Il-Kullhadd
Fejn Sejra L-Ekonomija`(2)
Wara li l-gimgha l-ohra tajt daqqa t`ghejn lejn il-Prodott Gross Domestiku u s-settur tal-manifattura issa nhares ftit lejn is-settur tat-turizmu.
Il-figuri tat-turisti li gew sa Awissu li ghadda juru tnaqqis.` Zghir,` imma tnaqqis. In-numru ta` granet li damu it-turisti fostna u l-infiq tat-turisti waqt li jkunu maghna qed juri tnaqqis. In-numru ta` turisti mill-cruise liners li jghaddu ftit sieghat fostna ukoll qed juri tnaqqis.
Mela m`hemmx dubju li din is-sena it-turizmu batut ghax mhux jikkontribwixxi ghaz-zieda fl-ekonomija. L-aktar li tista` tghid huwa li qieghed stabbli bejn wiehed u iehor daqs is-sena l-ohra.
Min huwa analista ekonomiku serju jaf li dawn huma sinjali hziena specjlament wara li l-gvern laburista kien ta spinta lil dan is-settur li kien rega beda jikber fl-1997 u 1998, kompla jikber fl-1999 izda fl-2000 donnu tilef ir-ritmu ta` tkabbir tieghu. L-indikaturi huma li jekk ma jsir xejn dan is-settur tilef l-ispinta u sena d-diehla mhux ser jikkontribwixxi ghat-tkabbir ekonimku li dan il-pajjiz tant ghandu bzonn.
Nigu issa l-istatistika ta` kemm qed jizdiedu l-impjiegi. Din turi li f`sena sa Lulju li ghadda l-impjiegi zdiedu bi 3000 ruh full time u 2500 part-time li ma ghandhomx impjieg iehor full-time.
Anke jekk din l-istatistika hija korretta ( li probabbli mhux il-kaz) dan it-tkabbir fl-impjiegi huwa sors ta` thassib aktar milli sors ta` sodisfazzjon. Dan ghaliex iz-zieda fl-impjiegi hija sproporzjonata mat-tkabbir ekonomiku u ghalhekk ifisser li l-efficjenza tal-haddiema taghna sejra lura mhux il-quddiem. Jekk hemm aktar mies jahdmu u l-ekonomija mhix tikber bl-istess rata ta` kemm zdiedu l-impjiegi mela l-efficjenza ta` kull unit ta` xoghol sejra lura.
Din serja ghax turi kemm il-figuri huma artificjali u mhux sostenibbli. L-impjiegi veru jigi minn investiment produttiv mahsub sew li jrendi hafna aktar mill-ispejjez ta` kull impjieg. Meta qed nikkompetu fi swieq barranin u meta pajjizi ohra permezz tat-tekonologija qed jaghmlu avvanzi kbar fl-efficjenza tar-rizorsi umani taghhom huwa ta` malawgurju li l-efficjenza tal-haddiema taghna sejra lura.
Ghala qed jigri dan Forsi il-haddiema Maltin huma nferjuri ghal haddiema ta` pajjizi ohra Zgur mhux il-kaz kif tixhed il-prezenza ta` industriji barranin fostna.` Qed jigri ghax mhux minnu li qed jizdiedu dawn l-impjiegi kollha u l-istatistika qed tigi mgeddba. Il-Bank Centrali fir-rapport tieghu ta` Settembru 2000 jghid car u tond li l-istatistika `may reflect one-off effects of changes in labour data reporting practices`. Jehtieg spjega ta` x`inbidel u ghaliex halli tista` ssir analizi objettiva.
It-tieni iz-zieda fl-impjiega hija parzjalment rizultat ta` decizjonijiet ekonomici li ttiehdu snin ilu fi progetti li jew bdew jahdmu din is-sena ( ez. il-Hilton u l-Portomaso) jew issa qed jilhqu il-kolmo tal-kostruzzjoni taghhom ( ez. l-isptar ta` tal-Qroqq, u l-progetti ta` Bay Street, Embassy u l-Eden Leisure).
