solidarjeta` ma min ghadu lura, f`pajjizna kif ukoll barra. `
Ghax naqbel li jehtieg li nharsu l-ambjent ghal uliedna u ulied uliedna
Fuq dawn il-punti m`ghandux ikun hemm kontroversja.` Nirrikonoxxu l-gid u l-paci li gabet l-ghaqda ewropeja. Tant m`hemmx kontroversja fuq dawn il-punti li kollha jistghu jeiztu fuq il-mudell ta` Svizzera fil-Mediterran. Dawn il-punti japplikaw ghall-Isvizzera, n-Norvegja u l-Islanda, daqs kemm japplikaw ghal-Germanju Franza u l-Italja.
Ghallhekk hija logika ta` l-akwarju li ghax taqbel fuq dawn il-punti allura tigbed il-konkluzjoni li trid bilfors taqbel li Malta `tissieheb fl-Unjoni ewropeja mill-aktar fis` kif b`mod inkundizjonat irid il-Moviment IVA.
Mela biex nipprotegu l-ambjent, nqawwu l-ligijiet tal-konsumatur, noffru edukazzjoni ahjar hemm bzonn nidhlu membri fl-UE` M`ahniex kapaci niehdu dak li hu tajjeb u jghodd ghalina mil-prattici u ligijiet ta` l-UE u napplikawh ghalina`
Izda `l ilhinn mil-logika ta` l-akwarju hemm tlett premessi ohra fid-dikjarazzjoni ta` l-IVA li min ma jridx li pajjizna b`mod inkundizzjonat jibqa` diehel mill-aktar fis fl-UE ikunu x`ikunu il-konseqgwenzi, irid ikollu bilfors rizervi kbar fuqhom u ghalhekk ma ghandux jiffirma id-dikjarazzjoni kif proposta mill-IVA.
`
Ghax naf li bil-mod kif qed tizviluppa d-dinja l-lum, bil-globalizzazzjoni jehtieg ninghaqad ma` min jista` jghini navvanza u m`hux nibqa` wahdi.
L-ewwel nett fid-dinja hadd ma jibqa wahdu. Anke min mhux memru fl-UE mhux wahdu. L-Isvizzera, n-Norvegja u l-Islanda mhux wahedhom. Ghandhom kummerc reciproku qawwi ma l-UE u ma pajjizi ohra ghax fid-dinja kull ma jmur il-kummerc jinfetah u jaqghu il-barrieri.` Izda x`jigifieri `ninghaqad`. Jekk ninghaqad ifisser li jkolli ftehim ta` kummerc u ko-operazzjoni f`diversi oqsma allura kollox sew. Jekk ninghaqad ifisser nitwahhad allura le.
`
Ghax nemmen li jekk decizjoni se taffetwani, allura jiena u anki pajjizi ghandu jkolli sehem meta tittiehed.
L-ewwel nett ghad ma nafux x`sehem se jkollna fid-decizjonijiet. Izda huwa car li kwalunkwe sehem li se jkollna se jkun zghir u ininfluwenti. Ikollna sehem fid-decizjonijiet jekk bhal ma ghamlu l-Isvizzeri ninnegozjaw arrangament wiesgha u mbaghad dak li niftehmu fuqu jorbot liz-zewg nahat. Jekk naccettaw sitwazzjoni li wara li nkunu ftehma decizjonijiet jinbidlu bil-maggoranza anke jekk Malta ma taqbilx maghhom allura ma jkollna sehem xejn.
`
Ghax naf li ghalkemm shubija hija sfida li trid impenn, ghandi fiducja fija nnifsi u f`pajjizi li din l-isfida neghlibha billi nisfrutta l-opportunatijiet kollha ta` shubija.
L-impenn li ghandu bzonn pajjizna mhux li jaderixxi mar-regoli ta` l-UE. Izda impenn qawwi u genwin biex nimmodernizzaw pajjizna mil-laqghizmu,` klijentelizmu, parrokjalizmu, attitudni ta` x`jimpurtani basta jien ghaddej, li dan il-gvern xettel f`pajjizna. Dan l-impenn qawwi` halli pajjizjna jkun pajjiz civili u tassew deomokratiku tas-seklu wiehed u ghoxrin u hux aktar pajjiz fejn sezzjoni tahseb u ggib ruhha b`mod li donnu ghandha dritt divin li tiggverna. Jekk dan l-impenn naghmluh kif suppost ma ghandniex bzonn l-UE biex tkun il-katalista tal-bidla li hija tant mehtiega.
Bhall-Isvizzeri jien nghid Iva ghall-Ewropa izda le Malta fl-UE.
Alfred Mifsud
Sunday, 5 November 2000
Logika ta' l-Akwarju
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment