Sunday, 12 November 2000

Kif sejra l-ekonomija(1)

Il-Kullhadd

Fejn Sejra L-Ekonomija`(1)

Huwa mportanti li jkollna nformazzjoni tajba u fil-hin dwar l-andament ta` l-ekonomija.` Filwaqt li l-gvern u l-oppozizzjoni jinterpretaw il-figuri kif jaqblilhom, huwa essenzjali li ssir analizi objettiva ta` kif sejra l-ekonomija.

Huwa zbaljat min jahseb li l-oppozizzjoni jaqblilha li l-ekonomija tmur hazin. L-oppozizzjoni hija l-gvern ta` ghada u meta tkun fil -gvern ferm ahjar li ssib ekonomija b`sahhitha milli l-problemi tal-wahx li sab gvern laburista fl-1996.

Kif tista` tkejjel l-ekonomija M`hemmx kejl wiehed biex dan isir, izda trid tinterpreta diversi indikaturi.` Dawn jinkludu: q











It `tkabbir tak prodott Gross Domestiku (PGD) q











Iz-zieda fl-impjiegi q











Il-bilanc tal-pagamenti ma` pajjizi ohra. q











Ir-rata ta` inflazzjoni q











Il-finanzi tal-gvern inkluz id-dejn pubbliku q











Il-livell ta` nvestiment u tifdil li qed isir fl-ekonomija.

Trid thares lejn dawn kollha biex tifforma ideja tajba u jerga r-rizultat trid taggustah biex tifhem kemm dak li gara sal-lum huwa sostenibbli ghal futur.

Ha nezaminaw x`uhud minn dawn il-fatturi fuq il-figuri ekonomici li hargu s`issa ghas-sena 2000.

Il-PGD fl-ewwel sitt xhur juri ma l-ewwel daqqa t`ghajn` li l-ekonomija kibret bl-istess rata tas-sena l-ohra ta` 4.5%.` izda r-rtimu kien ferm aktar qawwi fl-ewwel kwart milli fit-tieni kwart. Dan l-indikatur kif jista` jorbot mat-tgergir li hawn killumkien li l-kummerc miexi bil-mod wisq Kif tispjega li l-istatistika tghid li s-settur tal-kummerc suppost li kiber b`rata tlett darbiet aktar minn dik tas-sena l-ohra meta hlief tgergir minn ghand tal-hwienet m`hawnx` Kif it-trasport u t-telekomunikazzjoni juri tkabbir sew meta l-Air Malta qed toghtor taht il-piz tal-prezz taz-zejt u nuqqas fit-tkabbir tat-turizmu`

Kull analizi hija mpossibbli meta tiltaqa ma paragrafu bhal dan fir-rapport tal-Bank Centrali li ghadu kif hareg:

`The reported increases in the wholesale and retail and transport and communications sectors` incomes may, however, reflect one-off effects of changes in labour data reporting practices, including statistical adjustments, and the same can be said for the increase in the agricultural and fisheries sector`s contribution to growth`

Din serja ! Alla jbierek hadd ma jispega x`inhuwa dan l-aggustament, x`effett ghandu u ghaliex kien mehtieg. Trid tifhem bejn il-lini li hemm il-loghob bil-figuri.

Settur li tqawwa mhux hazin u li mhux imsemmi li gie effetwat bl-aggustament ta` l-istatistika huwa dak tal-manifattura. Zied fl-ewwel 6 xhur il-produzzjoni bi Lm11 il- miljun fuq l-istess zmien tas-sena l-ohra meta dak in nhar kien naqas bi Lm3 miljuni fuq is-sena ta` qabel.

Ghadhom ma hargux figuri settur b`settur biex tifhem liem setturi tal-manifattura sejrin tajjeb. Izda billi l-industrija tal-manifattura li tahdem ghas-suq lokal zgur mhix tikber nistghu niehdu ideja ta` min qed jikber billi inharsu lejn il-figuri ta` l-esportazzjoni.

Hawn ghandna il-figuri sa Awissu ` 8 xhur tas-sena. Iz-zieda fl-esportazzjoni ta; prodotti manufatturati f`dawn it-tmien xhur kienet ta` Lm148 miljun. Fis-settur tal-makkinarju u elettronika iz-ziedsa kienet ta` Lm150 miljun. Mela iz-zieda kollha kienet f`settur wiehed u s-setturi l-ohra kollha flimkien naqsu.

Is-settur ta` l-elettronika jinkludi fih l-ST Microelectronics li bhalissa ma tistax tlahhaq mad-domanda kbira internazzjonali ghal microchips uzati fit-telekomunikazzjoni. Niehdu gost li l-ST sejra `l quddiem izda ma` niehdux gost li l-kumplament sejjer lura.

Mela kif wiehed irid jemmen li l-ekonomija sejra tajjeb jekk hemm hafna loghob bl-istatistika u l-unika tkabbir qed isir fis-settur ta` l-ST Microelectronics` Min qed ihalli lilu nnifsu jalludi ruhu li ghax l-ST Microelectronics qed tinvesti bil-goff u qed izzid l-esportazzjoni allura kollox sejjer tajjeb qed jidhaq bih innifsu u jipprova jghaddiena biz-zmien.

Il-Gimgha d-diehla nkompli fuq it-turizmu, l-impjiegi u l-finanzi tal-gvern halli jkun spjega f`waqtha fil-gimgha ta` qabel il-budget.

Alfred Mifsud





No comments:

Post a Comment