Imbaghad wiehed jistaqsi kif minkejja n-nies zejda li ghandu l-gvern flok dawn jigu mharrga re-deployed il-gvern jibqa jzid in-numru ta` nies mieghu. X`serjeta` hi din mit-taxxi li ahna nhallsu`
Nitkellmu issa fuq il-finanzi tal-gvern.` M`hemmx dubju li din is-sena tjiebu fuq is-sena l-ohra. Dan ma sarx bhal ma gara f`pajjizi ohra, bhal l-Amerika u l-Ingilterra, b`rizultat tat-tkabbir ekonomiku. Sar mit-taxxi li l-gvern qieghed jiehu mil-but tal-haddiema l-aktar dawk tal-klassi medja. Fuq perjodu ta` 8 xhur sa Awissu il-gvern gabar minghand il-poplu f`income tax, national insurance(bolla) VAT u taxxi ohra Lm40 miljun izjed mis-sena l-ohrau Lm75 aktar minn sentejn ilu. Minkejja dan it-tabella li qed ingib turi li l-izbilanc nizel biss b`ghaxar miljuni minn fejn hallih gvern laburista fl-ahhar ta` Awissu 1998.
` ` 8 xhur` 8 xhur 8 xhur ` ` Awissu 1998 Awissu 1999 Awissu 200 ` Lm miljuni` Lm miljuni Lm miljuni
Dhul ordinarju` 351 386 402 Naqqas Privatizazzjoni` 36 36 12 ` ------- ------` -------- Dhul rikurrenti` 315 350 390**
Hrug rikurrenti` (318) (345)` (361) -------- ------` ------- (z)bilanc rikurrenti (3) 5 29
Imghaxijiet` (36) (42)` (46) Nefqa kapitali (39) (59)` (51) ` ---------` --------- ----------- Zbilanc rejali (78) (96)` (68)++`
**zieda fid-dhul mit-taxxi ta Lm40 fuq is-sena l-ohra u Lm75 fuq sentejn ilu. ++tnaqqis rejali ta` l-izbilanc to Lm32 fuq il-sena l-ohra u Lm10 niljuni fuq sentejn ilu,
Meta l-gvern jiftahar kemm naqqas l-izbilanc ikun qed jiftahar kemm intaxxak. Min tkaza bit-33 taxxa ta` Alfred Sant ghamel 3 taxxi ( iz-zieda fl-income tax , fil-bolla u fil-VAT fuq il-petrol) li jiswew taqs 333 taxxi ta` Alfred Sant. Minkejja dan filwaqt li gabar Lm75 miljun lira taxxi izjed minn sentejn ilu naqqas l-izbilanc biss Lm10 miljuni ghax ghadu jonfoq u ghax il-piz tad-dejn akkumulat qed jieklu.
Allura fejn sejrin` Il-fatt hu li ghandna ekonomija tikber b`mod zbilancjat f`setturi fejn it-tkabbir jiddependi minn cirkustanzi internazzjonlai li jafu jisfaxxaw. Mexjin lejn tbazwir tal-figuri biex dak li hu iswed nghidulu griz jew abjad. Mexjin lejn sitwazzjoni fejn il-gvern ser ikompli jitfa` l-piz fuq il-klassi medja biex isewwi l-hnizrijiet li saru bejn 1992 `1996 u li b`abbuz tal-verita` taparsi jigu attribwiti ghat-22 xahar ta` gvern laburista.
Mexjin lejn sitwazzjoni fejn il-gvern bhal bniedem drogat li ma jridx jiffaccja l-problema vera ser idur ghal privatizzazzjoni mhux biex jilleberalizza u jaghmel l-ekonomija aktar flessibbli u efficjenti izda biex isib il-flus li jwassluh sa l-elezzjoni u r-referendum u mbghad isolvi l-problemi veru minn jigi warajh.
Alfred Mifsud
Sunday, 19 November 2000
Kif sejra l-ekonomija(2)
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment